Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1154

 
TITLE Metodi ta’ Kritika u Interpretazzjoni Letterarja

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Din it-taqsima-studju tħarreġ lill-istudenti fil-metodi u fil-prattika tal-interpretazzjoni letterarja, mifhuma bħala qasam ta’ għarfien speċjalizzat. Matul il-lezzjonijiet jingħata tagħrif bażiku fuq l-iskejjel ewlenin tal-kritika letterarja, kif ukoll fuq modi effettivi kif dawn jistgħu jiġu applikati fuq it-test letterarju Malti. L-istudenti jitħarrġu sew fil-kriterji li jiggarantixxu l-validità tal-interpretazzjoni letterarja, anki fejn ikun hemm interpretazzjonijiet varji tal-istess kitba artistika. Din it-taqsima-studju turi wkoll il-mod kif it-tradizzjoni letterarja nbniet matul iż-żmien permezz ta’ varjetà ta’ metodi analitiċi, u kif it-tema magħrufa ta’ test letterarju tkompli tistagħna skont il-metodi ta’ kritika differenti applikati fuq it-test. Parti minn din it-taqsima-studju turi d-diversi modi kif jista’ jinbena l-esej tal-kritika u tal-interpretazzjoni letterarja, bl-għan li l-istudenti jiksbu l-flessibbiltà meħtieġa fit-tfassil tal-esej kritiku tagħhom. Kull fejn jissemmew termini tal-kritika letterarja li l-istudenti ma jkunux familjari magħhom, dawn jiġu spjegati fid-dettall u murija fil-kuntest tax-xogħol letterarju, sakemm l-istudenti jħossuhom kunfidenti li jistgħu jagħrfu u janalizzaw it-teknika letterarja b’mod awtonomu.

Għanijiet tal-Kors:

Din it-taqsima-studju għandha l-għan tħarreġ lill-istudenti fi skejjel ta’ kritika differenti, b’mod li jitgħallmu jħaddmu metodu alternattivi iżda validi ta’ analiżi letterarja.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- jagħrfu jinterpretaw it-test letterarju skont avviċinamenti kritiċi differenti;
- jikkomparaw u jikkuntrastaw prinċipji ta’ kritika b’mod li jagħrfu l-benefiċċji u n-nuqqasijiet ta’ metodi differenti ta’ analiżi letterarja.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jħaddmu l-għodod tal-kritika letterarji fuq diversi ġeneri letterarji.

Biblijografija:

Qari Bażiku:

- Fish, S. (1990) Is there a Text in this Class. Cambridge, MA: Harvard University Press.
- Ricoeur, P. (1976) Interpretation Theory – Discourse and the Surplus of Meaning. Fort Worth, TX: Texas Christian University Press.
- Waugh, P, ed. (2006) Literary Theory and Criticism – An Oxford Guide. Oxford: Oxford University Press.

Qari Supplimentari:

- Friggieri, O. (1995) L-Istudji Kritiċi Miġbura. Malta: Malta University Services.
- Friggieri, O. (1996) Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji. Malta: PEG.
- Micallef, B. (1996) Achille Mizzi – Studji. Malta: Colour Image.
- Tyson, Lois (2011) Using Critical Theory: How to Read and Write About Literature, Routledge.

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Examination (2 Hours) SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit