Il-Journal of Maltese Studies (JMS) huwa r-rivista akkademika tad-Dipartiment tal-Malti. Il-JMS waqqfu l-Prof. Ġużè Aquilina fl-1961 u s'issa ħarġu 27 edizzjoni.
Fil-biċċa l-kbira, il-ħarġiet ikun fihom ktibiet fuq il-lingwa u l-letteratura. Imma xi drabi ġieli ħarġu monografiji.
Jekk tixtieq ixxandar ktiba fuq l-ilsien Malti jew fuq il-letteratura, ikkuntattja lill-Kap tad-Dipartiment.
Minħabba li din ir-rivista titqassam lil għadd ta' akkademiċi barranin minn universitajiet differenti, qiegħda toħroġ bl-Ingliż biss.
Għall-aħħar ħarġa tal-JMS ara dan l-avviż.
Journal of Maltese Studies (indiċi tal-ktibiet kollha: 1961-2010) tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università [PDF]
21/5/2012
http://www.um.edu.mt/arts/malti/jms