University of Malta
 

Summer Voluntary Work
UOM Main Page
 
 
 
Newspoint
Campus Map button

… volunteering abroad

Besides volunteering in Malta, the Chaplaincy also offers annual opportunities for those who wish to do short-term volunteering abroad during the summer holidays.

The aim is to offer a formative experience to students and invite them to express their talents and share their love with the poor and needy.

In the past years the Chaplaincy has taken students to Egypt to work with young children and to Lourdes to support the sick. This year, the volontary groups went to Naples, Palermo and Ethiopia.

 

My experience in Naples

"illum meta nħares lura, ngħid li f’din l-esperjenza ma sibtx biss l-avventura imma wkoll il-grazzja; ma sibtx biss il-ħbieb imma sibt familja oħra… sibt Komunita’ " 

Meta applikajt biex immur esperjenza ta’ volontarjat ġewwa Napli, fittixt l-avventura u li nagħmel ftit ħbieb.  Madanakollu illum meta nħares lura, ngħid li f’din l-esperjenza ma sibtx biss l-avventura imma wkoll il-grazzja; ma sibtx biss il-ħbieb imma sibt familja oħra… sibt Komunita’. 

Tul dak ix-xahar il-komunita’ kienet verament familja. F’din il-komunita’, li kienet magħmula minn nies differenti b’karattri differenti, tgħallimna nilqgħu lil xulxin u nisimgħu lil xulxin.  Tul l-esperjenza, iltqajna ma' diversi sfidi li għaqqduna aktar flimkien; f’diskussjonijiet twal ta’ kuljum, fejn konna naqsmu flimkien dak li konna qegħdin ngħaddu minnu fil-ġranet li kellna, fi spirtu ta’ talb.  F’din l-esperjenza bħala komunita’ nista’ ngħid li għexna flimkien fejn konna anke naqsmu x-xogħol meħtieġ bejnietna biex inkunu ta’ servizz għal xulxin. 

Għalkemm dan il-kliem forsi jidher u jirrifletti l-ideali, tassew nista’ nixhed li din l-esperjenza, din il-komunita' kienet dinja ideali li għalkemm konna mdawrin bil-faqar soċjali, aħna konna nies għonja f’dik li hija għaqda ta’ komunita’ u naħseb li flimkien mas-sorijiet ta’ Madre Tereża stajna nkunu rigal għal dawk in-nies li ħdimna magħhom.


- Jonathan Borg

 

Calendar
Notices
Wednesday Lunches
Starting Wednesday 12th October 2016 at 13:00.
divider
Taize-Style Prayer evening
An hour of prayer in Taize-style, starting Wednesday 26th October 2016.
divider
 
 
Last Updated: 23 September 2014

Log In back to UoM Homepage