Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE DGP0455

 
TITLE Nagħmlu Storja Tinkiteb: Kors Prattiku Intensiv fil-Kitba tan-Novella

 
UM LEVEL 00 - Mod Pre-Tert, Foundation, Proficiency & DegreePlus

 
MQF LEVEL Not Applicable

 
ECTS CREDITS Not Applicable

 
DEPARTMENT Degree Plus Programme

 
DESCRIPTION Dan il-kors prattiku u intensiv jiffoka fuq in-novella u forom oħra ta’ proża bil-Malti. Matulu nistħarrġu aspetti fundamentali tal-kitba ta' storja u l-preżentazzjoni tal-istess storja quddiem udjenza..

Il-kors jibda billi jħares lejn dak li nkiteb diġà u lejn dak li qed jinkiteb. Għalhekk, inħarsu lejn xogħlijiet mil-letteratura lokali u mil-letteratura barranija bħala punt tat-tluq. Dawn l-eżempji jservu ta’ mudell biex minnhom nisiltu eżempji partikolari li jgħinu lil dak li jkun jirrifletti fuq l-att tal-kitba nnifsu u fuq it-tekniki diversi li jistgħu jitħaddmu u l-effett li jħallu.Il-programm jinkludi sessjonijiet dwar il-karatteristiċi speċifiċi tan-novella, l-istrateġiji narrattivi, l-iżvilupp tal-karattri, ir-ritmu tal-proża, il-vuċi u t-ton, u s-sehem sikwit determinanti tal-metafora u l-lingwaġġ figurattiv inġenerali fin-narrattiva kontemporanja.

Kull sessjoni ta’ sagħtejn tinqasam f’qari, riflessjonijiet u istruzzjonijiet, u f’ħin għal kitba prattika li tesperimenta b’mekkaniżmu u strateġiji differenti. Lill-parteċipanti nħeġġuhom jaħdmu waħedhom u fi gruppi. Fuq kollox, il-kors iħeġġeġ lill-parteċipanti jesperimentaw u ma jibżgħux jiktbu l-ewwel sentenzi tagħhom.

L-Assessjar:

Minħabba li t-taqsimiet tad-DegreePlus mhumiex maħsuba biex ikunu piż akkademiku fuq l-istudenti, il-lezzjonijiet huma mfassla biex l-istudenti jitgħallmu b’mod pjaċevoli billi jipparteċipaw b’mod attiv fihom. Għalhekk, għal din it-taqsima m’hemmx assessjar formali, imma l-istudenti jingħataw xogħol biex jipprattikaw u jikkonsolidaw li jkunu tgħallmu. B’hekk ikunu jistgħu jkejlu l-progress tagħhom fil-Malti huma stess.

 
ADDITIONAL NOTES Din it-taqsima-studju tista’ ma tkunx offruta jekk ma jkunx hemm applikanti biżżejjed. Bl-istess mod, jekk jinqabeż in-numru massimu ta’ applikanti, xi applikazzjonijiet jistgħu ma jintlaqgħux.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Sept. Asst Session Weighting
Attendance No 100%

 
LECTURER/S Leanne Ellul
Joseph Noel Grima (Co-ord.)

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit