L-Università ta' Malta

Diploma fil-Letteratura Maltija
UOM Main Page
 
 
 
Applika
Newspoint

diploma-letteratura

Il-kors li jwassal għal Diploma fil-Letteratura Maltija jibda f'Ottubru 2016. L-applikazzjonijiet miftuħin sal-21 ta' Lulju minn hawn.

Dan il-kors part-time se jkollu l-lezzjonijiet filgħaxija, darbtejn fil-ġimgħa - nhar ta' Tnejn u Erbgħa mill-5.30pm sat-8.30pm.

 

Biex tapplika teħtieġ il-Malti fil-Livell Avvanzat bi grad C jew ogħla, iżda l-applikanti li skont ir-regolamenti tal-Università jitqiesu studenti maturi (jiġifieri, ikunu għalqu t-23 sena qabel il-ftuħ tal-kors), jistgħu japplikaw u ssirilhom intervista mid-Dipartiment tal-Malti.

Id-Diploma tħares lejn l-imgħoddi u l-preżent tal-letteratura Maltija u tiffoka wkoll fuq oqsma li s'issa għadna ma stħarriġniex b'mod sistematiku, fosthom: il-kitba kreattiva, ix-xogħol tal-editjar ta' manuskritt letterarju, il-qari tal-letteratura fil-pubbliku u fuq il-mezzi tax-xandir, il-promozzjoni tal-letteratura fuq l-internet, l-organizzazzjoni ta' attivitajiet letterarji fil-komunità, iż-żwieġ bejn il-letteratura u forom oħrajn tal-arti, u l-kitba ta' reċensjonijiet ta' kotba tal-letteratura.

Dan il-kors huwa mmirat għal nies impjegati f’diversi setturi kulturali, artistiċi, u kreattivi relatati mal-preżentazzjoni pubblika ta’ xogħlijiet letterarji bil-Malti. Huwa maħsub għal min jixtieq jaqbad karriera fil-kitba kreattiva u għal min għandu sehem attiv fl-adattament tal-letteratura Maltija f'forom artistiċi u dixxiplini oħra. Il-kors hu wkoll ta' interess għal min sempliċiment għandu passjoni għal-letteratura.

Kollox ma' kollox, jiffoka fuq l-analiżi u t-tħaddim tal-letteratura fis-seklu 21 u jiftaħ toroq ġodda għall-arti tal-kelma.

Bi ftehim mad-Dipartiment tal-Malti, Banif Bank (Malta) plc se jħallas sa massimu ta’ €2,000 mill-ħlas tal-kors għall-istudent/a li t/jiġi l-ewwel fil-kors. Barra minn hekk, il-Kunsill Malti għall-Arti se jagħti l-għajnuna finanzjarja tiegħu għall-aħjar erba’ proġetti ta’ studenti fit-tieni sena tal-kors.

Il-kors fih erba' semestri, u kull semestru jiswa €450. Il-ħlas isir separat fil-bidu ta' kull semestru.

Għal deskrizzjoni dettaljata tal-kors, agħfas hawn.

Għall-Programm ta' Studju (2016-2018), agħfas hawn.

Tagħrif aġġornat ieħor fuq dan il-kors ġdid tad-Dipartiment tal-Malti ssibu mill-paġna tal-Facebook jew billi ċċempel fuq 2340 3387.

Avviżi
Il-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti
Jerġa' jiftaħ fi Frar 2018
Diploma fil-Letteratura Maltija
Il-kors jiftaħ f'Ottubru 2016
Basic Medical Maltese for the Healthcare Professions 2
This course is aimed at persons employed in the healthcare profession.
Basic Medical Maltese for the Healthcare Professions 1
For applicants employed in the healthcare profession
Medical Maltese Proficiency Certificate
For applicants with overseas qualifications
300 sena mit-twelid ta' de Soldanis
Intervisti u ktejjeb għall-istudenti
Midalja tad-Deheb għall-Prof. Oliver Friggieri
Oliver Friggieri onorat b'midalja tad-Deheb mill-Akkademja tal-Malti
Il-Kantilena
Sensiela ta' intervisti
 
 
Aġġornata l-aħħar: 11/5/2016

Log In Dħul
University of Malta
L-Università ta' Malta