L-Università ta' Malta

Il-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti
UOM Main Page
 
 
 
Applika
Newspoint

reklam2017

 

Kors imfittex...

Tikteb bil-Malti f'xogħlok?

Tieħu ħsieb xi rivista jew sit elettroniku bil-Malti?

Tixtieq ittejjeb il-kitba tiegħek bil-Malti?

Dan hu l-kors tal-Malti li ilek tistenna!

qoxra2017

Fi Frar 2018 jiftaħ it-13-il kors li jwassal għaċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti, organizzat mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Il-kors huwa tal-Livell 5 fil-Qafas Malti tal-Kwalifiki (MQF).

L-applikazzjonijiet għalih jiftħu għal nofs Diċembru 2017 mis-sit tal-Università. Jekk tixtieqna ninfurmawk meta jkunu miftuħin, iktbilna minn issa u nżommuk fil-lista tagħna. Sadattant, għal tagħrif ieħor, tista' tara l-ktejjeb bid-dettalji kollha tat-tnax-il kors li għaddej bħalissa f'Malta. L-istess kors għaddej ukoll għar-raba' darba fiċ-Ċentru Universitarju ta' Għawdex. Il-kontenut akkademiku tal-kors tista' tarah minn hawn.

Ingħaqad mat-395 qarrej tal-provi kkwalifikati biċ-Ċertifikat u idħol għal dan il-kors universitarju fuq il-kitba bil-Malti. Min itemmu b'suċċess, minbarra li jikseb Ċertifikat Universitarju (Cert. PRM(Melit.)) ta' Livell 5, jingħata wkoll ix-Xhieda ta' Għarfien (warrant) mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti biex jagħmel xogħol ta' qari tal-provi bil-Malti bħala qarrej/ja tal-provi kkwalifikat/a.

Dan huwa kors professjonali li jħarrġek u jtik iċ-ċans tiddiskuti u tifhem aħjar ir-regoli tal-ortografija tal-Malti. Mhux biss, fil-kors tipprattika u tieħu gost... bil-provi!

Jekk għandek xi mistoqsija, iktbilna.


Fil-qosor...

Tul tal-kors: Kors universitarju part-time ta' sena (Frar 2018 - Jannar 2019) f'Livell 5 (MQF).

Jiem u Ħin: Il-lezzjonijiet isiru darbtejn fil-ġimgħa:

MALTA - it-Tnejn u l-Ħamis, mill-5:30pm sat-8:30pm;

GĦAWDEX (jerġa' jiftaħ għall-ħames darba jekk jintlaħaq in-numru minimu ta' applikanti eliġibbli) - il-Ġimgħa mill-5pm sad-9pm, u s-Sibt mit-8am sa 12pm.

Deskrizzjoni: Il-kors hu maħsub għal kull min juża l-Malti miktub fil-post tax-xogħol u għal kull min jinteressah li jtejjeb il-kitba tiegħu bil-Malti. L-istudenti tal-kors jiġu mis-settur pubbliku u privat, ilkoll minn oqsma differenti tal-ħajja, u dan il-fatt jagħmel il-kors aktar interessanti.

Kwalifiki biex tapplika:

Jekk sa Frar 2018 ma tkunx għalaqt 23 sena jrid ikollok iċ-Ċertifikat tal-Matrikola (il-kwalifiki ġenerali biex tidħol l-Università) u l-Malti fil-Livell Avvanzat sa grad Ċ.

Jekk għandek aktar minn 23 sena u m'għandekx dawn il-kwalifiki, tista' tapplika xorta waħda u ssirlek intervista qasira minn bord tal-għażla apposta qabel jibda l-kors.

 

grupp2016

L-għaxar grupp ta' qarrejja tal-provi li segwa l-kors f'Malta mat-tieni grupp li segwa l-kors f'Għawdex
ikkwalifikati biċ-Ċertifikat Universitarju u bix-Xhieda ta' Għarfien fil-Qari tal-Provi bil-Malti

Avviżi
Il-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti
Jerġa' jiftaħ fi Frar 2018
Diploma fil-Letteratura Maltija
Il-kors jiftaħ f'Ottubru 2016
Basic Medical Maltese for the Healthcare Professions 2
This course is aimed at persons employed in the healthcare profession.
Basic Medical Maltese for the Healthcare Professions 1
For applicants employed in the healthcare profession
Medical Maltese Proficiency Certificate
For applicants with overseas qualifications
300 sena mit-twelid ta' de Soldanis
Intervisti u ktejjeb għall-istudenti
Midalja tad-Deheb għall-Prof. Oliver Friggieri
Oliver Friggieri onorat b'midalja tad-Deheb mill-Akkademja tal-Malti
Il-Kantilena
Sensiela ta' intervisti
 
 
Aġġornata l-aħħar: 6/3/2017

Log In Dħul
University of Malta
L-Università ta' Malta