Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1006

 
TITLE Introduzzjoni għall-Fonetika u l-Fonoloġija tal-Malti

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION L-ewwel parti ta' din it-taqsima-studju tiffoka b’mod ġenerali fuq numru ta’ temi fundamentali għall-kors. Dawn jinkludu suġġetti bħal x’inhi l-lingwa, x’inhi l-fonetika u l-fonoloġija, l-apparat tat-taħdit u l-alfabett fonetiku internazzjonali. Dan kollu jwassal biex fl-aħħar tingħata deskrizzjoni sinkronika tal-fonemi konsonantali u vokaliċi tal-Malti Standard. Ikunu diskussi wkoll numru ta' fenomeni kombinatorji bħall-assimilazzjoni, id-dissimilazzjoni u l-metatesi.

Jittieħed rendikont ukoll tal-effetti ġenerali li ħalla warajh it-tibdil li sofra l-Malti minħabba li maż-żmien tbiegħed mill-Għarbi u tilef ċerti ħsejjes. Fuq dan l-isfond, il-kors jittratta wkoll it-tema tal-influwenza fonoloġika li kellhom l-ilsna Ewropej fuq “LGħarbi ta’ Malta” fl-iżolament tiegħu matul is-sekli.

Għanijiet tal-Kors

L-għanijiet ewlenin ta' din it-taqsima studju huma li l-istudenti:
1. isiru aktar konxji tad-differenzi li jeżistu bejn il-Malti miktub u l-Malti mitkellem;
2. isiru jafu kif żviluppa l-Malti fonoloġikament matul iż-żmien;
3. japprezzaw aktar il-binja fonoloġika tal-Malti sinkroniku;
4. ikunu kapaċi jagħtu deskrizzjoni tal-fonemi konsonantali u vokaliċi tal-Malti.

Kisbiet mit-Tagħlim

1. Tagħlim

Fi tmiem il-kors l-istudenti jkunu tgħallmu:
- x’inhi l-lingwa u l-importanza tagħha fil-ħajja tagħna;
- x’inhi d-differenza bejn il-fonetika u l-fonoloġija;
- x’inhu u kif jintuża l-apparat tat-taħdit;
- kif żviluppat il-lingwa Maltija f’dawk li huma ħsejjes; liema huma l-eqdem ħsejjes filMalti, liema ħsejjes tlifna u liema ħsejjes huma relattivament ġodda;
- l-effetti li ħalla dan it-telf ta’ ħsejjes fuq il-Malti tal-lum.

2. Ħiliet

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jinterpretaw, janalizzaw u japprezzaw il-binja tal-ħsejjes tat-taħdit fil-Malti;
- jiktbu fl-AFI (Afabett Fonetiku Internazzjonali);
- jiddeskrivu l-fonemi konsonantali u vokaliċi tal-Malti;
- jifhmu aħjar il-kitba ta’ ċertu kliem bil-Malti.

Biblijografija

Borg, Albert & Azzopardi-Alexander, M. (1997) Maltese. Lingua Descriptive Grammars. London & New York: Routledge.
Brincat, J.M. (2000) Il-Malti: Elf Sena ta’ Storja. Malta: PIN, pp. 39-74, 97-122.
Cremona, J. (1990) “The Romance element in Maltese: A review of the problems”, Transactions of the Philological Society, 88, 2: 163-199.
Fenech, D. (1998) Lingwistika Ġenerali. Malta: Aquilina, Malta: Aquilina, pp. 60-79.
Krier, F. (1976) Le Maltais au Contact de l’Italien. Hamburg: Helmut Buske Verlag, pp. 2-43.
Mifsud, Manwel. 2008. "Maltese", in: Encyclopedia of Arabic Language and Linguistics, vol. 3, K. Versteegh et alii (eds.), Brill, pp. 146-159.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Examination (1 Hour) SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S George Farrugia

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit