Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1070

 
TITLE L-Eqdem Testi Poetiċi Maltin

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION L-Isfond Storiku u Kulturali tal-Poeżija Maltija

Il-kors jagħti l-isfond storiku u kulturali tal-perjodi ewlenintal-poeżija Maltija biex juri l-iżvilupp kontinwu tagħha f’rabta maċ-ċirkostanzi ta’ żmienha. Din il-ħarsa ġenerali sservi ta’ introduzzjoni għat-taqsimiet partikolari li jiġu wara, u tispjega l-importanza tal-ambjent soċjokulturali għall-evoluzzjoni letterarja tal-poeżija Maltija. L-enfasi jkun fuq l-iżvilupp storiku tal-poeżija f’Malta sabiex jintwerew l-esperimentazzjoni u d-diversità tagħhas kont iż-żmien li nkitbet fih. Matul dan il-kors jingħataw ukoll dettalji bijografiċi fuq il-kittieba ewlenin tal-perjodi letterarji, biex l-istudenti jagħrfu kif uħud miċ-ċirkostanzi umani konkreti ddeterminaw l-għażliet estetiċi tal-poeti.

Il-Poeżija mill-Bidu sas-Seklu Dsatax

Il-kors jistħarreġ il-ġenesi tal-ewwel movimenti poetiċi fl-Ewropa (Provenza, Franza, l-Ingilterra, l-Italja) li bdew iħaddmu l-ilsien vernakulari biex jinħoloq parallel ma’ dik li setgħet kienet is-sitwazzjoni letterarja Maltija tal-bidu. L-ewwel taqbiliet bil-Malti u l-produzzjoni poetika ta’ wara jiġu mqiegħda fil-kuntest storiku tagħhom (eż. Il-Kantilena – iż-Żmien Nofsani; Bonamico – il-Barokk; Ġ.A. Vassallo – ir-Romantiċiżmu) biex aktar jinqalgħu x-xejriet karatteristiċi, tematiċi u formali, tal-ewwel versifikaturi u poeti li kitbu bil-Malti. Il-kors jagħti importanza kbira lil aspetti bħal dawn: it-temi ewlenin, il-frażarju elementari, il-forom tal-versifikazzjoni, ir-rabta bejn il-poeżija popolari u l-poeżija popolari letterarja, semiletterarja u letterarja, u fl-aħħar nett id-direzzjoni li dawn il-kittieba qabdu biex tawha lill-kittieba ta’ warajhom gbħala direzzjoni tipika ta’ kull żvolġiment ġejjieni.

Għanijiet tal-Kors

L-ewwel parti ta’ dan il-kors tgħin lill-istudenti jiffamiljarizzaw ruħhom mal-perjodi ewlenin tal-poeżija Maltija, b’mod li jagħrfu jpoġġu kull poeżija fil-kwadru storiku u kulturali tagħha. It-tieni parti tal-kors tgħallem lill-istudenti jiddistingwu u jipparagunaw ix-xejriet letterarji tal-poeti ewlenin mill-bidu sa tmiem is-seklu dsatax.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jirrelataw il-kitba poetika ma’ fatturi soċjali, politiċi, u bijografiċi taż-żmien li nkitbet fih, b’tali mod li ma jarawx il-poeżija bħala produzzjoni artistika iżolata mir-realtà li nebbħitha.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jiddistingwu bejn perjodu poetiku u ieħor, kif ukoll il-ħila li jevalwaw perjodu poetiku bħala żvilupp estetiku fuq ta’ qablu, u b’hekk jagħrfu l-poeżija Maltija bħala forma artistika f’evoluzzjoni.

Biblijografija

L-Isfond Storiku u Kulturali tal-Poeżija Maltija
Axiaq, J. (2005) Dwardu Cachia (1857-1907). Malta: APS.
Briffa, C. (2001) Rhythmic Patterns in Maltese Literature. Malta: Midsea Books.
Cassar Pullicino, Ġ. (2001) Il-Kitba bil-Malti sal-1870. Malta: PIN.
Cassar Pullicino, Ġ. (2002) Kitbiet Oħra tas-Seklu Dsatax. Malta: PIN.
Cassola, A. (2000) The Literature of Malta – An Example of Unity in Diversity. Malta: Minima Publishers and European Commission.
Friggieri, O. (2001) L-Istorja tal-Poeżija Maltija. Malta: PIN.
Wettinger, G. u Fsadni M. (1983) L-Għanja ta’ Pietru Caxaru – Poeżija bil-Malti Medjevali. Malta: Printwell Ltd. Page 14 of 84.

Il-Poeżija mill-Bidu sas-Seklu Dsatax
Aquilina, Ġ. (1949) Studji Kritiċi Letterarji. Malta: A.C. Aquilina.
Briffa, C. (2001) “Investigazzjoni Stilistika tal-Kantilena”, Cassar Pullicino, Ġ. (2001) Il-Kitba bil-Malti sal-1870.Malta: PIN.
Fenech, E. (1977) Wirt il-Muża, Malta.
Friggieri, O. (1979) Storja tal-Letteratura Maltija I. Malta: KKM.
Friggieri, O. (1995) L-Istudji Kritiċi Miġbura. Malta: Malta University Services.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S Bernard Micallef

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit