L-Università ta' Malta

300 sena mit-twelid ta' de Soldanis
UOM Main Page
 
 
 
Applika
Newspoint

Is-sena li għaddiet ħabat it-300 anniversarju mit-twelid tal-Kanonku Ġan Piet Franġisk Agius de Soldanis (1712-1770). Kien l-ewwel wieħed li xandar kemm felaħ fuq l-ilsien Malti u kiteb fuq l-istorja, ir-reliġjon u l-kultura tal-Maltin.

Agius de Soldanis_02

Il-wirja
Fil-Bibljoteka Nazzjonali ta' Malta ttellgħet wirja fuq de Soldanis. Fiha ġew esebiti l-manuskritti ta’ de Soldanis, xi sejbiet arkeoloġiċi sbieħ li semma f’xogħlijietu, u pitturi ta’ Favray li kien semmiehom fil-grammatika u fid-dizzjunarju. Aktar tagħrif fuq il-wirja ssibu minn hawn.

Tista' tara wkoll l-istqarrija tal-Ministeru għal Għawdex u xi ritratti tal-istess wirja (DOI) meta kienet fil-Ministeru ta' Għawdex.

 

Il-mappa ta’ Għawdex

Mill-Ministeru ta' Għawdex tista' tixtri kopja tal-mappa dettaljata ta’ Għawdex li nsibuha maħżuża fil-volum manuskritt ta’ de Soldanis, l-Istorja ta’ Għawdex.

 

Ktejjeb b’xejn għall-istudenti tar-raba’ klassi tas-sekondarja

L-istudenti tar-raba’ sena tas-sekondarja li attendew il-wirja ngħatalhom ktejjeb b’xejn fuq de Soldanis. Barra li dan hu miktub b’mod mexxej u mżewwaq b’pitturi tal-epoka, fih it-taħriġiet u d-djalogi ta’ de Soldanis. Ideali għat-tħejjija tal-eżami taċ-ĊES.

Tista' tara l-istqarrija tat-tnedija tal-ktieb u xi ritratti tal-istess attività (DOI).

 

Taħditiet u ktieb ġdid

Wara l-ewwel taħdita li saret fuq de Soldanis fil-Bibljoteka Nazzjonali, fit-8 ta' Novembru saret taħdita oħra waqt il-Fiera tal-Ktieb.

F'Novembru 2012, il-President ta’ Malta organizza lejla ta’ tifkira u matulha tnieda ktieb bi studji ġodda fuq de Soldanis.

 

Intervisti u qari fuq il-YouTube

Fuq il-YouTube nfetaħ stazzjon għal Agius de Soldanis. Fih issib 40 intervista ma’ storiċi u lingwisti, l-għaxar djalogi sbieħ ta’ de Soldanis moqrija u d-daħla tad-dizzjunarju tiegħu.

 

Programm tar-radju fuq de Soldanis

Ittella' wkoll programm tar-radju fuq de Soldanis. Dan kien fi ħsieb is-Sur Olvin Vella u s-Sa Rosabelle Carabott. Fil-programm ħadu sehem is-Sur Liam Gauci, il-Kuratur tal-Mużew Marittimu, u s-Sur Godwin Vella, il-Kap tat-Taqsima tal-Etnografija tal-Heritage Malta. Il-programm tista' terġa' tisimgħu minn hawn.

 

----------------------------

Dawn l-attivitajiet ġew organizzati mill-Ministeru għal Għawdex, il-Libreriji Maltin, il-Heritage Malta u mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università.

 

Avviżi
Il-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti
Jerġa' jiftaħ fi Frar 2018
Diploma fil-Letteratura Maltija
Il-kors jiftaħ f'Ottubru 2016
Basic Medical Maltese for the Healthcare Professions 2
This course is aimed at persons employed in the healthcare profession.
Basic Medical Maltese for the Healthcare Professions 1
For applicants employed in the healthcare profession
Medical Maltese Proficiency Certificate
For applicants with overseas qualifications
300 sena mit-twelid ta' de Soldanis
Intervisti u ktejjeb għall-istudenti
Midalja tad-Deheb għall-Prof. Oliver Friggieri
Oliver Friggieri onorat b'midalja tad-Deheb mill-Akkademja tal-Malti
Il-Kantilena
Sensiela ta' intervisti
 
 
Aġġornata l-aħħar: 24/2/2013

Log In Dħul
University of Malta
L-Università ta' Malta