Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1060

 
TITLE L-Idea tal-Letteratura

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-kors għandu l-għan li jiddefinixxi u jistħarreġ ix-xejriet ewlenin tal-arti letterarja fid-dawl tal-prinċipji l-iżjed importanti tat-tradizzjoni kritika. Uħud mill-oqsma mistħarrġa f’dan il-kors huma: il-letteratura bħala l-arti tal-kelma, ix-xejriet tal-kelma letterarja, l-aspett allegoriku, l-universalità, u l-apprezzament tal-letteratura bħala l-esperjenza mbiddla fi kliem.
It-test li fuqu tinbena din id-diskussjoni fuq in-natura u l-funzjoni tal-letteratura huwa l-ktieb L-Idea tal-Letteratura ta’ Oliver Friggieri tal-1986, l-ewwel xogħol estensiv ta’ teorija letterarja fit-tradizzjoni kritika bil-Malti li jistabbilixxi l-pożizzjoni li l-letteratura għandha dimensjoni storika u dimensjoni estetika, u li l-aqwa letteratura kapaċi tinqata’ mill-post u ż-żmien li fihom inkitbet biex tilħaq dimensjoni universali.
Dan il-kors iħares ukoll lejn kwistjonijiet fundamentali oħra fit-teorija letterarja, fosthom ir-relazzjoni kumplessa bejn il-forma u l-kontenut, id-dimensjoni tal-ħoss, l-oriġinalità, il-ħila tal-letteratura li timxi lil hinn mill-evidenti, u l-letteratura bħala ansjetà doppja.

Għanijiet tal-Kors:

- Li l-istudenti jingħataw il-prinċipji u l-mekkaniżmi fundamentali tal-letteratura.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jagħrfu l-elementi essenzjali tal-letteratura.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jagħrfu x-xejriet tat-test letterarju.

Biblijografija:

- Culler, Jonathan. Literary Theory: A Very Short Introduction. It-2 ed. Oxford UP, 2011.
- Eagleton, Terry. Literary Theory: An Introduction 2008
- Friggieri, O. (1986) L-Idea tal-Letteratura. Malta: Bugelli.
- Friggieri, O. (1996) Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji. Malta: PEG.
- Saydon, Rachel. Ir-Realtà Li Toħloq il-Letteratura. Teżi tal-Baċellerat. L-Università ta’ Malta, 2019.
- Widdowson, Peter. Literature. Routledge, 1999.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Essay SEM1 Yes 50%
Examination (1 Hour) SEM1 Yes 50%

 
LECTURER/S Adrian Grima

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit