Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1369

 
TITLE Bejn Kanoni u Sedizzjoni

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-kanonu jiġi ffurmat mix-xogħlijiet li jitqiesu ewlenin f’kultura letterarja, aktarx ta’ dimensjoni nazzjonali. Madanakollu, il-kunċett tal-kanonu jqanqal għadd ta’ mistoqsijiet: min jiddeċiedi liema xogħlijiet huma kanoniċi, f’liema żmien iseħħ dan, u liema istituzzjonijiet ikomplu jiggarantixxu l-kanoniċità tax-xogħol partikulari? Minn dawn il-mistoqsijiet, jew in-nuqqas ta’ tweġiba ċerta għalihom, jinbet l-argument dwar teżistix letteratura nazzjonali, fis-sens ta’ xogħlijiet li jiksbu valur artistiku għoli biżżejjed biex jiffurmaw korp kanoniku.

Mill-banda l-oħra, kull xorta ta’ letteratura tisfida xi ftit jew wisq il-valuri u l-konvenzjonijiet tal-letteratura stabbilita. Dan il-komponent trasgressiv u ribelluż iġedded il-letteratura u jattira lill-qarrejja, imqar permezz ta’ ħasdiet fin-normi kulturali, morali, u soċjali tagħhom. Anki hawnhekk jinħolqu mistoqsijiet fundamentali dwar liema fatturi jiddeterminaw l-element sedizzjuż u tabù fil-letteratura. Fuq kollox, il-letteratura kif tinbet u tevolvi bejn il-kanoniku u t-trasgressiv?

Għanijiet tal-Kors:

Dan il-kors għandu l-għan primarju li jippreżenta l-letteratura Maltija bħala proċess antitetiku bejn il-konvenzjoni u l-innovazzjoni. Skop ieħor tal-kors huwa li jistħarreġ il-kunċett tal-kanonu letterarju fil-kuntest Malti.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jifhmu t-teorija tal-kanonu letterarju, l-elementi letterarji li joħolqu trasgressjoni, u l-fatturi kunfliġġenti fil-proċess tat-tiġdid tal-letteratura.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jidentifikaw elementi konvenzjonali u sovversivi fil-letteratura;
- jevalwaw xogħol letterarju fil-kuntest sħiħ tal-letteratura nazzjonali.

Biblijografija:

Qari Bażiku:

- Altieri, C. (1990) Canons and Consequences – Reflections on the Ethical Force of Imaginative Ideals. Evanston, ILL: Northwestern UP.
- Bloom, H. (1997) The Anxiety of Influence – A Theory of Poetry. 2nd ed. New York and Oxford: Oxford Univeristy Press.
- Bloom, H. (1975) A Map of Misreading. New York: Oxford University Press.
- Bloom, H. (2011) The Anatomy of Influence – Literature as a Way of Life. New Haven: Yale University Press.

Qari Supplimentari:

- Chircop, J. (1991) The Left within the Maltese Labour Movement. Malta: Mireva.

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Examination (1 Hour) SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit