Applikazzjonijiet online għad-dħul fl-Università ta’ Malta Merħba għall-faċilità tal-applikazzjonijiet
online tal-Università ta’ Malta.
Meta japplikaw
online l-applikanti jibbenefikaw mill-vantaġġi li ġejjin:
- tapplika mill-kumdità u l-privatezza ta’ darek
- disponibbli 24 siegħa kuljum għall-konvenjenza tiegħek
- formola tal-applikazzjoni iktar sempliċi biex timtela
- verifika tal-formola f’ħin reali b’inqas riskju li timla d-dettalji b’mod inkorrett
- għajnuna online għal kull sezzjoni tal-formola tal-applikazzjoni
- il-faċilità li tħallas il-miżata għall-applikazzjoni permezz ta' sistema protetta ta' ħlas online.
Qed jintlaqgħu l-Applikazzjonijiet Online għall-korsijiet li se jibdew fi Frar 2012 kif ukoll għal dawk li se jibdew f'Ottubru 2012.
Applikanti bi Kwalifiki Barranin
Applikanti li għandhom kwalifiki barranin jistgħu japplikaw għal korsijiet fl-Università ta' Malta matul is-sena. Jingħata parir lill-applikanti biex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom lill-Admissions & Records Office kemm jista' jkun kmieni. L-applikazzjonijiet għal dawk l-applikanti li jixtiequ jirreġistraw għall-korsijiet li se jiftħu f'Ottubru 2012 jiftħu f'Novembru 2011. Iktar informazzjoni tista' tinkiseb minn
hawnhekk.
Informazzjoni dwar kif timtela l-applikazzjoni
online tista' tinkiseb
hawnhekk.
Jekk m’intix ċert x’kors għandek tapplika għalih jew kif, saqsina! Tista’ tagħmel kuntatt magħna permezz ta’
din il-formola ta’ informazzjoni online.
Huwa tajjeb li ssir applikazzjoni kemm jista' jkun kmieni speċjalment minn dawk l-applikanti li għandhom bżonn visa biex jidħlu Malta.
Tista’ tara l-informazzjoni kollha relatata fuq
is-sit elettroniku tal-International & EU Office.
Applikanti bi Kwalifiki Lokali L-applikanti li jippreżentaw kwalifiki lokali biex jidħlu fl-Università ta’ Malta huma mħeġġa japplikaw
online għal dawk il-korsijiet li se jibdew f'Ottubru 2012.
Aktar informazzjoni dwar kif timtela l-applikazzjoni
online tista’ tinstab
hawnhekk.
Aħna nagħmlu minn kollox biex il-proċess tal-applikazzjoni jkun sempliċi kemm jista’ jkun. Jekk jogħġobkom toqogħdux lura milli tikkuntattjawna bil-kummenti tagħkom permezz
tal-email.
12/2/2012
http://www.um.edu.mt/malti/applikaissa