Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1102

 
TITLE Is-Sengħa tat-Traduzzjoni

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL Not Applicable

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION L-ewwel parti ta’ din it-taqsima-studju tipprovdi bażi teoretika ġenerali ħafna tal-proċessi involuti fis-sengħa tat-traduzzjoni u d-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom it-traduttur, bħal, ngħidu aħna, in-nuqqas ta’ ekwivalenza bejn il-kunċetti tagħna, kulturi u ambjenti differenti, it-test sors, it-test fil-mira, il-binja tal-lingwa u ġeneri differenti ta’ traduzzjoni. It-tieni parti tat-taqsima-studju tiffoka aktar fuq il-proċess tat-traduzzjoni fil-prattika fil-kuntest tal-Malti bħala lsien fil-mira (target language). It-traduzzjonijiet isiru mill-Ingliż għall-Malti.

Għanijiet tal-Kors

Il-miri tat-taqsima-studju huma:

- li tagħmel l-istudenti konxji mit-tipi differenti ta’ sfidi lingwistiċi u komunikattivi li jqajjem kull att ta’ traduzzjoni;
- li l-istudenti jitħarrġu, kemm teoretikament, kif ukoll fil-prattika biex jegħlbu dawn l-isfidi.

Kisbiet mit-Tagħlim

1. Tagħlim

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- josservaw l-ekwivalenzi u d-diverġenzi li joħorġu bejn ilsien u ieħor fuq il-livelli lessikali, grammatikali u stilistiċi fil-proċess tat-traduzzjoni;
- jittraduċu b’Malti tajjeb testi bażiċi ta’ ġeneri differenti.

2. Ħiliet

Fi tmiem din it-taqsima-studju l-istudenti se jkunu kapaċi jifhmu li l-proċess tat-traduzzjoni mhuwiex sempliċi iżda jirrikjedi abbiltajiet speċjali, kemm biex tiddeċifra t-test sors u aktar u aktar, biex tikkomponi b’mod leali t-test fil-mira.

Biblijografija

- Baker, M. (1992) In other words: a coursebook on translation. London & New York: Routledge.
- Munday, J. (2001) Introducing translation studies; theories and applications. London & New York: Routledge.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Sept. Asst Session Weighting
Examination (1 Hour) Yes 100%

 
LECTURER/S George Farrugia

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit