|
|
Is-Sitt Skola Sajf fis-Sistemi ta’ Informazzjoni Ġeografika
L-Istitut għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Università ta’ Malta b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Inġinerija Ċivili, Ambjentali u Ġeomatika tal-University College London (UCL) għandu l-pjaċir iħabbar is-Sitt Skola Sajf Internazzjonali dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni Ġeografika (Geographic Information Systems – GIS) bejn it-22 u s-26 ta’ Lulju 2013. L-għanijiet tal-Iskola Sajf huma li jipprovdu lill-professjonisti f’nofs il-karriera tagħhom, studenti tal-ewwel grad u gradwati bil-ħiliet neċessarji biex jużaw Informazzjoni Ġeografika f’formati diversi u kif dawn jintegraw fis-Sistemi ta’ Informazzjoni Ġeografika. Din is-sena l-Iskola Sajf se tiffoka fuq il-ħolqien u l-ġbir ta’ informazzjoni ġeografika, l-immaniġġjar u l-użu ta’ dejta fuq l-internet u f’ diversi software ta’ GIS. Sessjonijiet prattiċi ser jikkumplimentaw is-sessjonijiet b’bażi ta’ lekċers, bil-parteċipanti jużaw il-GPS, l-Open Street Map, l-ArcGIS u software bil-kodiċi tas-sors aċċessibbli (open source software).
L-Iskola Sajf se tkun imqassma fuq perijodu ta’ ħamest ijiem u l-parteċipanti se jieħdu sehem f’lekċers u sessjonijiet prattiċi għal sitt sigħat kuljum fuq il-Kampus prinċipali tal-Imsida. L-Iskola Sajf ma tirrekjedix li l-parteċipanti jkollhom għarfien minn qabel tal-GIS, iżda huma mistennija li jkollhom għarfien bażiku tal-kompjuter. Din is-sena l-għalliema tal-fakultà se jkunu Dr Maria Attard (Università ta’ Malta), Dr Helena Titheridge (University College London) u Ms Thérèse Bajada (Università ta’ Malta).
Aktar informazzjoni dwar l-Iskola Sajf tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku jew direttament mill-Istitut għall-Iżvilupp Sostenibbli permezz ta’ email jew bit-telefown +356 2340 3403. Ir-reġistrazzjoni għall-Iskola Sajf hija fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Il-ġurnata tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija l-31 ta’ Mejju 2013.
Kors fl-Iffinanzjar tal-Kummerċ Internazzjonali
L-Universita ta' Malta ingħaqdet mal-International Factors Group (IFG) u ma' FIMBank plc sabiex tniedi Ċertifikat fl-Iffinanzjar tal-Kummerċ Internazzjonali. ll¬programm għandu l-għan li jintroduċi lill-parteċipanti fid-dinja tal-kummerċ internazzjonali, il-Ioġistika, it-'trade supply chain management', kif ukoll l-Iffinanzjar tal-Kummerċ. Dan jinkorpora wkoll il-Ġimgħa Akkademika tal-IFG, kors internazzjonali komprensiv li jintegra t¬teorija u l-prattika fil-qasam tal-'factoring' u l-finanzjament kummerċjali. Il-kurrikulu ta' sitt ġimgħat li se jsir f'Malta huwa mfassal sabiex jipprovdi firxa wiesgħa ta' kompetenzi li għandhu jippermetti liII-parteċipanti biex itejbu l-karriera tagħhom fid-dinja korporattiva. Il-Professur Joseph Falzon, Kap tad-Dipartiment tax-Xjenza Bankarja u Finanzjarja, u Dekan tal-Fakulta tal-Ekonomija, Management u Accountancy fl-Universlta ta' Malta stqarr li: "Aħna kburin li nkunu assoċjati mal-IFG u FIMBank. Dan il-programm se jipprovdi qafas sod għal dawk li jixtiequ li jsegwu l-istudji tagħhom jew ifittxu karriera fil-qasam tal-iffinanzjar tal-kummerċ. Flimkien mal-imsieħba tagħna, li se jipprovdu lecturers internazzjonali addizzjonali u bankiera speċcjalizzati fl-iffinanzjar tal-kummerċ, il-programm se joffri esperjenza edukattiva unika, kemm mil-lat teoretiku kif ukoll minn dak prattiku."
Erik Timmermans, Segretarju Ġenerali tal-IFG, ukoll jinsab entuzjazmat b'dan l-iżvilupp u ddikjara li: "L-IFG hija l-assoċjazzjoni tal-kummerċ li tirrappreżenta 160 membru f'aktar minn 60 pajjiż li jaħdmu fil-qasam tal-'factoring'. Id-deċiżjoni li l-programm akkademiku tagħna eżistenti jibda jagħmel parti integrali minn dan il-kors huwa maħsub sabiex iżid ll-valur, peress li l-parteċipanti issa se jkollhom l-għażla li jew jirreġistraw għall-Ġimgħa Akkademika tagħna jew inkella jsegwu l-programm sħiħ ta' sitt ġimgħat mqassma fuq disa' xhur, u b'hekk fiż-żewġ każi jkunu qegħdin jiksbu kwalifika akkreditata mill-Unjoni Ewropea." Iċ-Ċertifikat fl-Iffinanzjar tal-Kummerċ Internazzjonali ġie żviluppat b'mod konġunt mill-imsieħba sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet tad-dinja kummerċjali u joffru pjattaforma li minnha l-parteċipanti jistgħu jitgħallmu aktar dwar l-aspetti kollha tal-kummerċ internazzjonali, l-importazzjoni u l-esportazzjoni, il-Ioġistika kif ukoll l-iffinanzjar tal-kummerċ. L-għan prinċipali tal-kors huwa li joffri programm edukattiv kompetittiv iffukat fuq l-industrija, u li jipprovdi l-għodod meħtieġa biex jintlaħqu l-miri ta' żvilupp professjonali fl-iffinanzjar tal¬kummerċ internazzjonali. L-enfasi se tkun fuq l-aspett prattiku, b'analizi ta' xenarji reali mid-dinja tal-kummerċ internazzjonali. Il-kors se jsir fil-Kampus tal-Universita fl-Imsida u fil¬Belt Valletta, u huwa mistenni li jattira numru sinifikanti ta' studenti internazzjonali. Dan il¬programm ta' taħriġ li se jkun provdut mill-Fond tar-Riċerka, Innovazzjoni u Żvilupp tal¬Universita (RIDT) bi-appoġġ finanzjarju ta' FIMBank.
Il-President ta' FIMBank, Margrith LOtschg-Emmenegger, temmen li: "Dan huwa l-ewwel pass fi proċess twil, peress li l-ambizzjoni tagħna hi li naraw dan iċ-ċertifikat jiżviluppa f'diploma, sussegwentement fI/degree' u eventwalment f'MBA." Is-Sinjura LOtschg-Emmenegger spjegat kif l-opportunitajiet ta' karriera fil-kummerċ internazzjonali jkomplu jikbru anki matul perjodi ta' tnaqqis ekonomiku u varjazzjonijiet fiċ-ċiklu tan-negozju. Hija ddikjarat li: "Hemm it-tendenza lid-domanda għall-professjonisti kapaċi u ta' esperjenza fil-qasam tal-iffinanzjar tal-kummerċ tibqa' waħda għolja. FIMBank huwa kburi ħafna li qiegħed jappoġġja dan il-prograrnrn u li qiegħed jippromwovi lil Malta bħala ċentru finanzjarju internazzjonali, kif ukoll bħala ċentru ta' eċċellenza fl-iffinanzjar tal-kummerċ."
Applikazzjonlilet għall-Programm ta' Ċertifikat fl-Iffinanzjar tal-Kummerċ Internazzjonali qegħdin jiġu aċċettati bħalissa. Għal aktar informazzjoni żur www.ifgroup.com jew www.um.edu.mt.

Insetti, Nies aktar f’Saħħithom, Mapep 3D u Djamanti
Manhattan, Chicago u San Francisco jinsabu fuq mapep 3D sbieħ ħafna, u issa Malta wkoll ingħaqdet magħhom. Dr Saviour Formosa kkoordina proġett ta’ €4.4 miljun iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali biex jiżviluppa mappa ta’ Malta bħal ma qatt kien hawn qabel, li se tkun aċċessibbli f’Ġunju li ġej. Il-proġett jista’ jgħin lil Malta tiżviluppa pjanijiet aħjar ta’ għajnuna f’xi diżastru biex jiġu salvati l-ħajjiet.
Din l-istorja tinsab fir-rivista ta’ riċerka Think tal-Università ta’ Malta, li issa tinsab għand il-librara kollha. Stejjer oħra jittrattaw kif gradwati tal-Università qed jeċċellaw fil-Baħrajn, u kif idea espressa f’mitt kelma tista’ tbiddel lil Malta.
Riċerkaturi qed jippruvaw ukoll iwieġbu: kif tista’ l-ekonomija tagħmilna iżjed f’saħħitna u iżjed ferħanin? Qasam ġdid fl-ekonomija, li qed jaqleb l-ipotesi tan-nies ta’ taħt fuq, qed jipprova jifhem kif in-nies jagħmlu l-għażliet tagħhom. Permezz tal-użu ta’ din l-informazzjoni biex terġa’ tinbena l-fiduċja tal-konsumatur, iċ-ċittadini għandhom jonfqu b’mod iżjed responsabbli li jgħin jittaffew kriżijiet finanzjarji futuri u jista’ jkun tissolva l-epidemija tal-ħxuna żejda.
Lokalment, il-biċċa l-kbira tan-nies jitkellmu bil-Malti u bl-Ingliż. Fil-passat kien hemm il-biża’ li l-bilingwiżmu seta’ jikkonfondi lit-tfal u li ma jkunux jitkellmu tajjeb. Evidenza enormi qed turi kif il-bilingwiżmu jista’ jkun qed jagħti vantaġġ lit-tfal tagħna għall-kumplament ta’ ħajjithom.
Akkademiċi tal-Università jitkellmu dwar l-isfidi fl-IVF, biex ikomplu d-diskussjoni minn ħarġiet preċedenti, filwaqt li oħrajn jiddiskutu servizzi ġodda li n-nisa jeħtieġu biex jikkompetu b’mod ġust fid-dinja tal-akkademiċi. Mill-banda l-oħra, studenti qed jirriċerkaw il-monitoraġġ tat-terremoti fix-Xemxija, u kif id-djamanti jistgħu jintużaw fil-kompjuters.
Ir-rivista tinkludi wkoll riċerka lokali dwar l-insetti. Uħud huma maħbubin filwaqt li oħrajn, bħan-nemusa Asian Tiger, ibeżżgħu. Huwa possibbli li ’l fuq minn 6,000 speċi ta’ insetti jgħixu f’Malta.
Think jista’ jinġabar b’xejn mingħand il-librara madwar Malta u Għawdex u l-ħwienet tal-kotba tal-Agenda, jinqara fuq is-sit elettroniku, jiġi segwit fuq Twitter @ThinkUoM jew ‘liked’ fuq Facebook.

Ġenerazzjoni Ġdida ta’ Komunikaturi tax-Xjenza
FameLab Malta tinkuraġġixxi ġenerazzjoni ġdida ta’ komunikaturi tax-xjenza
Għall-ewwel darba, Malta ser tingħaqad ma’ FameLab, kompetizzjoni internazzjonali li tinvolvi ’l fuq minn 20 pajjiż fl-Ewropa, l-Asja, l-Afrika ta’ Fuq fit-tfitxija tal-aqwa komunikatur tax-xjenza li jmiss. FameLab toffri lir-riċerkaturi żgħażagħ u lix-xjentisti li għadhom jibdew il-karriera tagħhom opportunità biex jesebixxu l-ħiliet tagħhom.
L-istudenti, l-edukaturi u r-riċerkaturi fil-qasam tax-xjenza, speċjalment dawk li għandhom għal qalbhom ix-xjenza u jridu jikkomunikaw l-entużjażmu tagħhom dwar is-suġġett lill-pubbliku, huma mistiedna biex jirreġistraw permezz ta’ email. FameLab tirsisti biex tesponi individwi b’kariżma ħalli jinjettaw l-entużjażmu tagħhom f’suġġetti relatati max-xjenza u jikkomunikaw ix-xjenza ma’ udjenza aktar wiesgħa.
FameLab għandha l-għan li tiskopri u tniedi xjentisti u inġiniera li huma entużjasti u promettenti biex jispiraw lin-nies ħalli jaraw id-dinja xjentifika minn perspettiva ġdida, friska u iktar mill-qrib. Din il-kompetizzjoni rat il-bidu tagħha minn The Times Cheltenham Science Festival. Ir-rebbieħ tas-sena l-oħra qed jintwera fuq is-sit elettroniku.
Il-kontestanti għandhom jippreparaw żewġ taħdidiet ta’ tliet minuti l-waħda dwar il-kunċett xjentifiku favorit tagħhom u jippreżentaw dawn it-taħdidiet b’mod divertenti. Is-suġġetti relatati max-xjenza jistgħu jinkludu oqsma mill-inġinerija, mediċina, dentistrija, xjenza relatata mal-mediċina, xjenza tal-kompjuter, u oqsma oħra simili relatati max-xjenza. Wieħed jista’ wkoll jibgħat imejl lill-organizzaturi biex jaċċerta ruħu dwar is-suġġett magħżul.
FameLab Malta qed tħares ’il quddiem biex tisma’ dwar l-iktar fatti xjentifiċi affaxxinanti sal-iktar fatti strambi li hemm. Kollox, minn kompjuters li jiġġeneraw mużika klassika li tħabbatha ma’ dik ta’ Mozart, sa polimers li jistgħu jintużaw biex jagħtu stil lill-partiċelli manjetiċi ħalli jsiru ikar attraenti għaċ-ċelloli.
Il-provi ser isiru fil-Kamra tal-Mużika fil-Kavallier ta’ San Ġakbu is-Sibt 6 ta’ April 2013 bejn l-10:00 u t-15:00. Persuni li huma ’l fuq minn 18-il sena jistgħu jirreġistraw bil-quddiem jew imorru hemm dakinhar stess. Il-ġurija tinkludu lill-ekoloġista Dott Sandro Lanfranco, il-kittieb Malcolm Galea u l-inġinier Dott Inġ John C. Betts. Kull membru tal-ġurija ser jevalwa l-preżentazzjonijiet finali fuq tliet kwalitajiet ewlenin: kontenut u preċiżjoni xjentifika, ċarezza tal-komunikazzjoni, u kariżma.
FameLab twaqqfet fl-2005 miċ-Cheltenham Festivals biex issib u trawwem xjentisti u inġiniera li għandhom talent biex jikkomunikaw mal-pubbliku. Permezz ta’ sħubija mal-Kunsill Brittanniku, mill-2007 lil hawn FameLab saret avveniment globali b’kompetizzjonijiet li jsiru f’20 pajjiż madwar l-Ewropa, l-Asja, l-Afrika u l-Istati Uniti.
L-ewwel kompetizzjoni ta’ FameLab Malta hi organizzata bi sħubija mal-British Council, l-Universita’ ta’ Malta, Research Innovation and Development Trust (RIDT), u għandha l-appoġġ ta’ Actavis, Microsoft Innovation Centre, Vodafone, it-Teatru Manoel, Malta Chamber of Scientists u Il-Kavalier San Gakbu Centru għall-Kreativita’.
L-Università ta' Malta qed tħeġġeġ lil studenti li jistudjaw suġġetti relatati max-xjenza, xjentisti żgħażagħ, inginiera, u teknoloġisti biex jieħdu sehem u juru il-kapaċità u t-talenti tagħhom f’taħdita pubblika. Il-komunikaturi żgħażagħ jistgħu jkunu strumentali biex juru kif suġġetti xjentifiċi jistgħu jkunu ppreżentati fil-pubbliku, b’mod li dawn is-suġġetti ikunu aktar faċli u jinftehmu tajjeb.
L-inizzjattiva ta’ FameLab Malta hi fl-istess direzzjoni ta' dik tar-RIDT, għax tenfasizza l-valur u l-bżonn tax-xjenza u r-riċerka. RIDT qed jaħdem biex kull ma jmur jiżdied l-appoġġ għal attivitajiet ta’ riċerka u biex isib aktar fondi ħalli jespandi l-istudji ta’ riċerka fl-Università.
Il-finalisti minn Malta jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f’master class nhar is-Sibt 27 u l-Ħadd 28 ta’ April ma’ Malcolm Love, espert tal-midja u komunikazzjoni li ħadem mal-BBC. Hu se jiġi Malta apposta minn FameLab UK biex jgħin lill-finalisti minn Malta, jagħtihom pariri prattiċi, u jassigura li jkollhom l-aqwa ċans biex jikkompetu fil-finali ta’ FameLab Malta f’Mejju 2013. Ir-rebbieħ tal-finali f’pajjiżna jirbaħ vjaġġ komplut biex jikkompeti u jirrappreżenta lil Malta f’Cheltenham Science Festival li ser isir bejn l-4 u 9 ta’ Ġunju 2013.
Dawk li fil-passat rebħu l-kompetizzjoni FameLab żaru diversi pajjiżi madwar id-dinja, ħadu sehem f’festivals u fi programmi fuq it-TV u r-radju. Ħafna minnhom irnexxielhom ukoll jgħaqqdu dawn l-attivitajiet pubbliċi tagħhom mar-riċerka li jkunu qed jagħmlu. Il-finalisti kollha jsiru parti min-network mondjali ta’ komunikaturi tax-xjenza.
Għal aktar tagħrif dwar parteċipazzjoni, wieħed jista’ jibgħat email inkella jżur is-sit elettroniku jew il-paġna Facebook
 Il-biochemist Didac Carmona, riċerkatur fl-Awstrija, kien ir-rebbieħ tal-FameLab International 2012. Drittijiet fotografiċi FameLab International
Għal iktar tagħrif dwar FameLab
Is-Sa Ingrid Eomois Tel: +356 21 226377 EmailMistoqsijiet mill-Midja
Is-Sur Carmel Bonello Tel: +356 21 243211 EmailDwar FameLab
FameLab twaqqfet fl-2005 miċ-Cheltenham Festivals bi sħubija ma’ NESTA ħalli tiskopri u trawwem xjentisti u inġiniera li għandhom talent li jikkomunikaw mal-udjenzi. Sa mill-2007, permezz ta’ sħubija mal-Kunsill Brittanniku, FameLab saret waħda globali, b’kompetizzjonijiet li issa jsiru f’20 pajjiż madwar l-Ewropa, l-Asja, l-Afrika u l-Istati Uniti. Globalment, iktar minn 4,500 riċerkatur ħadu sehem. Ir-riżultat jissarraf f’netwerk vibranti ta’ xjentisti u inġiniera li jattiraw udjenzi internazzjonali kif ukoll billi jiddiskutu bejn xulxin dwar dak li jfisser taħdem fil-qasam tax-xjenza llum. Fl-2013, il-kompetizzjoni tal-Ingilterra qed tkun appoġġjata minn EDF Energy.
Kors fil-Bioloġija tal-Baħar
Id-Dipartment tal-Bioloġija fi ħdan il-Fakultà tax-Xjenza ser joffri il-kors, 'An Introduction to Marine Biology'. Il-kors, li huwa miftuħ ukoll għall-pubbliku, ser isir bejn l-20 ta' Marzu u l-25 ta' Mejju.
Għal aktar dettalji kklikkja hawn jew ikkuntattja: Is-Sa Michaela Stivala Id-Dipartment tal-Bioloġija L-Università of Malta Tel.: +356 2340 2272 Email
Ftehim għal Rabtiet Eqreb bejn l-Universitajiet ta’ Malta u tal-Kolumbja
Il-Konslu Ġenerali żżur l-Università ta’ Malta
Il-Konslu Ġenerali tal-Kolumbja, Ms Maria Mercedes Carrasquilla Barrera dan l-aħħar żaret il-laboratorji tad-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Metallurġija u l-Materjali fl-Università ta' Malta.
Hija ttieħdet iżżur il-laboratorji li huma mgħammra sew bil-makkinarju u l-attrezzatura li ġew iffinanzjati mis-seba' protokoll ta' ftehim Italo-Maltese, u aktar reċentament, mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali permezz tal-proġett, 'Developing an Interdisciplinary Material Testing and Rapid Prototyping R&D Facility.'
Matul iż-żjara l-Konslu Ġenerali ltaqgħet mad-Dekan, Dr Ing. John C. Betts, il-membri akkademiċi tal-istaff, studenti tal-ewwel grad u riċerkaturi. Saret referenza għar-rabtiet mill-qrib bejn id-dipartiment u l-industrija u s-servizzi offruti biex jappoġġjaw lil din tal-aħħar.
Din iż-żjara seħħet bis-saħħa ta' memorandum ta' ftehim iffirmat bejn l-Università ta' Malta u l-Universidad del Rosario, Bogotá, il-Kolumbja. Dan il-ftehim jippromwovi r-riċerka kollaborattiva u l-iskambju ta’ studenti u staff bejn iż-żewġ universitajiet. Bħala riżultat dirett ta' dan il-ftehim, Dr Joseph Buhagiar se jkun qed jagħti lekċers fl-Universidad del Rosario fil-qasam tal-biomaterjali.
 Ir-ritratt juri mix-xellug lil: Ms María Mercedes Carrasquilla
Barrera (Il-Konslu Ġenerali tal-Kolumbja, f’Ruma), Dr Joseph Buhagiar
(Lekċerer fl-Inġinerija) u Dr John Betts (Dekan – Fakultà
tal-Inġinerija) fil-laboratorju ffinanzjat mill-Fond Ewropew
għall-Iżvilupp Reġjonali permezz tal-proġett, 'Developing an
Interdisciplinary Material Testing and Rapid Prototyping R&D
Facility'.
L-Inawgurazzjoni tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà
Nhar il-Ġimgħa filgħaxija ġiet inawgurata l-14-il fakultà tal-Università ta’ Malta – Il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà. It-twaqqif ta’ din il-Fakultà ġabret flimkien numru ta’ entitajiet tal-Università diġà eżistenti u wħud li nħolqu dan l-aħħar. Dawn kollha jindirizzaw aspetti diversi ta’ ‘tisħiħ tas-soċjetà’.
Il-Fakultà ġdida, li ġiet stabbilita mill-Kunsill tal-Università f’Lulju 2012, tinkludi d-Dipartimenti tal-Counselling, tal-Kriminoloġija, tal-Istudju tal-Familja, tal-Psikoloġija, tal-Politika Soċjali u l-Ħidma Soċjali, tal-Istudju taż-Żgħażagħ u l-Komunità, u l-Unità tal-Istudju tad-Diżabilità. Dawn joffru firxa wiesgħa ta’ korsijiet ta’ diploma, u korsijiet tal-ewwel grad u ta’ wara l-ewwel grad. Jiġu wkoll organizzati b’mod regolari seminars u konferenzi li jservu bħala opportunitajiet eċċellenti għall-iżvilupp professjonali kontinwu ta’ min jaħdem fis-settur soċjali.
Numru ta’ membri tal-istaff tal-Fakultà jikkontribwixxu għal proġetti ta’ riċerka f’livelli nazzjonali u internazzjonali u wħud minnhom huma studjużi li ppubblikaw ħafna xogħlijiet fil-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom. Minbarra hekk, ħafna mill-membri tal-istaff jimpenjaw ruħhom fil-komunità permezz tal-kontribuzzjoni tagħhom lill-bordijiet u kumitati tal-gvern, organizzazzjonijiet mhux governattivi u assoċjazzjonijiet professjonali.
Dr Maureen Cole hija d-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà.
 Fir-ritratt jidhru mix-xellug għal-lemin Ms Maria Victoria Gauci, Koordinatriċi, Unità tal-Istudju tad-Diżabilità, Dr Dione Mifsud, Kap, Dipartiment tal-Counselling, Prof Carmel Cefai, Kap, Dipartiment tal-Psikoloġija, Dr Maureen Cole, Dekan u Kap, Dipartiment tal-Politika Soċjali u l-Ħidma Soċjali, Ir-Rettur, Il-Prof Juanito Camilleri, Prof Angela Abela, Kap, Dipartiment tal-Istudju tal-Familja, Dr Jacqueline Azzopardi, Kap, Dipartiment tal-Kriminoloġija u Dr Albert Bell, Kap, Dipartiment tal-Istudju taż-żgħażagħ u l-Komunità.
Il-Prim Ministru żar ukoll il-Bini tal-Fakultà tal-ICT li wasal biex jitlesta
 Wara l-inawgurazzjoni tal-Bini għas-Servizzi tal-IT, il-Prim Ministru żar ukoll sezzjoni tal-bini tal-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (Faculty of Information and Communication Technology – ICT) li issa wasal biex jitlesta. Dan il-Proġett ERDF 017 li jiswa 17-il miljun Euro huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Programm tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2007-2013, b’rata ta’ ko-finanzjament ta’ 85% Fondi tal-Unjoni Ewropea, 15% Fondi Nazzjonali. Il-bini jikkonsisti f’sottostruttura tal-konkrit bl-istruttura ta’ fuq imdawra bl-azzar. Il-kisja ta’ barra tikkonsisti fil-biċċa l-kbira tagħha f’faċċata li hi mimlija b’gass inert maħduma b’inġinerija speċjali u ttrattata biex tnaqqas iż-żieda tas-sħana solari waqt li ma tikkompromettix it-trażmissjoni tad-dawl fil-kmamar. Il-bini m’għandux twieqi li jinfetħu imma huwa kklimatizzat permezz ta’ Building Management System (BMS) avvanzata. Il-kondizzjonijiet klimatiċi interni, bħat-temperatura, l-introduzzjoni ta’ arja friska u l-estrazzjoni se jkunu kollha kkontrollati minn sistema awtomatizzata. Ġew installati wkoll unitajiet ta’ rkupru tas-sħana f’postijiet ewlenin, b’tali mod li l-arja friska introdotta fil-bini tkun ikkondizzjonata minn qabel mill-arja estratta, bir-riżultat ta’ aktar effiċjenza b’mod ġenerali. Il-kmamar se jkunu mgħammra b’apparat li jinduna bil-preżenza sabiex jintfew id-dwal u sistemi ta’ arja kkondizzjonata b’mod awtomatiku jekk il-kamra tiżvojta. Il-parkeġġ taħt l-art se jkun immonitorjat u l-arja ċċirkolata b’mod awtomatiku. Huwa maħsub li din is-sistema ċentralizzata ta’ klimatizzazzjoni, flimkien mal-użu tal-iżjed materjali avvanzati għall-faċċata ta’ barra, se jnaqqsu b’mod konsiderevoli l-bżonnijiet tal-enerġija ta’ dan il-bini u b’hekk jgħinu biex jitnaqqas l-impatt ambjentali li toħloq iż-żieda ta’ bini ieħor fuq il-kampus. B’mod ġenerali, is-sistemi tal-arja kkondizzjonata huma tat-tip VRF b’kompressuri inverter driven sabiex titjieb l-effiċjenza tal-operazzjoni taħt kondizzjonijiet ta’ tagħbija parzjali. Għalkemm il-bini għandu s-sub-station tal-elettriku esklussiv għalih biex jiżgura provvista stabbli ta’ enerġija, huwa wkoll mgħammar b’ġeneratur ta’ riserva għall-provvista ta’ enerġija f’emerġenza u se jkun tajjeb biex iħaddem id-domanda meħtieġa. Karatteristika oħra tal-bini hija l-ġbir tal-ilma tax-xita tiegħu stess. Anke fil-każ li tkun sospiża l-provvista tal-ilma, il-bini jista’ jiddependi fuq il-ġibjun kbir tal-ilma li għandu taħt l-art . Dan il-ġibjun se jintuża biex jipprovdi ilma ta’ kwalità inqas tajba fil-flushings, jipprovdi l-ilma għat-tisqija kif ukoll għal sistemi tat-tifi tan-nar. It-tip ta’ tagħmir tad-dwal se jvarja skont l-applikazzjoni u l-post, iżda b’mod ġenerali kollha se jipprovdu lumen għoli ta’ enerġija għal kull watt u għalhekk huma effiċjenti f’termini ta’ enerġija. Il-bini huwa mgħammar b’arranġament ta’ PV fuq il-bejt li kollha jservu għan doppju - li jipprovdu d-dell lill-bejt, u b’hekk inaqqas l-assorbiment tas-sħana mill-bini u wkoll jiġġenera l-enerġija għall-użu dirett mill-bini. Il-bini huwa mgħammar ukoll b’sistemi ta’ sigurtà li jinkludu sistema li tagħraf il-preżenza ta’ nar, sistema għat-tifi tan-nar (b’gass inert għat-trażżin tan-nar fil-kmamar tas-server), CCTV u kontroll ta’ aċċess. L-istruttura nnifisha hija kostruzzjoni ta’ erba’ sulari li b’kollox toffri spazju ta’ bejn wieħed u ieħor 6700 metru kwadru, ikkonfigurat bħala żewġ blokok li jinfdu permezz ta’ entratura ċentrali b’diversi sulari, lobby, tromba tat-taraġ, u l-ispazju fejn hemm il-lift, b’parkeġġ taħt l-art għal aktar minn 80 vettura li tasal għalih permezz ta’ rampa. Ingħatat attenzjoni għall-iskyline ġenerali tal-Kampus tal-Università fl-Imsida. L-art imżerżqa li ddawwar il-bini naqqset l-impatt viżwali fuq il-binjiet tal-Università tal-madwar. Il-partijiet diversi fil-bini l-ġdid se jinkludu laboratorji għat-tagħlim, kmamar għar-riċerka, kmamar għat-tutorials, postijiet fejn jistudjaw studenti tal-ewwel grad, kmamar għal studenti ta’ wara l-ewwel grad, laboratorji għar-riċerka, u aktar.
Il-Prim Ministru Jinawgura l-Bini għas-Servizzi tal-IT fl-Università
 Il-Prim Ministru Jinawgura l-Bini għas-Servizzi tal-IT fl-Università
Il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi llum inawgura l-Bini għas-Servizzi tal-IT fl-Università ta’ Malta. Il-proġett ERDF 064 ta’ €8 miljun huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Programm tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2007-2013, b’rata ta’ ko-finanzjament ta’ 85% Fondi tal-Unjoni Ewropea, 15% Fondi Nazzjonali. Wara li kixef plakka kommemorattiva, il-Prim Ministru żar il-bini li hu mifrux fuq spazju ta’ 4,000 metru kwadru u jinkorpora faċilitajiet tal-IT mill-iżjed moderni għall-istudenti u l-istaff tal-Università. Il-faċilitajiet li jinsabu f’dan il-bini jinkludu: faċilitajiet estensivi ta’ videoconference bil-possibbiltà li jingħaqdu sa 12-il sit differenti fl-istess ħin f’Malta, Għawdex u barra l-pajjiż, għal lekċers tal-Università u konferenzi; iċ-Ċentru Prinċipali tad-Data tal-Università li jipprovdi ambjent sikur u affidabbli ħafna għas-servers tal-attività prinċipali tal-Università, kif ukoll għal servers oħra ta’ riċerka u clusters ta’ superkompjuters; spazji ta’ tagħlim b’aċċess miftuħ li nstabu li huma popolari ħafna mal-istudenti kemm għal riċerka individwali kif ukoll għal xogħol kollaborattiv; 5 kmamar tat-taħriġ mgħammra bil-kompjuters li jintużaw ħafna mid-dipartimenti kollha tal-Università għal lekċers u seminars; u servizz ta’ għajnuna tal-IT (IT Help Desk) għall-istudenti u l-istaff kollha tal-Università. Permezz tal-konsolidazzjoni tas-servers u l-użu tat-teknoloġija tal-virtwalizzazzjoni, l-Università ffrankat fl-ispiża permezz tal-użu aktar effiċjenti ta’ hardware, aktar ħin ta’ funzjonament u aġilità biex tipprovdi servizzi ġodda. Id-disinn tal-bini jinkorpora miżuri li jiffrankaw l-enerġija, li jinkludu t-tisħin tal-ilma permezz tal-enerġija solari u Building Management System (BMS) li jimmonitorja, jikkontrolla u jitfi l-użu mhux meħtieġ ta’ tagħmir u sistemi, bħal dawl u impjanti ta’ arja kkondizzjonata. Il-proġett inkluda wkoll l-installazzjoni ta’ single-mode optical fibre ta’ 7km li jgħaqqad ic-Ċentru tad-Data ma’ ’l fuq minn erbgħin binja prinċipali tal-Università fuq il-kampus. In-Netwerk tal-Kampus tal-Università mbagħad huwa kkonnettjat mal-GÉANT, in-netwerk pan-Ewropea tar-riċerka u l-edukazzjoni, permezz ta’ link ta’ 2.5Gbps, li tiflaħ applikazzjonijiet ta’ bandwidth għolja f’ħin reali. Iktar informazzjoni dwar il-Proġett tal-Bini għas-Servizzi tal-IT mill-Unjoni Ewropea tista’ tinsab fuq: www.um.edu.mt/itservices/projects/buildingDwar is-Servizzi tal-ITIs-Servizzi tal-IT tal-Università ta’ Malta għandhom l-irwol prinċipali li jappoġġjaw b’mod proattiv it-tagħlim, ir-riċerka u l-attivitajiet relatati tal-Università permezz tal-użu kkoordinat, effiċjenti u effettiv ta’ teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.
Is-Servizzi tal-IT jimmaniġġjaw l-infrastruttura tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni u joffru firxa ta’ faċilitajiet u servizzi biex jgħinu lill-membri tal-istaff u lill-istudenti bil-ħtiġijiet tagħhom relatati mal-IT. Permezz tal-irwol tagħhom bħala n-Netwerk Nazzjonali għar-Riċerka u l-Edukazzjoni għal Malta, is-Servizzi tal-IT jipprovdu aċċess għall-GÉANT in-netwerk pan-Ewropew għall-istituzzjonijiet lokali għar-riċerka u l-edukazzjoni. Is-Servizzi tal-IT jipprovdu wkoll għajnuna operattiva u teknika lill-NIC (Malta) li hija responsabbli għad-dominju tal-ogħla livell tal-Internet għal Malta, .MT
Aktar informazzjoni dwar is-Servizzi tal-IT tista’ tinsab fuq: www.um.edu.mt/itservices.
Iż-Żoni Marittimi Protetti
Iż-żoni marittimi protetti: bidla minn perspettiva lokali għal waħda reġjunali
Huwa fatt magħruf li ż-żoni marittimi protetti tal-Mediterran qed jiġu mhedda kemm lokalment kif ukoll fuq skala reġjunali. Dan jaqblu dwaru ħafna riċerkaturi fil-qasam xjentifiku u dak marittimu.
 Sa ftit snin ilu, studji xjentifiċi f'dan il-qasam kienu jiffukaw biss fuq żoni marittimi protetti li kienu jiġu studjati kull waħda għaliha. Dan l-aħħar, iżda, l-attenzjoni inbidlet minn stjudji fuq żona marittima waħda, għal studju kollettiv fejn iż-żoni kollha ta' pajjiż wieħed jiġu analiżżati daqs li kieku jiffurmaw 'katina' flimkien, u hekk l-aspett ta’ kif kull żona tiddipendi fuq l-oħrajn jkun evalwat ukoll.
Nafu iżda, li n-natura m'għandiex fruntieri bejn pajjiż u iehor, u għalhekk mhux biżżejjed li jsir studju fuq il-'katina' ffurmata miż-żoni ta' pajjiż wieħed, iżda hemm bżonn li naqilbu minn studji nazzjonali għal dawk tar-regjun kollu, fejn il-ħafna "ktajjen" f'pajjiżi differenti jingħaqdu f''katina' waħda kbira li twassal għal protezzjoni iktar effettiva tal-bijodiversità marittima.
Huwa f'dan il-kuntest li tnieda l-proġett CoCoNet 'Towards COast to COast NETworks of marine protected areas - from the shore to the high and deep sea - coupled with sea-based wind energy potential'. L-użu ta' finanzjament mis-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u Żvilupp (FP7) tal-Unjoni Ewropeja għandu jgħin sabiex il-komunità xjentifika tiltaqa', taqsam l-informazzjoni, u tipprovdi dettalji sabiex jiġu stabbiliti liema huma l-'ktajjen' ta' żoni marittimi protetti fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed. L-għan aħħari ta' dan il-programm ta' riċerka jibqa' dak li tiġi mħarsa l-bijodiversità marittima.
Primarjament, dan il-proġett għandu jgħin sabiex dawn il-'ktajjen' ta' żoni protetti jiġu magħżula u mħarsa. Il-proġett iżda għandu għan ieħor; dak li jfittex għall-inħawi fejn ikun possibli li 'l quddiem jinbnew xi mtieħen tar-rih fil-baħar Mediterran jew il-Baħar l-Iswed. CoCoNet jieħu xejra differenti minn dik li normalment nisimgħu biha; dan il-proġett jara l-imtieħen tar-riħ fil-baħar bħala wieħed mill-mezzi li jistgħu jintużaw biex jipproteġu ambjenti marittimi b'valur partikolari, minflok ma jara l-imtieħen bhala xi haga li taghmel ħsara biss lill-ambjent.
Il-proġett CoCoNet inbeda fi Frar 2012 u huwa kollaborazzjoni bejn 39 istituzzjoni minn 22 pajjiż Ewropew jew Mediterran. L-Università ta' Malta hija waħda minn dawn l-istituzzjonijiet u qed tiġi rrappreżentata mid-Dipartiment tal-Bijoloġija.
F'dawn l-aħħar xhur, il-grupp Malti ħa sehem fil-fażi inizzjali tal-proġett li kienet iffukata fuq is-sintesi tal-informazzjoni li diġà teżisti u li tista' possibilment tintuża biex jitwaqqfu dawn il-'ktajjen' ta' żoni marittimi protetti msemmija. Dan kien jinvolvi fost oħrajn, il-parteċipazzjoni f'diversi workshops, uħud minnhom barra minn Malta. L-ewwel wieħed kien dwar l-iskemi għall-klassifikazzjoni tal-ambjenti marittimi, ieħor kien dwar il-ġenetika u l-konnettività fil-Mediterran, ieħor dwar it-tixrid tal-ispeċi marittimi fil-Mediterran, wieħed dwar il-prattiċi wżati fit-twaqqif u l-ħarsien taż-żoni protetti eżistenti, u ieħor dwar il-bidla fl-ambjent.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jkellem lil Prof. Patrick J. Schembri mid-Dipartiment tal-Bijoloġija tal-Università ta' Malta jew iżur is-sit tal-Università ta' Malta jew is-sit tal-Proġett.
CoCoNet (acronym for 'Towards COast to COast NETworks of marine protected areas -from the shore to the high and deep sea - coupled with sea-based wind energy potential') is a research project funded under the European Union’s Seventh Framework Programme, which aims at addressing the need for the scientific community to come together, synthesise existing knowledge, and provide clear information that will enable the establishment of a 'network of networks' of MPAs in the Mediterranean and Black Sea with a coordinated policy of marine protection. The project primarily seeks to produce guidelines for the design, management and monitoring of a network of MPAs in these basins, but will also explore locations where offshore wind farms (OWFs) might be established within this network. CoCoNet is innovative since it looks at OWFs as potentially useful to protect habitats that are considered valuable because of the biodiversity they encompass, rather than being detrimental to their conservation. CoCoNet was initiated in February 2012 and comprises 39 partner institutions from 22 European, Mediterranean and Black Sea countries, including the University of Malta, which is represented by the Department of Biology.
During the past months, the Maltese team has been actively involved in the initial phase of the project, which is focused on synthesising existing knowledge relevant to the setting up and management of MPA networks. This included participation in several workshops, the first of which dealt with habitat classification schemes in common use and with an assessment of their applicability to the Mediterranean and Black Sea regions. The Maltese team also participated in three other workshops, one on genetic connectivity within the Mediterranean and Black Sea, a second focusing on patterns of distribution of species assemblages and beta-diversity, and a third on methodologies used to manage MPAs, best practices and drivers of change.
In the coming weeks, the Maltese team will be participating in further CoCoNet activities, including a workshop on best practices for the management of MPAs, network monitoring and management effectiveness, the investigation of scenarios of environmental change, and a workshop on the current state of knowledge on changes in the main physical, chemical, biological and geological parameters in the Mediterranean and Black Sea. These will be followed by the first annual meeting which will be held in January 2013.
For more information, contact Professor Patrick J. Schembri at the Department of Biology, University of Malta or visit the University of Malta website or the CoCoNET website.

18/5/2013
http://www.um.edu.mt/malti/avvenimenti/ahbarijiet
|
|
|