University of Malta
 

Study-Unit Description
UOM Main Page
 
 
 
Apply - Admissions 2016
Newspoint
Facebook
hums


CODE MAL3015

 
TITLE L-Aspett Lessikali Fil-Malti

 
LEVEL 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-kors jittratta s-sistema aspettwali tal-verbi Maltin u jinqasam fi tnejn. Fl-ewwel taqsima naraw kif il-verbi tal-Malti nistgħu niġbruhom f’ħames kategoriji lessikali skont it-tifsir li jħaddnu, il-morfoloġija u l-imġiba sintattika tagħhom.

Fid-dawl tal-osservazzjonijiet li nkunu ħriġna bihom fl-ewwel parti, fit-tieni taqsima nirrevedu wħud mill-intwizzjonijiet dwar l-aspett grammatikali li ġew diskussi minn Borg (1981, 1988), Fabri (1995) u Ebert (2000), biex ngħaqqdu kwadru kemm jista’ jkun komplut tal-aspett verbali fil-Malti bħala sistema waħda li tlaqqa’ l-aspett lessikali mal-aspett grammatikali.

Għanijiet tal-Kors:

Din it-taqsima-studju għandha l-għan li tispjega d-distinzjonijiet temporali u aspettwali tal-verbi Maltin; u turi li t-tifsir intrinsiku tal-verbi jaffettwa l-mod kif il-verbi jġibu ruħhom grammatikalment.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudent ikun kapaċi:
- jifhem kif il-verbi tal-Malti jesprimu l-kunċett taż-żmien;
- jiddistingwi l-aspett mit-temp u l-aspett grammatikali mill-aspett lessikali;
- jagħraf l-għana tas-sistema aspettwali (lessikali u grammatikali) fil-verbi tal-Mallti.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudent ikun kapaċi janalizza t-temp u l-aspett tal-verbi tal-Malti u jispjega r-regolaritajiet u l-irregolaritajiet fl-aspett grammatikali bis-saħħa tal-aspett lessikali fil-verbi.

Biblijografija:

- Borg, Albert. 1981. A Study of Aspect in Maltese. Ann Arbor: Karoma.
- Borg, Albert. 1988. Lsienna. Studju Grammatikali. Malta.
- Ebert, Karen. 2000. Aspect in Maltese. Dahl, Ölsen (ed.), Tense and Aspect in the Languages of Europe. Berlin: Mouton de Gruyter, 753-785.
- Fabri, Ray. 1995. The Tense and Aspect System of Maltese. Thieroff, Rolf (ed.), Tense Systems in European Languages. Tübingen: Niemeyer, 327-343.
- Olsen, Mari Broman. 1997. A Semantic and Pragmatic Model of Lexical and Grammatical Aspect. New York: Garland Press.
- Spagnol, Michael. 2009. Lexical and grammatical aspect in Maltese. Stolz, Thomas (ed.), Ilsienna. Bochum: Universitätsverlag Brockmeyer, 51-86.
- Vendler, Zeno. 1967. Verbs and Times. Linguistics in Philosophy. Itacha: Cornell University Press, 97-121.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Resit Availability Weighting
Examination (1 Hour) Yes 100%

 
LECTURER/S

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the study-unit description above applies to the academic year 2017/8, if study-unit is available during this academic year, and may be subject to change in subsequent years.
Calendar
Notices



Undergraduate Semester Timetables 2017/18
Undergraduate students may download the Semester Timetables from this page.

Postgraduate Semester Timetables 2017/18
Postgraduate students may download the Semester Timetables from this page.

 



Certificate in Language Proficiency
Information regarding the Certificate in Language Proficiency, including Semester 1 and Semester 2 timetables.




Approved Combinations of Areas of Study
Approved Combinations Of Areas Of Study for October 2017

Diploma fil-Letteratura Maltija
Students may download the Semester Timetables from this page.




Student Representatives on Board of Studies

Student Representatives on the Board of Studies



Students' Requests Committee Meeting: Undergraduates only
Please click here to download Student's Request Form

Long Essay/Dissertation/Thesis Authenticity Form
Authenticity Form for Long Essay/Dissertation/Thesis

Submission of Dissertation/Thesis for Examination
Submission of Dissertation/Thesis for Examination




 
 

Log In back to UoM Homepage
University of Malta
L-Università ta' Malta