L-Università ta' Malta
 

Aħbarijiet 2012
Dħul Dħul
 
 
 
Aħbarijiet tal-Kampus
Mappa tal-Kampus
 

Studju mmexxi mill-Università ta’ Malta jiskopri l-pajsaġġ moħbi ta’ Malta

Xjenzati tal-baħar skoprew pajsaġġ terrestri fi stat ta’ preservazzjoni eċċezzjonali mgħarraq fl-ilmijiet mal-kosta tal-Gżejjer Maltin, li juri d-dehra tal-arċipelagu 20,000 sena ilu.

F’dak iż-żmien, l-Ewropa kienet għaddejja mill-Aħħar Era Glaċjali u l-livell tal-baħar fil-Baħar Mediterran kien 130 metru aktar baxx milli fil-preżent.  Malta, Għawdex u Kemmuna kienu magħqudin u l-arċipelagu kien darbtejn u nofs akbar milli hu llum.  L-Irdum ta’ Ħad-Dingli kien 380m ’l fuq mil-livell tal-baħar waqt li l-Belt Valletta kienet tinsab 10 km ’l ġewwa mill-kosta.  Il-kosta minn Marsalforn sa Pembroke kienet tikkonsisti f’irdum wieqaf mal-kosta li kien mnaqqax b’aktar minn 20 wied.  Għadd ta’ meded ta’ art tal-franka ogħla mil-livell tal-baħar kellhom għerien imġarrfa u kienu jinkludu uqigħ ta’art imżerżqa (landslides) mat-trufijiet tagħhom.  Biċċa art wiesgħa 40 km kienet tgħaqqad it-tul kollu mix-Xlokk ta’ Malta san-Nofsinhar ta’ Sqallija.

Il-livell tal-baħar li għola matul dawn l-aħħar 20,000 sena għarraq 450 km² ta’ dan il-pajsaġġ, li jfisser li l-parti l-kbira tal-Gżejjer Maltin illum tinsab taħt l-ilma.

Tim internazzjonali ta’ ġeoloġisti għamel rikostruzzjoni bl-akbar dettall tal-maġġoranza ta’ dan il-pajsaġġ mgħarraq
permezz ta’ stħarriġ ta’ qiegħ il-baħar madwar il-Gżejjer Maltin b’teknoloġija avvanzata li tipproduċi mapep.  Ir-riżultati se jiġu ppubblikati fil-Marine Geology, ġurnal internazzjonali ewlieni li jirrapporta żviluppi fil-ġeoloġija tal-baħar u l-ġeofiżika.

Ir-riżultati ta’ dan l-istudju huma importanti għal numru ta’ raġunijiet.  L-ewwel nett, diversi partijiet ta’ dan il-pajsaġġ taħt l-ilma, bħal għerien u widien, setgħu pprovdew siti ideali biex tiġi ppreservata evidenza tal-attività preistorika umana jew tal-annimali. Aktar investigazzjonijiet jistgħu jitfgħu dawl fuq l-oriġini tas-soċjetà megalitika Maltija u r-rotot ta’ migrazzjoni tal-annimali għal siti bħal dak ta’ Għar Dalam.

It-tieni raġuni hija li pajsaġġi taħt l-ilma huma wkoll arkivji ta’ bidliet fil-klima u l-livell tal-baħar fil-passat, u l-istudju tagħhom ikun kruċjali għall-previżjoni ta’ tibdil fil-klima fil-futur u l-impatt ta’ dan fuq il-Gżejjer Maltin.

It-tielet raġuni hija li l-istudju wkoll jidentifika liema żoni tal-ilmijiet kostali ta’ Malta huma ta’ riskju għall-infrastruttura ta’ qiegħ il-baħar, jixirqilhom protezzjoni minn attivitajiet umani, jew jipprovdu attrazzjoni għall-għaddasa, u b’hekk jikkontribwixxi informazzjoni prezzjuża għal min jippjana l-ispazju tal-baħar.

Dan l-istudju kien immexxi minn Dr Aaron Micallef mill-Università ta’ Malta u jagħmel parti minn MAPSCAPE, proġett li jinvolvi lil CNR-ISMAR, iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Oċeanografija, lil CNR-IRPI u l-Università ta’ Modena u Reggio Emilia.

 


 

Jum il-Fondazzjoni tal-Fakultà tal-Ligi

Il-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ Malta twaqqfet fis-17 ta’ Diċembru 1838. Fid-19 ta’ Diċembru 2012, il-Fakultà ċċelebrat għat-tieni darba Jum il-Fondazzjoni tagħha.
 
Waqt il-kommemorazzjoni ta’ dan l-avveniment, ingħataw tliet premjijiet.  Il-Premju għall-Eċċellenza Akkademika (The Academic Excellence Award) ingħata lill-Professur Emeritus Joseph M. Ganado mill-Kanċillier tal-Università l-Professur David J. Attard.  Il-Professur Raymond Mangion għamel diskors  jenfasizza l-kisbiet matul ħajtu, il-mertu tiegħu fid-dinja tal-akkademiċi u l-kontributi tiegħu għall-iżvilupp tal-Liġi Maltija permezz tal-kitbiet influwenti tiegħu.

Isem is-Sur David Joseph Borg ġie mniżżel fid-Dean’s List tal-Fakultà.  Is-Sur Borg ġie l-ewwel fil-kors ta’ tliet snin li jwassal għall-Baċellerat fil-Liġi (LL.B.).

Ġew ippreżentati żewġ premjijiet oħra mill-Onorevoli Dr Chris Said, Ministru għall-Ġustizzja, id-Djalogu u l-Familja, lil żewġ studenti li ġew l-ewwel fl-ewwel sena fil-kors għal grad ta’ Baċellerat fil-Liġi (LL.B.).  Ms Louise Ann Sammut u Ms Elisa Grech ingħataw il-Premju Professur David J. Attard għall-Aħjar Prestazzjoni fl-ewwel sena ta’ studji tagħhom fil-Faklutà tal-Liġi.

 


 

Il-Mobilità Sostenibbli f’Malta: Riċerka dwar it-Trasport fil-Prattika

L-Istitut għall-Iżvilupp Sostenibbli organizza l-ewwel konferenza nazzjonali tiegħu bl-isem Il-Mobilità Sostenibbli f’Malta: Riċerka dwar it-Trasport fil-Prattika (Sustainable Mobility in Malta: Transport Research in Practice) nhar it-30 ta’ Novembru 2012 fi SmartCity Malta.  L-għan tal-Konferenza kien li i) titpoġġa għall-wiri ftit mir-riċerka interdixxiplinarja li qed issir fil-qasam tat-trasport ii) jitqajjem għarfien dwar l-importanza u l-applikabilità ta’ riċerka f’dan il-qasam ta’ studju importanti, u iii) tressaq flimkien il-partijiet interessati ewlenin min-naħa tal-Gvern u l-Industrija biex jiddiskutu oqsma possibbli għal kollaborazzjoni mal-fakultà u studenti tal-Università.

Il-Konferenza kienet tinkludi żewġ kelliema ewlenin.  Il-Professur Stephen Ison minn Loughborough University (ir-Renju Unit) ippreżenta l-esperjenza internazzjonali ta’ road pricing, segwitu għall-introduzzjoni f’Malta tas-sistema ta’ Aċċess Ikkontrollat għall-Vetturi (Controlled Vehicular Access – CVA) fil-Belt, Valletta fl-2007.  It-tieni kelliema, il-Professur Cathy Macharis mill-Brussels Free University (Il-Belġju) tkellmet dwar il-futur tal-mobilità elettrika, suġġett li huwa topiku ħafna f’Malta.

Numru ta’ kelliema wara ppreżentaw ir-riċerka tagħhom f’oqsma diversi tat-trasport.  L-ewwel suġġett kellu x’jaqsam mat-teknoloġija, fejn erba’ kelliema ppreżentaw metodi varji ta’ kif it-teknoloġija tgħin l-infrastrutturi tat-trasport.  Fit-tieni suġġett, relatat ma’ politika u t-trasport tal-passiġġieri, tliet kelliema ppreżentaw ir-riċerka tagħhom fl-oqsma tat-trasport  bl-ajru u dak pubbliku, u l-funzjoni ta’ sistemi ta’ Park and Ride bħala għodda għall-ġestjoni tad-domanda.  Għat-tielet suġġett, li kien jitratta dwar it-trasport ekoloġiku, żewġ kelliema ppreżentaw l-impatt tat-trasport fuq il-kwalità tal-arja u l-proġetti li għaddejjin bħalissa mħabba il-fenomeni ta’ e-mobility tant mistennija.

Il-konferenza laqgħet ukoll lil Dr Christoph Demuth li ppreżenta l-pjattaforma CONNECTBALTICA bħala l-qafas tal-aħjar prattika li Malta u r-Reġjun tal-Mediterran jistgħu jsegwu biex jippromwovu il-kollaborazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ ideat fil-qasam tat-trasport.

Fil-konferenza kien hemm ukoll numru kbir ta’ kartelluni jippreżentaw riċerka relatata mat-trasport li qiegħda ssir fl-Università ta’ Malta l-aktar minn studenti ta’ wara l-ewwel grad.  Is-suġġetti kienu jvarjaw mill-Ippjanar għall-Ivvjaġġar Ekoloġiku (Green Travel Planning), sal-mobilità tal-anzjani, tfal u żgħażagħ, it-tniġġis tal-arja, it-teknoloġiji ta’ softwer għall-modelling u t-trasport, u s-sostenibilità.

Il-lista twila ta’ parteċipanti turi interess qawwi f’dan il-qasam, bil-parteċipanti ġejjin minn dipartimenti varji tal-Gvern, varjetà ta’ parteċipanti mill-industrija u studenti li huma interessati b’mod partikulari li jsegwu l-istudji u l-karrieri tagħhom f’dan is-settur.

L-Istitut qed iqis dawn l-avvenimenti bħala opportunitajiet biex aktar jgħaqqdu r-riċerka tal-Università mal-industrija u biex ukoll jikkontribwixxu b’mod aktar effettiv għall-iżvilupp sostenibbli billi jfittxu kollaborazzjoni u riċerka f’oqsma li huma parti mill-infrastruttura kritika tal-gżejjer u li għandhom rwol ewlieni fit-tkabbir (sostenibbli) tagħhom fil-futur.

Id-Direttur tal-Istitut insistiet li avvenimenti bħal dawn, huma wirja ta’ x’jiġri verament fl-Università ta’ Malta u kif ir-riċerka universitarja tista’ tikkontribwixxi għas-soċjetà.  Għalhekk hija l-missjoni tal-Istitut li jkompli jorganizza avvenimenti bħal dawn fil-futur.

Fir-rigward tal-konferenza, il-country director ta’ SmartCity Malta, Suleiman Al Riyami qal 'Dan l-avveniment kien suċċess kbir. L-aġenda kienet tassew interessanti u ġew indirizzati diversi kwistjonijiet u varjetà ta’ ideat importanti.' Is-Sur Al Riyami żied jgħid, 'SmartCity Malta kollha kemm hi kienet imfassla b’mod li tippromwovi mod ta’ ħajja sostenibbli. Il-parkeġġ, per eżempju, għandu dwal tal-LED li jaħdmu b’sistemi fotovoltajċi solari, li jiffrankaw l-enerġija b’100% u wieħed jista’ jsib ukoll postijiet tal-parkeġġ riżervati apposta għal vetturi b’emissjonijiet baxxi u li jaħlu anqas fjuwil, li jinsabu l-aktar viċin tad-daħla tal-bini. Il-fatt li naraw lill-Istitut għall-Iżvilupp Sostenibbli bl-istess viżjoni u impenn li għandha SmartCity Malta, billi tippromwovi u tinkoraġġixxi għajxien sostenibbli f’Malta, jagħtina sodisfazzjon kbir.'

L-isponser ewlieni tal-konferenza kien SmartCity Malta.  Sponsers oħrajn kienu jinkludu lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, Transport Malta, ARRIVA, GeoSYS Ltd, TRAFFIKO Intelligent Transportation, KeyGroup BT Signaal, Mitsubishi MiEV, Touring Club Malta, The Chartered Institute for Transport and Logistics Malta, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Pedal Power u l-Kamra tal-Periti.

Ir-rapport tal-konferenza se jkun ippubblikat online wara l-konferenza.  Għal aktar informazzjoni jekk jogħġobkom żuru s-sit elettroniku tal-konferenza.

 


 

Il-President Abela jżur il-Fakultà tal-Inġinerija

Il-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta kienet onorata bi żjara mill-President George Abela.  Il-President ingħata merħba mir-Rettur, il-Professur Juanito Camilleri, id-Dekan tal-Fakultà, Dr Ing. John Betts, l-istaff tal-Inġinerija u l-istudenti.  Wara, il-President Abela ġie ppreżentat bil-‘Freedom of the Faculty’ (Il-Libertà tal-Fakultà), issimbolizzata minn karta ta’ aċċess manjetika.

Fl-introduzzjoni tiegħu lill-udjenza, id-Dekan xebbah il-kwalitajiet umani meħtieġa mill-President ma’ dawk meħtieġa mill-inġiniera, li jridu jkunu persuni ta’ integrità, attenti dwar dak li qed jiġri madwarhom u li għandhom bżonn kuraġġ kbir fil-professjoni tagħhom.  Dan is-sentiment ġie mtenni mill-President il-ġdid tal-Assoċjazzjoni tal-Istudenti Universitarji tal-Inġinerija (University Engineering Students’ Association – U.E.S.A), is-Sur Malcolm Zammit, li spjega kif l-isfidi iffaċċjati waqt is-snin ta’ studju tal-istudenti jgħinu biex jarrikkixxu l-personalità tagħhom bil-kapaċità għall-perseveranza, id-determinazzjoni u r-responsabbiltà. Il-President tal-U.E.S.A kompla billi faħħar l-istaff għall-appoġġ kontinwu u d-disponibilità f’dan l-istadju formattiv importanti fil-ħajja tagħhom.

Il-Fakultà xtaqet turi l-apprezzament tagħha għall-aspett filantropiku tal-Uffiċċju tal-President.  Għalhekk l-istaff u l-istudenti tal-Fakultà tal-Inġinerija kkontribwixxew għal għotja ta’ flus li ppreżentaw lill-President Abela b’risq il-Community Chest Fund.

Matul dawn l-aħħar snin, il-Fakultà tal-Inġinerija attirat b’suċċess finanzjament għall-faċilitajiet tagħha ta’ riċerka.  Dan wassal għal żieda eċċezzjonali ta’ riċerka nazzjonali u internazzjonali mwettqa mill-istaff u l-istudenti tal-Fakultà tal-Inġinerija.   Il-President Abela ġie ppreżentat bi prova tanġibbli tal-ammont ta’ riċerka li qiegħda ssir, permezz ta’ tliet volumi llegati, li jiġbru fihom aktar minn 120 pubblikazzjoni internazzjonali maħruġa f’dawn l-aħħar sentejn mill-Fakultà.  Dan kien possibbli wkoll minħabba ż-żieda qawwija fir-reġistrazzjoni ta’ studenti ta’ wara l-ewwel grad (postgraduate) – bħalissa hemm total ta’ 75 student fil-korsijiet għall-masters u għad-dottorat – li jirrappreżenta żieda ta’ 25% fuq is-sena l-oħra.  Dawn, flimkien mal-400 student fil-livell ta’ qabel l-ewwel grad (undergraduate), se jkomplu jsaħħu l-impenn nazzjonali lejn l-iżvilupp teknoloġiku u l-kisba ta’ miri fir-riċerka u l-iżvilupp.  Il-Fakultà pproduċiet kontribuzzjoni proporzjonalment ferm akbar mill-investiment li sar. Ġie indikat li b’investiment finanzjarju akbar, jintlaħqu saħansitra livelli ogħla ta’ suċċess fir-riċerka tal-inġinerija u applikazzjonijiet kummerċjali kompetittivi. 

Waqt li l-President dar ma’ numru ta’ laboratorji attrezzati sew fil-Fakultà tal-Inġinerija, wieħed seta’ jara d-diversità u n-natura interdixxiplinarja ta’ xogħol ta’ riċerka li għaddej bħalissa b’rabta qawwija mal-Industrija.  Il-President George Abela ħaddem sistema ta’ rispons tattili, żviluppata fil-laboratorju tal-Inġinerija Bijomedika, li tista’ tintuża għar-riabilitazzjoni ta’ pazjenti li qed jirkupraw minn puplesija. Kien hemm għall-wiri wkoll tagħmir mediku speċjalizzat li jinkludi kameras tal-film, thermal imagers (kameras li jagħrfu differenzi fit-temperatura) u eye-gaze trackers, flimkien ma’ tagħmir esperimentali użat biex jirrelata sinjali elettriċi tal-moħħ mal-komputers.  Il-President wara ddawwar mal-laboratorju tal-Energy Conversion and Power Quality.  Hawnhekk l-enfasi kienet fuq drives elettrici, titjib fl-effiċjenza tal-enerġija elettrika f’applikazzjonijiet domestiċi u industrijali, il-kawalita’ tal-ġenerazzjoni u trasmissjoni tal-enerġija elettrika u enerġija li tiġġedded – kollha fatturi kritiċi li jgħinu l-ħarsien  tal-ambjent li ngħixu fih, inqas dipendenti fuq enerġiji li ma jiġġeddux.  Fl-aħħar nett il-President żar ir-Robotics and Industrial Automation Laboratory (RIAL) fejn ingħata dimostrazzjoni ta’ kif jaħdem wieħed mir-robots industrijali u ntwera l-applikazzjoni tar-robot fi proġett ta’ riċerka li sar b’kollaborazzjoni mal-Industrija.


Il-Fakultà jkollha għall-wiri l-laboratorji kollha li jkunu miftuħa għall-pubbliku waqt l-Esibizzjoni Annwali ta’ Proġetti tal-Aħħar Sena li ssir f’Ġunju. 

Aktar informazzjoni dwar il-Fakultà tal-Inġinerija u avvenimenti li se jsiru dalwaqt, tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku.

President Goerge Abela visits the Faculty of Engineering

President Goerge Abela visits the Faculty of Engineering

President Goerge Abela visits the Faculty of Engineering

President Goerge Abela visits the Faculty of Engineering

President Goerge Abela visits the Faculty of Engineering

 


 

L-Università ta’ Malta f’ Kollaborazzjoni mal-Istitut għat-Tmexxija tal-Politika Internazzjonali

L-Università ta’ Malta f’ Kollaborazzjoni mal-Istitut għat-Tmexxija tal-Politika Internazzjonali

L-Università ta’ Malta tħabbar inizjattiva kollaborattiva bejn l-Istitut tal-Amministrazzjoni Pubblika u l-Management (Institute of Public Administration and Management – IPAM) u l-Istitut għat-Tmexxija tal-Politika Internazzjonali (International Policy Leadership Institute – IPLI) f’Pariġi, Franza.  F’dawn l-aħħar snin l-Università kienet qed taħdem biex tinternazzjonalizza l-irwol tagħha permezz ta’ proġetti kollaborattivi fuq livelli diversi. Dan fl-isfond li l-Università hija konxja mir-responsabbiltà tagħha li tikkontribwixxi, bi kwalunkwe mod li tista’, lejn għanijiet li jistgħu jibbenefikaw lil Malta u l-poplu tagħha.  F’dan il-qafas doppju, din il-kollaborazzjoni bdiet fl-2010, bl-għan li tippromwovi kwistjonijet ta’ governanza tajba fil-Mediterran.

Fl-2011 ġew organizzati żewġ avvenimenti ta’ kalibru għoli bejn dawn iż-żewġ istituti: konferenza dwar is-sitwazzjoni li qed tiżviluppa fil-Mediterran, b’mod speċjali fl-Afrika ta’ Fuq, li għaliha attendew akkademiċi ewlenin, riformaturi, dawk li jfasslu l-politika u studenti tal-governanza minn skejjel ewlenin tal-Politika Pubblika u l-Governanza; diskussjoni ta’ livell għoli dwar l-isfidi ta’ governanza li qed jiffaċċjaw l-istati tal-Afrika ta’ Fuq, li attendew għaliha esperti minn, fost oħrajn, nies li bħalissa involuti fil-proċess ta’ riforma, dawk li qabel kienu l-Ministri għall-Affarijiet Barranin tat-Turkija u tal-Portugall, dawk li kienu qabel Ambaxxaturi għar-reġjun minn Malta, rappreżentant tal-Kummissjoni tal-UE u studenti mill-IPAM u d-Dipartiment tal-Politika Pubblika u universitajiet oħra barranin.

L-IPAM u l-IPLI bħalissa qegħdin ukoll jaħdmu flimkien fuq proġett ta’ riċerka biex jidentifikaw ħtiġijiet ta’ taħriġ fis-Servizz Ċivili Tuniżin.  L-ewwel stadju ta’ dan il-proġett ta’ riċerka qed isir permezz tal-Capstone Research Project li huwa parti integrali tal-kurrikulu tat-tieni sena fil-kors tal-Master of Public Affairs fl-Institut d’etudes politiques (Sciences Po), f’Pariġi.  Bħalissa, tim ta’ riċerkaturi f’livell gradwat mill-kors tal-Master of Public Affairs huma impenjati f’dan il-proġett u se jippreżentaw ir-riċerka tagħhom lill-IPAM-IPLI f’nofs is-sena 2013.  L-IPAM jittama li din ir-riċerka tipprovdi pass konkret ’il quddiem biex tagħmilha possibbli għalih li joffri appoġġ lill-programmi ta’ taħriġ fis-Servizz Ċivili Tuniżin, u b’hekk jgħin biex jagħti daqqa t’id lil dan il-pajjiż ġar u jsaħħaħ l-istrateġiji tiegħu ta’ żvilupp fit-tul. 


Huwa ttamat ukoll li l-esperjenza li tinkiseb minn din il-kollaborazzjoni toffri opportunitajiet ġodda għall-IPAM u d-Dipartiment tal-Politika Pubblika biex jaħdmu flimkien ma’ istituzzjonijiet akkademiċi oħra fl-Ewropa, u possibbilment fl-Afrika ta’ Fuq, biex imexxu Programm ta’ Masters konġunt fil-Politika Pubblika jew L-Affarijiet Pubbliċi.

L-interess li tqajjem permezz taż-żewġ konferenzi tal-IPLI-IPAM fl-2011 wassal għall-possibbiltà li jsir avveniment annwali f’Malta li jkun magħruf bħala l-Forum Mediterran  tal-IPLI-IPAM Malta dwar il-Governanza.  Iż-żewġ konferenzi wrew li esperti ewlenin dwar ir-reġjun, mexxejja politiċi u amministraturi jemmnu bis-sħih li Malta tista’ tipprovdi post ideali għal diskussjonijiet ta’ livell għoli dwar kwistjonijiet ta’ governanza kritika fir-reġjun Ewro-Mediterran.  Dawn l-individwi jemmnu wkoll li Istituti bħall-IPAM u entitajiet oħra fl-Università ta’ Malta jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikattiv, minħabba l-esperjenzi storiċi ta’ Malta stess, fl-iżvilupp ta’ amministrazzjoni pubblika u governanza tajba fir-reġjun.

Public Policy Press Conference
mix-xellug: is-Sur Timothy Reno, id-Direttur IPLI, il-Prof. Juanito Camilleri, Rettur, l-Università ta’ Malta, il-Prof. Godfrey Pirotta, Direttur IPAM, Dr George V. Zammit, id-Dipartiment tal-Politika Publika

 


 

Glossarju – ġermaniż-malti / malti-ġermaniż

Wara s-suċċess miksub mill-Glossarju – franċiż-malti / malti-franċiż (Aquilina/McCarthy,
MUP: 2009), il-Professur Toni Aquilina, mid-Dipartiment tal-Istudju fit-Traduzzjoni u fl-Interpretazzjoni, Fakultà tal-Arti, fl-Università ta’ Malta, editja u kiteb flimkien mas-Sinjorina Ritianne Stanyer, li kienet studenta tiegħu, u mas-Sur Alfred Scalpello, lettur anzjan fil-Junior College, glossarju ġdid, din id-darba mill-Ġermaniż għal Malti u viċi-versa.

Dan il-ktieb huwa pubblikazzjoni tad-dar ta’ pubblikazzjoni Faraxa u ser jitniehda uffiċjalment nhar it-Tnejn li ġej 19 ta’ Novembru  fis-sebgħa ta’ filgħaxija fil-bini tal-German Maltese Circle,  Triq Kristoforu, il-Belt. Kulmin hu interessat hu mistieden għal din it-tnedija.

Dan il-glossarju huwa għodda utli ħafna f’idejn l-għalliema tal-Ġermaniż, l-istudenti li qed  jitħejjew biex isiru għalliema, l-istudenti nfushom u l-ġenituri li jkunu jixtiequ jsegwu il-progress ta’ wliedhom f’dan l-ilsien barrani jew jitħajru jżuru l-pajjiżi fejn hu mitkellem il-Ġermaniż.
Huwa ukoll l-ewwel wieħed ta' din ix-xorta fl-istorja tat-tagħlim tal-Ġermaniż f’Malta maħsub  speċifikament biex jaqdi l-bżonnijiet tal-qarrejja Maltin. Kull kelma f’dan il-glossarju hi mfissra  fid-dettall u b’eżempji konkreti billi tintuża f’sentenzi sħaħ. Dan sar bil-għan  li jingħelbu  l-problemi attwali  fil-mod ta’ espressjoni li xi drabi mhi xejn naturali.  Fl-istess ħin, l-awturi qagħdu partikolarment attenti li jitħares kemm il-kuntest kulturali Malti kif ukoll dak differenti Ġermaniż. Barra minn hekk, dan il-glossarju huwa tassew ħafif biex tużah u jgħin ukoll biex wieħed ma jagħmilx  ċertu żbalji komuni meta jkun qed jaqleb mill-Ġermaniż għal Malti u viċe-versa. Fih ukoll żewġ appendiċi b’tagħrif siewi dwar il-pronunċja tal-ħsejjes partikolari tal-Ġermaniż meta mqabbla mal-Malti jew l-Ingliż, u ieħor dwar in-numri ordinali u kardinali fiż-żewġ ilsna.

Fi kliem il-Prof Aquilina,: 'Dan il- Glossarju – ġermaniż-malti, malti-ġermaniż barra li hu preċiż u miktub wara li saret riċerka metikuluża, huwa fuq kollox tassew ħafif biex tużah...'

Min irid aktar informazzjoni dwaru, mitlub jikkuntattja lid-dar tal-pubblikazzjoni Faraxa fuq in-numru tat-telefon +356 9982015 jew billi jibgħat email jew inkella jidħol fil-website.

Glossarju

 


 

Il-Gradwazzjoni 2012

Total ta’ 3124* student tal-Università ta’ Malta se jiggradwaw din is-sena waqt ċerimonji li jibdew nhar it-Tnejn 19 ta’ Novembru fil-Knisja tal-Università l-Belt Valletta (4.30p.m.).  Iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni li se jsiru fis-Sala Sir Temi Zammit, il-Kampus tal-Imsida, (4.00 p.m. u 6.30 p.m.) jibdew nhar l-Erbgħa 28 ta’ Novembru u jibqgħu sejrin sal-Ħamis 6 ta’ Diċembru. Il-programm sħiħ jinsab online.

1842 minn dawk li se jiggradwaw din is-sena huma nisa u 1282 irġiel.  Dawn jinkludu total ta’ 118 student/a minn barra l-pajjiż: 65 nisa u 53 irġiel.

Il-Quddies ta’ Radd il-Ħajr tal-Gradwazzjoni se jsir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta kif ġej:

L-Erbgħa 14 ta’ Novembru 2012 fis-6.30 p.m. għall-Fakultajiet: tal-Ambjent Mibni, tal-Kirurġija Dentali, tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy, tal-Mediċina u l-Kirurġija, tax-Xjenzi tas-Saħħa u l-Istituti u ċ-Ċentri l-oħra kollha.

Il-Ħamis 15 ta’ Novembru 2012 fis-6.30 p.m. għall-Fakultajiet: tal-Arti, tal-Edukazzjoni, tal-Inġinerija, tal-Liġi, tax-Xjenza, tat-Teoloġija, tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien u l-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà.

Il-Kunċert li jikkommemora Jum il-Fondazzjoni ser isir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Novembru 2012.

* In-numri huma korretti sal-12.11.2012.  X’aktarx li jiżdiedu fil-jiem li ġejjin

 


 

L-Università Tagħmel Stedina lil Kulħadd

Ġimgħa Miftuħa għall-Pubbliku 5-10 ta’ Novembru 2012

Dawk li jżuru l-Ġimgħa Miftuħa għall-Pubbliku tal-Università ta’ Malta (Skopri l-Universita`- Discover University) żgur li għandhom isibu xi ħaġa ta’ interess.  Il-wara nofsinharijiet u filgħaxijiet, b’mod partikulari, kif ukoll is-Sibt filgħodu, se jkunu kkaratterizzati b’diversi attivitajiet uniċi maħsuba biex jiffamiljarizzaw lill-pubbliku mal-ħajja fuq il-kampus.

Jista’ jkun li ħafna żaru l-kampus tal-Università xi darba jew oħra, imma issa din hija opportunità li jesploraw xi qasam ieħor li ma jkunux familjari miegħu.

Ser ikun hemm żjarat mhux tas-soltu fil-Librerija, fejn il-viżitaturi jkunu jistgħu jaraw partijiet li s-soltu huma ristretti għall-istaff.  Hawnhekk, wieħed jista’ jsir jaf il-proċess li ktieb jgħaddi minnu, mill-mument li jasal bil-posta sa xħin ikun jista’ jiġi misluf.  L-awturi prominenti Maltin, Charles Casha u Kenneth Caruana se jitkellmu dwar l-esperjenzi professjonali tagħhom.
 
‘Il-Vuċijiet tal-Antenati: Kitbiet mill-Passat’ (Ancestral Voices: Writings from the Past) tikkonsisti f’rabta ta’ preżentazzjonijiet u esibiti relatati ma’ kitbiet u sistemi ta’ kitba mill-passat, b’referenza speċjali għall-Gżejjer Maltin.  Se jkun hemm preżentazzjonijiet u/jew esibiti dwar il-Feniċju/Puniku, il-Grieg, il-Latin, l-Ebrajk, l-Għarbi u l-Malti.  Matul il-jum, il-viżitaturi jkollhom l-opportunità li jaraw diversi artefatti bi skrizzjonijiet kif ukoll kopji ta’ manuskritti antiki, u li jitkellmu mal-esperti varji f’dawn l-oqsma lingwistiċi.  Kif jaħdmu dawn is-sistemi differenti ta’ kitba?  U x’inhi l-istorja ta’ dawn il-lingwi fil-Gżejjer Maltin?  Jekk xi waħda minn dawn il-mistoqsijiet  tinteressak, jew jekk il-lingwi b’mod ġenerali jaffaxinawk, allura m’għandekx tonqos li tattendi għal din l-attività.

Fis-7 ta’ Novembru se jkun hemm lekċer dwar il-Produzzjoni tal-Mużika Elettronika, minn Mike Huckaby, il-Leġġenda minn Detroit, filwaqt li d-Diviżjoni tal-Istudji tal-Mużika qed torganizza Kwintett għall-Pjanu ta’ Franz Schubert nhar id-9 ta’ Novembru.

Iċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Ambjentali u r-Riċerka se jmexxi dibattiti pubbliċi dwar kwistjonijiet ambjentali.  Is-suġġetti jinkludu ‘L-Immaniġġjar tal-Iskart fil-Gżejjer Maltin: Qegħdin neqirdu d-drawwiet tagħna?’ ‘Is-Siġar u Int: Proġetti ta’ Tisġir u ta’ Tneħħija ta’ Siġar f’Malta’, ‘Paq-Paq – L-Istorja Kwotidjana ta’ Malti li Jivvjaġġa għax-Xogħol Kuljum’ u ‘Il-Kultura Tagħna, Is-Saħta Tagħna, Il-Kawża Tagħna’.

Il-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (Faculty of Information and Communication Technology – ICT ) ukoll waqqfet varjetà eċċitanti ta’ attivitajiet li jinkludu tour mal-Binja l-ġdida tal-Fakultà.

Dr Simon Busuttil u l-Professur Edward Scicluna se jitkellmu dwar 'L-Istati Żgħar tal-Ewropa: l-Aspetti Politiċi u Ekonomiċi'. It-temi li se jkunu diskussi jinkludu s-saħħa tal-vot ta’ dawn l-istati fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, il-problemi li jiffaċċjaw dawn l-istati żgħar meta jkollhom il-presidenza tal-UE, l-istrutturi ekonomiċi tagħhom u l-limitazzjonijiet ekonomiċi speċjali li jiffaċċjaw minħabba d-daqs żgħir tagħhom, meta mqabbla ma’ stati membri ikbar.  Il-Professur Lino Briguglio se jippresiedi d-diskussjoni.

Id-Dipartiment tal-Bijoloġija se jorganizza serje ta’ tmien lekċers ta’ siegħa, filgħaxija.  Is-suġġetti se jinkludu il-fawna selvaġġa, il-konservazzjoni, it-tniġġis, l-akwakultura u l-ekoloġija.

Il-Ħamis filgħaxija, id-Dipartiment tal-Fiżika qed joffri stedina għas-simpożju annwali tiegħu, waqt li d-Dipartiment tal-Kimika se jkun qed jorganizza s-simpożju annwali tiegħu nhar is-Sibt 10 ta’ Novembru.  Dawn is-simpożji joffru l-opportunità biex in-nies jaraw liema xogħol ta’ riċerka huma involuti fih ix-xjenzati.

Il-qofol tal-Ġimgħa Miftuħa għall-Pubbliku hija l-Ikla Medjevali nhar is-Sibt fis-siegħa ta’ wara nofsinhar.  Din hija organizzata mill-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura tal-Università ta’ Malta.  L-avveniment għandu l-għan li juri l-kwalità ta’ riċetti li kienu popolari fi żmien il-Medju Evu u biex joħloq mill-ġdid esperjenza kulinarja ta’ żminijiet imgħoddija f’ambjent medjevali.  Id-dettalji tal-ikla huma bbażati fuq riċerka mill-Professur Carmel Cassar u se jkunu jixbħu l-oriġinali kemm jista’ jkun.

 ‘We are Young’ li  huwa vjaġġ mużikali se jagħlaq il-programm ta’ din is-sena nhar is-Sibt filgħaxija, fis-Sala Sir Temi Zammit, b’orkestra ta’ għaxra min-nies taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Mro Sigmund Mifsud fuq test ta’ Coryse Borg.  Id-dħul huwa b’xejn imma l-postijiet għandhom ikunu riservati.  Għall-programm sħih ta’ madwar il-200 avveniment li qed isiru waqt il-Ġimgħa Miftuħa għall-Pubbliku, jekk jogħġbok idħol fuq:
www.um.edu.mt/discoveruniversity

Discover University 2012

 


 

Studenti Jiskopru Dinja ta’ Pjanti

Sabiex nippromwovu l-valur edukattiv tal-Ġonna Botaniċi tal-Argotti, bħal kull sena qegħdin nistiednu l-iskejjel biex jieħdu sehem f’tours edukattivi fil-qasam tal-botanija. Iż-żjara ddum bejn siegħa u siegħa u nofs, u tinvolvi lezzjoni qasira, tour mal-ġnien u attivitajiet oħra. Il-gruppi ma jkunux ta’ iktar minn 25 student u jridu jkunu akkompanjati minn għalliem/a. Żewg gruppi jew iktar mill-istess skola jistgħu jkunu akkomodati fl-istess ġurnata.

It-tours huma adattati għall-gruppi ta’ etajiet differenti. Studenti mill-ewwel sena Primarja sa Form 5 huma mistiedna. Nagħmlu arranġamenti biex għalliema tal-Bioloġija u Ġeografija jġibu l-istudenti tagħhom għal-lezzjonijiet u prattiċi fil-botanija. Minn din is-sena, xi materjal botaniku se jkun provdut fl-iskejjel sabiex ikompli jitjib it-tagħlim interattiv tal-istudenti ġewwa l-klassi.

It-tours isiru mit-Tnejn sal-Ġimgha filgħodu, dejjem bl-appuntament. Biex tibbukjaw, ċemplu fuq 21248984 / 21233485 jew ikkuntatjawna bl-email.

 


 

L-Univeristà ta’ Malta tistieden lir-Rebbieħ tal-Premju Nobel fil-Fiżika

Il-fiżiku u rebbieħ tal-Premju Nobel, il-Prof. William D. Phillips, ġie mistieden mid-Dipartiment tal-Fiżika, Fakultà tax-Xjenza, l-Università ta’ Malta, biex jagħti diskors pubbliku titolat 'Il-Ħin, Einstein, u l-Iktar Affarijiet Kesħin fl-Univers' fis-sala Aula Magna fil-Kampus tal-Università ta' Malta tal-Belt Valletta, nhar il-Ġimgħa, 9 ta' Novembru, fis-7 ta' filgħaxija.

Fil-bidu tas-seklu 20, Einstein biddel il-mod ta' kif aħna naħsbu fuq il-Ħin. Fil-bidu tas-seklu 21, l-ideat ta' Einstein qiegħdin jinfluenzaw wieħed mill-meravilji kbar tax-xjenza u t-teknoloġija kontemporanji: l-arloġġi atomiċi, l-aħjar mod li għandna biex inżommu l-ħin. Arloġġi ta' dan it-tip huma neċessarji għall-industrija, il-kummerċ, u x-xjenza; jinstabu fil-qalba tal-Global Positioning System (GPS), li tiggwida karozzi, ajruplani, u nies lejn id-destinazzjoni tagħhom. L-arloġġi atomiċi għadhom jitjibu sal-ġurnata tal-lum, bl-użu ta' atomi mkessħa sa temperaturi inkredibbilment baxxi. Gassijiet atomiċi jlaħħqu temperaturi ta' inqas minn biljuneżmu ta' grad 'il fuq miż-Żero Assolut. Atomi kesħin huma fil-qalba tal-Arloġġi Primarji li jżommu preċiżjoni ta' inqas minn sekonda f'100 miljun sena. Arloġġi bħal dawn jużaw, u jgħinuna neżaminaw, uħud mill-iktar previżjonijiet strambi ta' Einstein.

Dan id-diskors hu mmirat lejn il-pubbliku ġenerali, ser ikun vivaċi u multimedjali, u se jinkludi dimostrazzjonijiet esperimentali u spjegazzjonijiet sempliċi ta' ftit mill-iktar xjenza eċċitanti tal-llum il-ġurnata.

 


 

Il-Ftuħ tas-Sena Akkademika tal-Università ta’ Malta

Tema: Oħlom Ħolma Siewja... Stenbaħ!... Ħabrek Biex Twettaqha

Id-Diskors tar-Rettur [PDF]

Il-bibien għas-sena akkademika 2012-2013 tal-Università ta’ Malta infetħu llum f’ċermimonja fis-Sala Sir Temi Zammit.  Ir-Rettur, il-Professur Juanito Camilleri, u s-Sur Mario Cachia, President tal-Kunsill Studenti Universitarji l-KSU, laqgħu lill-istudenti ġodda u għamlu d-diskorsi tradizzjonali. Din ġiet segwita bil-ftuħ tal-Freshers’ Week fuq l-Atriju Vassalli. Wara saret il-Quddiesa ta’ Inawgurazzjoni li ġiet iċċelebrata minn Fr Michael Bugeja, Kappillan tal-Università. It-tema għas-sena l-ġdida hija: Oħlom Ħolma Siewja... Stenbaħ!... Ħabrek Biex Twettaqha.

Ir-Rettur beda d-diskors tiegħu billi enfasizza s-sinifikat li jkollna ħolma li tibdel il-viżjoni tagħna f’azzjoni biex niksbu pajjiż aħjar u dinja aħjar. Huwa stieden lill-istudenti biex jieħdu l-impenji tagħhom bis-serjetà sa mill-ewwel jum tal-ħajja Universitarja tagħhom. Huwa qal li huma l-istudenti ta’ llum li għad ikomplu jibnu l-identità unika u r-reputazzjoni tajba ta’ Malta li mbagħad twassal għal ambjent ekonomiku u soċjali b’saħħtu għall-Maltin.

Il-Professur Camilleri fakkar lill-istudenti fl-investiment finanzjarju sostanzjali li l-pajjiż qed jagħmel fihom.  Huwa qal li l-Università għandha bżonn investiment finanzjarju u kapital uman akbar u sostenut għaliex huma r-riċerka u l-innovazzjoni tagħha li jkomplu joħolqu x-xogħol, anke f’oqsma li kien għadhom qed jiġu skoperti.  Huwa qal li dan iġorr miegħu responsabbiltà kbira biex ikun assigurat li kull Euro intefqet sew, li tirriżulta fit-titjib dirett jew indirett tal-livell ta’ għajxien għan-nazzjon kollu. Ir-Rettur appella lill-Gvern, lis-Sieħba Soċjali, lill-Industrija u lill-Maltin kollha biex jinvestu ferm aktar fl-Università, waqt li qal li hu jemmen li edukazzjoni terzjarja eċċellenti, ir-riċerka u l-innovazzjoni kienu meħtieġa biex niffaċċjaw kriżijiet ekonomiċi globali u biex nippreservaw l-ekonomija u s-sostenibbiltà ta’ pajjiżna.

Meta kien qiegħed jindirizza lill-istudenti internazzjonali, il-Professur Camilleri qal li l-Università ma tistax taspira li tilħaq l-għanijiet tagħha mingħajr id-dimensjoni internazzjonali li jġibu dawn l-istudenti. Huwa rrefera għat-tkabbir li l-Università kienet qed tesperjenza, u semma s-siti l-ġodda ta’ kostruzzjoni u żvilupp madwar il-kampus. Dawn jinkludu ċ-Ċentru għas-Servizzi tat-Teknoloġija tal-Informatika (IT Services) l-ġdid, l-immodernizzar tal-Librerija, l-estensjoni tal-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy, il-Fakultà tal-Liġi u l-Fakultà tat-Teoloġija, il-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien u l-facilitajiet li se jilqgħu l-Istitut tat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura u d-Dipartiment tal-Kriminoloġija, il-bini tax-Xjenzi Biomediċi, kif ukoll dalwaqt titlesta l-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT). Ir-Rettur qal li l-faċilitajiet li ġew imtejba u aġġornati, iffinanzjati permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) u investiment mill-gvern, qegħdin ikunu strumentali għal kollaborazzjoni qawwija ta’ riċerka mal-industrija. Hu żied jgħid li kemm ilu fil-kariga, qed tiġi mnedija l-erbatax-il fakultà, il-Fakultà għat-Tisħiħ Soċjali, wara t-twaqqif reċenti tal-Fakultajiet tal-ICT, tax-Xjenzi tas-Saħħa, u tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien. L-Università waqqfet ukoll l-Iskola tal-Arti tal-Ispettaklu (Performing Arts), filwaqt li l-Istitut tal-Mediterran inbidillu l-irwol tiegħu għal istitut iffokat fuq ir-riċerka.  Iċ-Ċentru Ewropew għad-Dokumentazzjoni u r-Riċerka ġie strutturat mill-ġdid bħala l-Istitut għall-Istudji Ewropej.  Fuq kollox, il-ħatra ta’ Viċi Rettur għal Għawdex reġgħet ikkonfermat l-impenn biex jiġu estiżi s-servizzi akkademċi għal Għawdex.  Il-Professur Camilleri qal ukoll li fi sforz biex testendi l-involviment fil-komunità u biex tħajjar aktar studenti miż-żona interna tal-port, l-Università kienet qed twaqqaf Ċentru tar-Riżorsi għall-Kottonera fil-Kulleġġ Santa Margherita.

Il-Professur Camilleri qal li ġew identifikati proġetti prospettivi li jeħtieġu investiment kapitali ta’ madwar €240 miljun fl-għaxar snin li ġejjin. Huwa enfasizza li hemm bżonn jiġu implimentati modi ġodda ta’ finanzjament għall-Università li jirriflettu il-bażi tal-ispejjeż, l-attività u l-produttività u li jiffavorixxu l-ippjanar fit-tul.

Il-Professur Camilleri spiċċa d-diskors tiegħu billi awgura li bl-appoġġ u r-rieda tajba tal-partijiet kollha interessati, l-Università se tkompli tistinka biex iseħħ il-ħolm tagħna fl-aħjar interess ta’ Malta. Huwa qal 'Reċessjoni jew le, il-pjan ta’ investiment meħtieġ issa biex niggarantixxu s-sopravivenza ta’ din l-Università fil-futur m’għandux jaqtgħalna qalbna. Huwa importanti ħafna li r-ritmu ta’ investiment u r-rata tat-tkabbir li kellna f’dawn l-aħħar sitt snin ikompli matul is-sitt snin li ġejjin u aktar. Din hija l-viżjoni tagħna għal-2020 – dan hu l-futur ta’ Malta!'

Il-President tal-Kunsill Studenti Universitarji, Mario Cachia, qal li l-Universita se tagħti lill-istudenti  kollha opportunitajiet kbar. 'Se jkollkom iċ-ċans li teċċellaw f’dak kollu li tagħmlu, iċ-ċans li tkunu attivi u mhux passivi, iċ-ċans li timmaturaw, u li tikbru f’dak li għad tkunu,' huwa żied jgħid, 'dan il-post jgħaġnek, iġibek persuna aħjar minn dik li kont, u persuna li kapaċi tagħraf dak li hu ta’ ġid għaliha u għas-soċjetà ta’ madwarha.'

 


 

Kors Ġdid: l-Ebrajk Modern

Tnedija ta’ Kors Ġdid fid-Dipartiment tal-Istudji Orjentali: l-Ebrajk Modern

Id-Dipartiment tal-Istudji Orjentali, fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta ilu għal dawn l-aħħar tnax-il sena joffri korsijiet f’numru ta’ lingwi Orjentali, bħall-Għarbi, l-Ebrajk Klassiku, l-Aramajk, u ċ-Ċiniż.  Dan id-Dipartiment issa għandu l-pjaċir kbir iħabbar it-tnedija ta’ kors ġdid fl-lingwa oħra, dik tal-Ebrajk Modern.

Mid-9 ta’ Ottubru 2012, id-Dipartiment tal-Istudji Orjentali se jkun qed joffri kors ta’ filgħaxija fl-Ebrajk Modern.  Se ssir sessjoni darba fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tlieta mill-5 sas-7 ta’ filgħaxija fuq il-kampus tal-Università.  Il-kors jispiċċa f’Mejju tal-2013.  Il-kors fl-Ebrajk Modern se jintroduċi lill-istudenti tal-Università u lill-membri tal-pubbliku ġenerali għal kunċetti bażiċi fl-Ebrajk Iżraelit, b’enfasi speċjali fuq l-aspetti funzjonali, b’mod speċjali dawk konversazzjonali, ta’ din il-lingwa.  L-applikanti m’għandhomx għalfejn ikollhom xi għarfien minn qabel tal-Ebrajk Modern, u ma jinħtieġu l-ebda prerekwiżiti.  Dawk interessati huma mitluba jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom sal-24 ta’ Settembru 2012.  L-applikazzjonijiet jistgħu jinsabu fuq online.

Dan il-kors huwa offrut bla ħlas.

 


 

Applikazzjonijiet għall-Università tat-Terza Età

L-Università tat-Terza Età li tifforma parti miċ-Ċentru Ewropew tal-Ġerontoloġija tal-Università ta’ Malta se tilqa’ applikazzjonijiet minn nhar it-Tnejn 10 ta’ Settembru 2012 minn dawk interessati li jattendu ‘lectures’ fil-programm tal-2012/2013.

Għal din is-sena akkademika, il-‘lectures’ ser isiru mit-Tnejn sal-Ħamis mid-0900 sal-1100 fiċ-Ċentru tal-Furjana u t-Tlieta u l-Ħamis mill-1700 sas-1900 fiċ-Ċentru f’Tas-Sliema. Il-Programm jibda nhar it-Tlieta 2 t’Ottubru.

Kull sezzjoni fil-Programm għandha sensiela ta’ 8 ‘lectures’ li jinkludu:

Development of Political Parties in Malta Part III: 1955 Onwards (Il-Prof. Joe Pirotta); The Maltese Constitution (l-ET Dr Ugo Mifsud Bonnici); Il-Malti Mitkellem (Is-Sur Olvin Vella); Maltese Shrines and Chapels (Is-Sur Tony Terribile); Objects that Changed the History of the World (Is-Sur John Sare’); Music Appreciation Part II (Is-Sur Kenneth Zammit Tabona); Security Challenges in the Mediterranean (Il-Prof. Stephen Calleya); Development of Malta’s Fortifications (Is-Sur Vincent Zammit); Languages in Malta: Past and Present (Il-Prof. Joseph M. Brincat); Church and Society: Select Issues (Ir-Rev Dr Rene Camilleri); Medical Conditions in Old Age (Dr Stephen Abela); Healthy Lifestyle (Dr Charmaine Gauci); The World in our Times (Il-Prof. Oliver Friggieri); Maltese Artists (Is-Sa Charlene Vella); The Concept of Evil in the Scriptures (Ir-Rev. Dr Marcello Ghirlando); Hidden Treasures in Our National Museums (Is-Sur John Sare’); Malta’s Economy Through History (Is-Sur Carl Camilleri); Practical First Aid (Is-Sur Anthony T. Scerri); Valletta: The Building of a Baroque City (Is-Sur Vincent Zammit).

Dawk il-parteċipanti li huma interessati fil-lingwi jistgħu jagħżlu minn dawn is-sezzjonijiet:

The Italian Language (Dr Anna Porcheddu); L’Italiano Cantando (Dr Anna Porcheddu); French for Beginners (Il-Prof. Carmen Depasquale); Spanish for Beginners (Is-Sa Olvido Andujar); German for Beginners (Is-Sa Lina Agius).

Il-formoli biex tinkiteb jistgħu jinġabru u għandhom jitħallew fl-uffiċċju tal-U3E fiċ-Ċentru tal-Furjana li jinsab fis-sular t’isfel fl-Istitut Kattoliku l-Furjana, mit-Tnejn sal-Ħamis mid-0900 sal-11.00.
 
Kopja tal-programm tista’ tinkiseb mar-reġistrazzjoni filwaqt li kopja oħra tkun esposta fuq in-‘noticeboard’.

F’każ ta’ xi mistoqsijiet, tistgħu ċċemplu l-uffiċċju fuq in-numru: 21243202.

 


 

Pubblikazzjoni Ġdida tad-Dipartiment tal-Politika Pubblika

Public Life in Malta
Pubblikazzjoni Ġdida tad-Dipartiment tal
-Politika Pubblika

Public Life in MaltaId-Dipartiment tal-Politika Pubblika fi ħdan l-Università ta’ Malta għadu kemm ippubblika ktieb ġdid bl-isem Public Life in Malta: Essays on governance, politics and public affairs in the EU’s smallest member state. Din il-pubblikazzjoni, edittjata minn Mario Thomas Vassallo, tinkorpora xejn anqas minn sittax-il kontribuzzjoni minn awturi differenti li lkoll jaqsmu l-ħsibijiet u r-riċerki riċenti tagħhom dwar għadd ta’ temi. Xi wħud minn dawn it-temi diġà huma stabbiliti sew fix-xjenza politika, bħal ngħidu aħna l-etika fil-governanza u l-korruzzjoni, waqt li oħrajn huma temi meqjusa bħala emerġenti, partikularment id-dilemma tal-faqar, ir-riformi fl-edukazzjoni u fuq ix-xogħol, flimkien mal-'emanċipazzjoni' u l-'Ewropeanizzazzjoni' tas-soċjetà ċivili.

Il-ktieb huwa maqsum f’żewġ taqsimiet. L-ewwel parti hija ddedikata lid-dimensjonijiet politiċi u ta’ governanza fis-sistema politika Maltija. It-tieni parti, imbagħad, hija mibnija fuq il-kunċett tas-sussidjarjetà li jamplifika s-sehem tal-kunsilli lokali, l-entitajiet edukattivi u s-soċjetà ċivili fit-titjib tal-livell u l-kwalità tal-għajxien.

L-iskop ta’ Public Life in Malta huwa mill-aktar sinifikattiv u rilevanti meta wieħed jikkunsidra li l-istati ż-żgħar qegħdin isiru aktar viżibbli fil-politika reġjonali u globali. Mill-aħħar tkabbir tal-2004, l-Unjoni Ewropea (UE) saret iżjed ippopolat bi stati membri żgħar, filwaqt li iżjed minn dawn jinsabu jitħejjew biex huma wkoll jibdew jagħmlu parti minn dan il-blokk ekonomiku, politiku u soċjali. B’riżultat ta’ dan, l-istudju xjentifiku u empiriku dwar l-influwenza tal-istati żgħar fl-UE huwa destinat li jkompli jikber u jinfirex.

Minbarra l-istudenti u l-għalliema, il-politiċi u l-amministraturi, u l-qarrejja li tinteressahom il-Melitensia, dan il-ktieb huwa wkoll ta’ interess għal dawk li josservaw lil Malta mill-bogħod, ngħidu aħna l-organizzazzjoni internazzjonali jew l-istituzzjonijiet Ewropej, il-missjonijiet diplomatiċi, il-korporazzjonijiet tranżnazzjonali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi. Permezz ta’ din il-pubblikazzjoni, id-Dipartiment tal-Politika Pubblika qiegħed jassigura l-kontribuzzjoni tiegħu b’risq it-tapezzerija Maltija, għanja u unika, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ politika, governanza u tfassil ta’ politika.

Il-ktieb jinsab għall-bejgħ mil-librara ewlenin:
Isem tal-ktieb: Public Life in Malta: Essays on governance, politics and public affairs in the EU’s smallest member state
Editur: Mario Thomas Vassallo
Pubblikatur: Id-Dipartiment tal-Politika Pubblika, Università ta' Malta
Nru. ta’ paġni: 336
Nru. ISBN: 978-99957-0-168-0

 


 

L-Unifikazzjoni Taljana u l-Politika Ewropea

Italian Unification and European Politics Ir-rapport tas-simpożju internazzjonali dwar 'L'Unificazione italiana e le politiche europee', li sar fl-Aula Magna tal-Università, il-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-150 anniversarju tal-Italja (1861-2001), għadu kif ġie ppubblikat mill-Malta University Press, bl-Ingliż u bit-Taljan. Is-simpożju kien attira udjenza kbira li mliet l-Aula Magna.

Introdott u editjat minn Henry Frendo, li tkellem dwar il-perspettiva Maltija tar-Risorgimento, il-parteċipanti l-oħra kienu Andreas Gottsmann (Vjenna) dwar il-Monarkija Asburġika u t-twaqqif tar-Renju tal-Italja; Eugenio Biagini (Cambridge) dwar l-atteġġjament tal-pajjiżi Anglo-Sassoni lejn it-twelid tal-istat nazzjon Taljan fl-ekwilibriju Ewropew; Gilles Pecout (Pariġi) dwar ir-Risorgimento bħala moviment Ewropew fl-Italja u lil hinn minnha; u Romano Ugolini (Ruma) dwar it-twelid tal-istat nazzjonali Taljan u l-ekwilibriju ġdid Ewropew. Is-simpożju kien ippresedut minn Simon Mercieca, li ta wkoll l-isfond storiku fil-qosor dwar l-Italja fl-Ewropa.

Italian Unification and European Politics– L’Unificazione italiana e le politiche europee (113 paġna, għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba ewlenin għall-prezz ta’ €15) għandu daħla mill-ambaxxatur Taljan Luigi Marras, li bis-saħħa tiegħu ġie organizzat is-simpożju bil-kollaborazzjoni tar-Rettorat u l-awtoritajiet tal-Università ta’ Malta.

 


 

Think Malta, Think Università, Think ideat, Think għalik

Think Malta, Think Università, Think ideat, Think għalik

Think huwa l-magazin ġdid ta’ riċerka li jagħti titwila lejn l-Università ta’ Malta. Dan jirrakkonta stejjer ta’ studenti, alumni, riċerkaturi u professuri li jippruvaw isolvu ta’ kuljum l-isfidi li tiffaċċja Malta.

F’Think, il-qarrejja jsibu artikli dwar kif ommijiet jibbilanċjaw ir-riċerka u l-ulied, jew jistaqsu l-mistoqsija: Għaliex il-bniedem żviluppa moħħ kbir? Ħjiel: il-gravità.

Robots ta’ taħt il-baħar għandhom parti wkoll.  Riċerkaturi mill-Amerika (CalPoly u Princeton University) u minn Malta qed jaħdmu flimkien biex jagħmlu mapep 3D tal-ġwiebi u bjar antiki ta’ Malta.  Il-magazin jiffoka fuq bir li għandu ’l fuq minn 2,000 sena li jinsab fuq is-sit tat-tempju neolitiku f’Tas-Silġ.

Riċerkaturi lokali qed ukoll jiflu l-moħħ tal-bniedem, jaqraw il-brain patterns u jittrasformaw dawn is-sinjali biex iċaqalqu l-oġġetti.  Immaġina ċċaqlaq siġġu tar-roti sempliċement bil-ħsieb tiegħek biss. Qegħdin ħafna snin ’il bogħod minn xi apparat tipiku, iżda nħarsu lejn il-futur b’ottimiżmu.

Hemm tamiet kbar ukoll dwar il-mard tal-Alzheimer u tal-Parkinson.  Dr Neville Vassallo qed jistħarreġ kompożizzjonijiet ġodda fid-dieta tagħna biex jiġġieldu dan il-mard li jdgħajjef il-ħajja.

Malta qed tieħu sehem ukoll fl-akbar teleskopju qatt maħluq mill-bniedem, li jkopri żewġ kontinenti.  Dan l-aħħar kemm l-Afrika t’Isfel kif ukoll l-Awstralja rebħu l-offerta biex jilqgħu dan it-tagħmir ta’ kilometru kwadru.  It-teleskopju se jeżamina l-ewwel sekondi wara li seħħet il-big bang, biex isolvu s-sigrieti ta’ minn fejn ġie kollox.

Minbarra artikli fil-fond, il-magazin idaħħal sezzjoni divertenti b’analiżi ta’ kotba u logħob, sezzjoni ta’ fatti jew invenzjoni u idea ta’ mitt kelma biex tibdel lil Malta.  Hemm ukoll xi Memes mill-internet li huma sorprendenti.  

Il-magazin għandu wkoll xi bċejjeċ ta’ informazzjoni minn riċerka ta’ studenti tal-ewwel grad, u rakkonti personali ta’ x’jagħmlu studenti wara li jiggradwaw mill-Università. Uħud minnhom qed jagħmlu riċerka dwar punk u Shakespeare, waqt li oħrajn qed jippruvaw iwaqqfu infjammazzjoni li qed tħassar ġisimna.

Think jista’ jitniżżel minn: www.um.edu.mt/think02 jew jinġabar bla ħlas minn librara ewlenin jew ħwienet tal-kotba madwar Malta u Għawdex.

 


 

Skola Sajf fis-Sistemi ta' Informazzjoni Ġeografika

Suċċess għall-Ħames Skola Sajf fis-Sistemi ta' Informazzjoni Ġeografika fl-Università ta' Malta

L-Istitut għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Università ta’ Malta b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Inġinerija Ċivili, Ambjentali u Ġeomatika, University College London (UCL) u d-Dipartiment tal-Ġeografija tal-University of Portsmouth għal darb’oħra temm b’suċċess l-Iskola Sajf dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni Ġeografika (Geographic Information Systems – GIS) li saret bejn it-22 u t-28 ta’ Ġunju 2012 fuq il-Kampus tal-Università l-Imsida.

L-Iskola Sajf ġibdet lejha grupp ta’ delegati li kienu interessati joħolqu u janalizzaw dejta spazjali.  Id-delegati kellhom l-opportunità japplikaw il-GIS billi jużaw metodi statistiċi spazjali li jinsabu fis-softwer GIS u jinvestigaw aspetti tal-kwalità tad-dejta. Din is-sena l-istudenti kellhom sessjonijiet prattiċi fil-ħolqien ta’ dejta spazjali minn diġitalizzazzjoni sal-użu ta’ GPS – Global Positioning Systems (Sistemi ta’ Pożizzjonar Globali). L-użu tal-apparat GPS waqt l-iskola sajf ippermetta li l-istudenti japprezzaw kif tinħoloq id-dejta spazjali u kif il-GPS u l-GIS jaħdmu flimkien. Ġie organizzat l-ewwel “mapping party” fejn l-istudenti ġabru informazzjoni dwar l-Università u aġġornaw id-dejta tal-OpenStreetMap fuq l-internet.  Il-metodu użat fil-mod ta’ tagħlim tal-iskola sajf kien taħlita ta’ lekċers u sessjonijiet prattiċi.  Id-delegati kienu jinkludu studenti mill-qasam tar-riċerka, staff tekniku minn kumpaniji li joffru servizzi u aġenziji governattivi kif ukoll studenti barranin.

Il-parteċipanti fl-iskola sajf ingħataw ukoll liċenzja għall-istudenti valida għal sena għall-ArcGIS 10 ta’ ESRI, ġentilment mogħtija minn GEOSYS Ltd, distributuri lokali tal-prodotti tas-softwer ESRI.

L-għalliema tal-fakultà kienu Dr Maria Attard (UoM), Dr Kate Jones (Portsmouth), Dr Claire Ellul (UCL) u s-Sa Thérèse Bajada (UoM). Is-Sur Raphael Mizzi, graduate trainee mill-Istitut għall-Iżvilupp Sostenibbli għen lill-għalliema fit-tmexxija tal-iskola sajf.

Is-suċċess tal-iskola sajf f’dan il-qasam ta’ studju li qiegħed dejjem jikber huwa ferm inkoraġġanti u ċertament jiżgura li l-Istitut ikompli jiżviluppa iżjed programmi ta’ studju f’dan il-qasam u jkompli l-kollaborazzjoni u r-riċerka ma’ istituzzjonijiet ewlenin barra l-pajjiż.

Aktar informazzjoni tinsab fuq online

Success at the Fifth Summer School in Geographic Information Systems at the University of Malta
Ritratt tal-grupp tal-parteċipanti u wħud mill-għalliema tal-fakultà

 


 

Wirja ta’ Proġetti tal-Aħħar Sena tal-ICT

Il-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) tal-Università ta’ Malta se tilqa’ lill-pubbliku għall-Wirja Annwali tagħha ta’ Proġetti tal-Aħħar Sena fil-5 ta’ Lulju 2012. L-avveniment huwa ċelebrazzjoni tal-kisbiet tal-istudenti tal-Ewwel Grad u jservi bħala opportunità għalihom biex jesibixxu u jiddiskutu x-xogħol tagħhom ma’ partijiet interessati tal-industrija, akkademiċi, u l-pubbliku ġenerali.  L-avveniment jirrikonoxxi wkoll studenti li eċċellaw permezz tad-Dean’s List Awards u għotjiet oħra minn diversi partijiet interessati tal-industrija.

Ser ikun hemm 62 proġett esebit b’suġġetti li jkopru d-dixxiplina tal-ICT. Xi eżempji jinkludu smart phone applications, l-użu tal-intelliġenza artifiċjali biex tgħin lil dawk neqsin mid-dawl, sigurtà għal wireless mal- gżejjer Maltin, ħolqien ta’ ambjenti 3D, metodi awtomatizzati biex jiġi ttestjat is-softwer u soluzzjonijiet tal-ippjanar li jieħdu inkonsiderazzjoni l-użu tal-enerġija.

Il-Fakultà tal-ICT tixtieq tirringrazzja lill-MITA u lill-eSkills Alliance li huma l-isponsers ewlenin tal-avveniment ta’ din is-sena. Ħajr ukoll lill-Gold Sponsors tal-Fakultà (Bit8, Microsoft, Computime, CCBill EU u Information Systems Ltd.) tal-appoġġ kontinwu u l-kollaborazzjoni mal-Fakultà

Il-ftuħ uffiċjali fl-4 ta’ Lulju huwa ristrett għall-mistednin iżda l-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku ġenerali nhar il-Ħamis 5 ta’ Lulju bejn il-5pm u t-8pm. Il-wirja se ssir fil-Computing Building fl-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Imsida u tasal għalih minn Parkeġġ Nru 2. Kull min jixtieq aktar informazzjoni huwa mitlub jikkuntattja l-Uffiċċju tal-Fakultà permezz ta' email jew permezz tat-telefon fuq 2340 2530/3079/2612.

26.06.2012

 


 

It-Trasferiment ta’ Tagħrif u l-Intraprenditorija Tekonoloġika

ESF 1.125 – Il-Ħolqien ta’ Qafas għat-Trasferiment ta’ Tagħrif, u Programm ta’ Taħriġ fl-Intraprenditorija Tekonoloġika

L-Università ta’ Malta ngħatat finanzjament permezz tal-Fond Soċjali Ewropew biex tmexxi proġett imsejjaħ “Creating a Knowledge Transfer Framework and Technology Entrepreneurship Training Programme”. Dan il-proġett, li jaqa’ taħt il-Programm ta’ Politika ta’ Koeżjoni 2007 – 2013, għandu baġit totali ta’ €1,331,530 u se jitmmexxa mill-Università permess tal-Uffiċċju għar-Riċerka Korporattiva u t-Trasferiment ta’ Taghrif u l-Entrepreneurship Unit li jifforma parti mill-Istitut għall-Iżvilupp Sostenibbli. Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Malta Enterprise u l-Kamra Maltija tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija huma sħab f’din l-inizzjattiva.

Permezz tal-proġett, l-Università ta’ Malta għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ta’ servizzi fil-qasam tal-Propjetà Intellettwali (IP) u t-Trasferiment ta’ Tagħrif (KT), u tintroduċi programm intensiv ta’ taħriġ fl-intraprenditorija teknoloġika. L-Uffiċji għat-Trasferiment ta’ Tagħrif u għad-Drittijiet tal-Propjetà Intellettwali, li twaqqfu ricentement fl- Università, se jibbenefikaw mill-proġett li sa jwassal ghal-konsolidazzjoni fl-attivitajiet u l-proċessi tal-IP u l-KT. Se jingħata taħriġ lil support staff tal-Università u staff mill-Malta Enterprise u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija biex dawn ikunu jistgħu jagħtu l-appoġġ meħtieġ fl-aspetti tekniċi, legali, finanzjarji u kummerċjali tal-IP, il-KT u l- Inkubazzjoni ta’ Intrapriżi. Wieħed mill-irwoli tal-uffiċji tal-IP u l-KT se jkun li jqajjemu kuxjenza u jibnu ħiliet bażiċi f’dawn l-oqsma permezz ta’ attivitajiet ta’ taħriġ għal akkademiċi u studenti. L-uffiċji tal-IP u l-KT se jkunu wkoll responsabbli li jimmonitoraw il-IP tal-Università u jiġbdu l-attenzjoni dwar kwistjonijiet ta‘ protezzjoni tal-IP.

Attivitajiet li se jsiru permezz ta’ dan il-proġett jinkludu żewġ serje ta’ seminars, waħda għal staff u studenti tal-Università u oħra għall-ekosistema aktar wiesgħa li tinkludi rappreżentanti tal-kummerċ, intraprendituri, investituri interessati u parteċipanti esterni oħra involuti f’dan il-qasam. Din it-tieni serje ta’ seminars, li se tkun organizzata bil-kollaborazzjoni tal-Kamra Maltija tal-Kummerċ, l-Intrapriża, u l-Industrija, se tinvolvi taħriġ u attivitajiet ta’ networking bl-għan li jiżdiedu r-rabtiet bejn l-industrija u l-Università u li jinkoraġġixxu kooperazzjoni bejn il-partijiet varji interessati.

Permess tal-proġett, l-Università sa torganizza ukoll programm intensiv ta’ taħriġ fl-Intraprenditorija tat-Teknoloġija speċifiku ghal gradwati imhajrin li jsiru intraprendituri. Dan ikun jikkonsisti f’serje ta’ tmien modules intensivi ta’ taħriġ li jighataw darbtejn fuq sentejn. Il-modules sa jkunu adattati ukoll sabiex ikunu jistghu jigu offruti f’format ta’ distance learning.

12.03.2012

 


 

Kanjons Taħt il-Baħar fiż-żona ċentrali tal-Baħar Mediterran

Xjenzati se jesploraw kanjons taħt il-baħar fiż-żona ċentrali tal-Baħar Mediterran

Scientists to Explore Submarine Canyons in the Central Mediterranean SeaTim ta’ ġeoxjenzati internazzjonali se jibdew spedizzjoni fuq il-baħar biex jesploraw kanjons taħt il-baħar fiż-żona ċentrali tal-Baħar Mediterran.

Kanjons taħt il-baħar huma widien kbar u fondi mittiekla f’qiegħ il-baħar. Dawn huma karatteristiċi ftit li xejn studjati li jilqgħu varjetà wiesgħa ta’ ħlejqiet tal-baħar. L-istudju tal-kanjons ta’ taħt il-baħar huwa importanti għax dawn jittrasferixxu nutrijenti u tniġġis minn ilmijiet mal-kosta għall-oċean fond u jista’ jkun iċ-ċentru ta’ uqigħ tal-art taħt il-baħar (submarine landslides) u tsunamis assoċjati magħhom.

L-espedizzjoni CUMECS se tistħarreġ kanjons li għadhom ma ġewx esplorati, li jinsabu 80 km fil-Lvant ta’ Malta. It-tim, li hu mmexxi minn Dr Aaron Micallef mill-Università ta’ Malta, jittama li jifhem kif dawn il-kanjons taħt il-baħar ġew iffurmati, jekk għadhomx attivi llum, u x’organiżmi jgħixu fihom.

It-tim CUMECS se juża teknoloġija avvanzata ħafna abbord il-vapur ta’ riċerka Taljan, Urania, biex jagħmel mappa dettaljata ta’ qiegħ il-baħar, jikseb immaġini bil-vidjo permezz ta’ apparat imħaddem mill-bogħod, u jiġbor kampjuni minn fond ta’ iżjed minn1000 m ilma. It-tim huwa magħmul minn xjenzati u studenti gradwati minn tmien istituzzjonijiet ta’ riċerka fl-Ewropa u New Zealand. Waqt l-espedizzjoni se jinġibed dokumentarju biex iżid l-għarfien fost studenti u l-pubbliku ġenerali dwar id-diversità, is-sbuħija u l-importanza tal-istudju u l-protezzjoni ta’ ambjenti tal-baħar fond.

L-espedizzjoni CUMECS titlaq mill-Belt Valletta fit-28 ta’ Ġunju 2012 u hija ffinanzjata minn Eurofleets, proġett tas-Seba’ Programm Qafas tal-UE. Dawk il-persuni interessati fl-espedizzjoni jistgħu jsegwu l-attivitajiet abbord il-vapur f’ħin reali fuq:
www.cumecs2012.blogspot.com
www.facebook.com/cumecs2012

It-tim CUMECS jixtieq jirringrazzja lill-awtoritajiet Taljani li taw il-permessi għal din l-espedizzjoni.
Kuntatt: Dr Aaron Micallef
Email
L-Università ta’ Malta, L-Università ta’ Barċellona

Scientists to explore submarine canyons in the central Mediterranean Sea
Map of the Area of Study

Scientists to explore submarine canyons in the central Mediterranean Sea
The Research Vessel, RV Urania

 


 

Skola Sajf fuq Firxa ta' Kulturi

Id-Dipartiment tal-Psikoloġija fi ħdan l-Università ta’ Malta ser jorganizza t-tieni Skola Sajf fuq Firxa ta' Kulturi (Transcultural Summer School). It-tema għal din is-sena hija 'Ethics and Cross-Cultural Concerns'. L-Iskola Sajf ser tinkludi kelliema u esperti lokali kif ukoll dawk barranin bħall-Professur Colin Lago u l-Professur Courtland Lee.

Dan l-avveniment huwa maħsub li jkun ta’ interess għall-professjonisti u għall-istudenti fl-oqsma tal-counselling, psikoloġija, edukazzjoni, ħidma soċjali, ħidma fost iż-żgħażagħ u xjenzi fil-qasam tas-saħħa. Ċertifikat ta’ attendenza ser jingħata lil kull partiċipant u jgħodd bħala Żvilupp Kontinwu Professjonali.

L-Iskola Sajf ser issir mill-Erbgħa, 4 ta’ Lulju sal-Ħadd, 8 ta’ Lulju.

Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq +356 2340 2312 jew +356 2340 2548 jew ibagħtu email lis-Sa Anabel Mifsud.

 


 

GARDMED – Retikolat ta’ Ġonna Mediterranji

Il-proġett GARDMED, iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt Il- Programm Italja-Malta – Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, għandu l-għan li jikkreja retikolat ta’ ġonna Mediterranji. Is-sħab fil-proġett attwalment jinkludu: l-Ġnien Botaniku ta’ Catania (L-Università ta’ Catania), il-Ġnien Botaniku tal-Argotti (L-Università ta’ Malta), il-Muniċipalità ta’ Sirakuża u l-Kunsill Lokali tal-Furjana. Dan ir-retikolat ta’ ġonna fil-GARDMED ser jinvolvi ħmistax-il ġnien pubbliku u privat f’Malta u n-naħa t’isfel ta’ Sqallija bil-għan li jippromovi l-konservazzjoni tal-patrimonju naturali u kulturali assoċċjati ma’ dawn il-ġonna Mediterranji.

Wieħed mill-ħafna objettivi tal-proġett hu li jeduka l-pubbliku fuq il-patrimonju naturali li jinstab fil-ġonna. F’dan iż-żmien, ġie mniedi kors tal-ġardinaġġ fuq għaxart ijiem li jiffoka fuq aspetti teoretiċi u prattiċi relatati mal-ġnien. Ir-rispons għal-kors hu wieħed sodisfacenti b’iktar minn għoxrin parteċipant/a. Minbarra l-kors tal-ġardinaġġ, ser jibdew jiġu organiżżati attivitajiet oħra relatati mal-ġnien fil-Ġonna Botaniċi tal-Argotti fil-Furjana u ġonna oħra parteċipanti fil-proġett GARDMED.

Dawn il-ħames avvenimenti ser iseħħu fix-xhur tas-sajf bejn l-aħħar ta Ġunju u l-bidu ta’ Settembru 2012 u jikkonsistu f’mixjiet iggwidati u xogħol prattiku fil-ġnien. It-temi trattati f’dawn l-attivitajiet huma: Il-Meravilja tal-Pjanti, Pjanti Dekorattivi, Fjuri u Ħxejjex fil-Ġnien, Teżori mill-Ġnien, Użu Tajjeb ta’ Riżorsi fil-Ġnien, Il-Ġnien u n-Natura.

Il-pubbliku hu mistieden jattendi dawn il-ħames avvenimenti bla ħlas, organiżżati bħala parti mill-proġett GARDMED. Id-dħul għal dawn l-attivitajiet ser ikun kull siegħa bejn id-9:00am u 12:00pm. Informazzjoni rigward il-proġett GARDMED u d-dati tal-attivitajiet jistgħu jinkisbu mill-Ġonna Botaniċi tal-Argotti (L-Università ta’ Malta), Triq Vincenzo Buġeja, il-Furjana fuq 21248984 bejn it-8:00am u 12:00pm, fuq il-posta elettronika jew permezz tal-paġna elettronika tal-Università ta’ Malta.

Gardmed Project     Gardmed Project

 


 

Il-Borża ta’ Studju Elisabeth Mann Borgese

L-International Ocean Institute joffri l-Borża ta’ Studju Elisabeth Mann Borgese 2012

L-International Ocean Institute (IOI) qed joffri għal darb’oħra l-Borża ta’ Studju Elisabeth Mann Borgese  (EMB Bursary) li tikkonsisti f’somma ta’ 5,000 Dollaru Amerikan (jew l-ekwivalenti f’ewro), li tista’ tintuża biex jitmexxew ’il quddiem studji fir-riċerka għal perijodu ta’ sena.

Is-Sa Alicia Said, li tħarrġet bħala ġeografa, ingħatat l-ewwel Borża ta’ Studju Elisabeth Mann Borgese 2010 biex tistħarreġ l-applikazzjoni ta’ Żoni Protetti tal-Baħar (Marine Protected Areas) f’Malta, b’enfasi speċjali fuq iż-żona tal-baħar taċ-Ċirkewwa fin-naħa ta’ fuq tal-gżira ta’ Malta. Fi kliemha: 'Dan ir-reġjun mal-kosta huwa popolari mal-għaddasa u hemm bżonn urġenti li jkun protett jekk irid ikun miżmum b’mod xieraq. Iż-żoni mal-kosta f’Malta huma esposti għal livelli għoljin ta’ attività umana u għalhekk jeħtieġu protezzjoni permezz ta’ strutturi effettivi għal sostenibbiltà. Dan l-istudju se jippreżenta l-filosofija tal-IOI tal-“wirt komuni għall-umanità', u jispjega l-applikazzjoni possibbli tagħha bħala prinċipju qawwi li jinkoraġġixxi mod olistiku lejn il-protezzjoni tal-wirt naturali tal-baħar tagħna”.

Is-Sur Noel Vella ingħata l-Borża ta’ Studju EMB għall-perijodu 2011-2012 biex ikompli l-istudji ta’ riċerka tiegħu għal żmien sena. Is-Sur Vella huwa ġenetista tal-konservazzjoni u se jagħmel riċerka dwar il-murruna b’sitt garġi (bluntnose sixgill shark), Hexanchus griseus. Il-metidoloġija tiffoka fuq analiżi ġenetika sabiex wieħed jifhem il-varjazzjoni fil-popolazzjoni fir-reġjun ċentrali tal-Mediterran bil-ħsieb li jsir xogħol fuq il-preservazzjoni tal-ispeċi.

Il-Borża ta’ Studju 2012-2013 se tingħata lil persuna waħda/tim ta’ riċerka li qed jagħmlu studji postgraduate/riċerka fi studji relatati mal-oċeani/il-baħar/dawk marittimi fl-Università ta’ Malta. L-istaff jew l-istudenti għandhom ikunu rreġistrati mal-Università ta’ Malta fejn issir riċerka fl-oqsma rilevanti.

Matul is-snin, l-Università ta’ Malta tat importanza kbira lil kwistjonijiet li jikkonċernaw il-baħar. Xogħol akkademiku jinkludi l-oqsma ta’ tmexxija, liġi u xjenza kif ukoll sostenibbiltà u edukazzjoni. Aktar minn hekk, l-Università tospita l-IMO International Maritime Law Institute, li twaqqaf taħt il-patroċinju tal-International Maritime Organization, aġenzija speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-Borża ta’ Studju EMB twaqqfet bħala mezz biex jintwera rikonoxximent lill-pajjiż li jilqa’ l-IOI – Malta – talli jilqa’ l-Kwartieri Ġenerali tal-IOI u jipprovdi faċilitajiet għall-istaff u uffiċji. Il-Borża ta’ Studju tikkostitwixxi wkoll iktar għarfien u apprezzament għall-irwol tal-Prof. E Mann Borgese, fundatriċi tal-IOI, u tal-kisbiet konsiderevoli tagħha. Il-Borża ta’ Studju hija ffinanzjata permezz tal-Programm, Women, Youth and the Sea tal-IOI.  Aktar informazzjoni u formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinsabu fil-websajt tal-IOI jew billi tintbagħat email lill-Kwartieri tal-IOI. L-applikazzjoni tagħlaq nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju 2012.

Fit-tmiem tal-perijodu tal-Borża ta’ Studju, min ikun irċeviha għandu jippreżenta informazzjoni/studju tal-kisbiet tar-riċerka ffinanzjata lill-IOI. Din tista’ tkun eliġibbli għall-pubblikazzjoni fl-Ocean Yearbook tal-IOI u tista’ wkoll tifforma l-bażi ta’ preżentazzjoni pubblika li ssir bħala parti miċ-Ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji tal-Oċeani tal-IOI, fit-8 ta’ Ġunju ta’ wara, jew f’xi okkażjoni oħra meqjusa xierqa mill-IOI.

__________
Elisabeth Mann Borgese (24 t’April, 1918 – 8 ta’ Frar, 2002), waqqfet l-IOI fl-1972 bħala organizzazzjoni internazzjonali mhux għal profit, mhux governattiva bbażata fuq l-għerf, iddedikata għall-iżvilupp sostenibbli tal-oċeani u l-IOI jaħdem biex iwettaq u jespandi l-prinċipji miġbura fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar għall-benefiċċju tal-umanità kollha, b’konsiderazzjoni partikulari għall-foqra. Il-missjoni tal-International Ocean Institute hija li jippromwovi edukazzjoni, taħriġ u riċerka biex itejjeb l-użu paċifiku tal-ispazju tal-oċean u r-riżorsi tiegħu, l-immaniġġjar u r-regolamentazzjoni tagħhom kif ukoll il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ambjent tal-baħar, immexxija mill-prinċipju tal-Wirt Komuni tal-Umanità.

Arvid Pardo (12 ta’ Frar, 1914 – 19 ta’ Ġunju, 1999) – kollaboratur mill-qrib ta’ Elisabeth Mann Borgese – kien diplomatiku, studjuż, u professur universitarju Malti. Huwa magħruf internazzjonalment l-aktar għax-xogħol tiegħu biex jirriforma l-liġi tal-baħar. Fl-1 ta’ Novembru 1967, huwa talab għal regolamenti internazzjonali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex jassiguraw il-paċi fl-ibħra, biex jevitaw iżjed tniġġis u biex jipproteġu r-riżorsi tal-oċean. Huwa ppropona li l-qiegħ tal-baħar ikun parti mill-wirt komuni tal-umanità, frażi li tidher f’Artikolu 136 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.

Malta hija l-pajjiż li jospita l-Kwartieri Ġenerali tal-International Ocean Institute. Bħala stat gżira fiċ-ċentru tal-Baħar Mediterran hija għandha storja twila ta’ dipendenza fuq il-baħar kif ukoll tradizzjoni qawwija ta’ xogħol marittimu, tas-sajd u tat-tbaħħir. Is-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea tobbligaha li żżomm mal-politiki marittimi u tas-sajd kif ukoll ma’ konvenzjonijiet u regolamenti li għandhom skop globali. 

 


 

Kors ta’ Lawrja fiċ-Ċiniż

L-Istitut Konfuċju fl-Università ta’ Malta għandu l-pjaċir iħabbar li se jkun qed joffri kors ta’ Lawrja BA (General) u BA (Honours) fiċ-Ċiniż, li jibda f’Ottubru 2012, permezz tad-Dipartiment tal-Istudji Orjentali tal-Fakultà tal-Arti, l-Università ta’ Malta. Dan il-kors se jkun offrut full-time matul il-jum.

Dawk li ma jistgħux jattendu għal dan il-kors ta’ matul il-jum, jistgħu jikkunsidraw japplikaw għall-kors ta’ sentejn, filgħaxija, part-time għal Diploma fiċ-Ċiniż li l-Istitut Konfuċju se jkun qed joffri għal darb’oħra permezz tad-Dipartiment tal-Istudji Orjentali f’Ottubru 2012.

 


 

Fonzu l-Fenek Iżur is-Suq tal-Bdiewa f’Ta' Qali

It-tfal li żaru s-Suq tal-Bdiewa f’Ta' Qali fit-2 ta’ Ġunju li għadda kellhom sorpriża ħelwa. Minbarra l-ħafna tined tal-bdiewa jbigħu ħaxix, frott u prodotti oħra lokali kien hemm tinda jisimha 'Kul bil-Għaqal ma’ Fonzu l-Fenek'. Hawnhekk it-tfal setgħu jitgħallmu iktar dwar il-frott u l-ħaxix li jikber Malta u anke jaraw xelta ta’ snacks sustanzjużi magħmulin minn ingredjenti lokali.

Kull siegħa, tul in-nofstanhar ta’ filgħodu, numru sabiħ ta’ tfal ħadu sehem f’attività interattiva li waqtha identifikaw u tkellmu dwar diversi frott u ħaxix li ħarġu huma stess minn basket ‘misterjuż’, raw wirja ta’ snacks sempliċi, attrajenti u tajbin għas-saħħa, kif ukoll tgħallmu kif jagħmlu u anke daqu smoothies rifreskanti magħmulin mill-frawli, il-ħawħ u l-berquq.

Il-qofol ta’ kull attività ntlaħqet meta t-tfal preżenti kantaw u żifnu l-kanzunetta oriġinali 'Ħaxix u Frott' flimkien maż-żewġ kantanti żgħar Katoushka Mifsud u Estella Mercieca. L-eċċitament kompla jikber meta  tfaċċa Fonzu l-Fenek innifsu u beda jiżfen hu ukoll mat-tfal. Fi tmiem il-kanzunetta Fonzu ħeġġeġ lit-tfal jieklu varjetà ta’ ħaxix u frott ħafna drabi kuljum u anke jibdew iħejju xi wħud mis-snacks sustanzjużi mill-ktejjeb ġdid fjamant tiegħu ‘Riċetti ta’ Fonzu’.

It-tfal kollha li żaru l-istand ingħataw pakkett li fih kien hemm il-ktejjeb tar-riċetti, żewġ comics bi stejjer ta’ Fonzu, u l-kliem tal-kanzunetta 'Ħaxix u Frott'.

Dan l-avveniment fis-Suq tal-Bdiewa f’Ta' Qali ġie mtella bħala parti minn proġett edukattiv jismu 'Nieklu bil-Għaqal ma’ Fonzu - Healthy Eating with Fonzu', żviluppat lokalment minn Dr Suzanne Piscopo fi ħdan proġett  usa’ jismu European Food Framework ikkordinat mill-British Nutrition Foundation. Xi ftit mill-vidjows edukattivi tal-proġett, inkluż il-kanzunetta 'Haxix u Frott', jinstabu online.

L-inizzjattiva 'Kul bil-Għaqal ma’ Fonzu l-Fenek' ittellgħet bl-għajnuna tal-British Nutrition Foundation, l-Uffiċju Amministrattiv tas-Suq tal-Bdiewa tal-MRRA, AF Signs, Powerhouse Malta, Phyllisienne’s Choir u Sweet Notes Recording Studio.

Għal iktar informazzjoni ikteb lil Dr Suzanne Piscopo.

Fonzu l-Fenek visits Ta Qali Farmers’ Market

Fonzu l-Fenek visits Ta Qali Farmers’ Market     Fonzu l-Fenek visits Ta Qali Farmers’ Market

 


 

Wassal L-Istorja Tiegħek fis-Suq Internazzjonali

Transmedia


b'kollaborazzjoni ma'
The Factory Media Group 

Wassal L-Istorja Tiegħek fis-Suq Internazzjonali


Il-Proġett
Evenings on Campus qed jorganizza Kompetizzjoni ta’ Rakkontar tal-Istejjer permezz ta’ diversi medja (Transmedia Storytelling Competition). Il-parteċipanti huma mistiedna jiktbu storja li wara tiżviluppa f’diversi trami skont id-diversi pjattaformi ta’ medja li jintużaw. L-idea mhijiex li tiġi ppreżentata l-istess storja f’kemm jista’ jkun possibbli forom differenti ta’ medja, imma li titħalla tiżviluppa fl-aħjar mod li joffri kull medium u jitnaqqxu strutturi narrattivi li jippermettu lil stejjer differenti jintisġu fl-istess dinja. L-uniċi regoli tal-kompetizzjoni huma li l-istorja qasira għandha tinkludi xogħol fuq tal-inqas żewġ pjattaformi ta’ medja. Is-sottomissjonijiet għandhom jitwasslu sa nofsinhar tas-16 ta’ Lulju f’Kamra Nru 133, Il-Bini tal-Amministrazzjoni, L-Università ta’ Malta, l-Imsida. Ser issir laqgħa ta’ informazzjoni fid-29 ta’ Mejju fis-7 ta’ filgħaxija fil Gateway Building – Room 164. Aktar tagħrif dwar it-Transmedia Project jista’ jinstab fuq il-paġna ta’ Evenings on Campus fuq Facebook.

Transmedia Competition EventL-Udjenza – Lejn min huwa mmirat
Dan il-proġett x’aktarx ikun immirat lejn ġenerazzjoni aktar żagħżugħa. Madankollu, nies ta’ kull età jieħdu gost jisimgħu l-istejjer, u għalhekk għandu jappella għal udjenza wiesgħa.

Il-Premju
Ir-rebbieħ/a, jew it-tim rebbieħ ikollhom il-possibbiltà li jerġgħu jiżviluppaw u jsaħħu n-narrattiva tagħhom ma’ professjonista ta’ esperjenza u t-tim tiegħu. Dan il-programm ta’ konsulenza esperta jdum sejjer xahar sħiħ. Matul dan il-perijodu, tiġi spjegata strateġija ċara għat-tnedija u l-iffinanzjar u l-istorja tiġi żviluppata. It-tim rebbieħ se jkun imħarreġ sew biex jippreżenta n-narrattiva tiegħu fis-suq internazzjonali.

Is-Serata tat-Transmedja
Il-proġetti se jkunu ġġudikati fuq il-bażi ta’ kreattività, stil, lingwa u innovazzjoni fl-użu tad-diversi medja magħżula. Se jkun iffilmjat dokumentarju bi tħejjija għall-avveniment li se jinkludi l-parteċipazzjoni tat-timijiet involuti. Waqt avveniment speċjali f’Evenings on Campus, jintwerew id-dokumentarju u siltiet minn diversi proġetti, u jitħabbar ir-rebbieħ/a jew it-tim rebbieħ. 

Rakkontar ta’ Stejjer Permezz ta’ Diversi Medja – Xi tfisser ?

Transmedia huwa proċess ta’ rakkontar ta’ stejjer li jsir permezz tal-użu ta’ aktar minn tip wieħed ta’ medium. Dan ma jfissirx sempliċement li tiġi ppreżentata l-istorja fuq pjattaformi differenti, imma li jintuża kull medium biex jiġu kkomunikati elementi differenti tal-istorja bl-aktar mod interessanti possibbli. B’hekk, din issir esperjenza ta’ assorbiment li fiha l-udjenza tintilef f’dinja immaġinarja li tiġi magħmula reali kemm jista’ jkun permezz tal-forom differenti ta’ medja u permezz ta’ trami differenti.

Dan ma jfissirx l-użu tal-aħħar mezzi tekniċi u forom ta’ medja. Fil-fatt, il-medja tradizzjonali, bħall-istampa, ir-radju, il-film u t-televiżjoni, jistgħu jintużaw ukoll. Medja oħrajn li jistgħu jiġu inkorporati fit-trama jinkludu logħob (karti tal-logħob, board games u diġitali), netwerks tal-medja soċjali, blogs, mużika, ritratti, YouTube … sakemm it-trami differenti kollha u l-forom differenti kollha ta’ medja jintegraw biex joħolqu dinja waħda.

--------------------------------------------------------
Evenings on Campus huwa festival tas-sajf li jsir kull sena fuq il-Kampus tal-Università, l-Imsida. Dan dejjem jagħmel ħiltu biex jipprovdi rappreżentazzjonijiet kulturali u edukattivi tal-ogħla kwalità fix-xhur tas-sajf. Dejjem jagħmel mill-aħjar biex jinvolvi lill-istudenti, lekċerers u staff tal-Università ta’ Malta kif ukoll ‘performers’ jew artisti lokali u barranin. Dan joffri post għal individwi u gruppi ta’ talent li l-parteċipazzjoni tagħhom tista’ tkun artistika jew organizzattiva. L-ideat tal-istudenti dejjem jitqiesu b’entużjażmu partikulari u ħafna proġetti ta’ suċċess irnexxew permezz ta’ din il-kollaborazzjoni.

Din is-sena Evenings on Campus qed jiċċelebra l-20 anniversarju tiegħu.
Fl-aħħar ta’ Ġunju ser issir Konferenza Stampa ddedikata għall-Evenings on Campus 2012

Sponsor Ewlieni

Malta Arts Fund

 


 

Pubblikazzjoni Oħra mill-MUP

Sguardi mediterranei tra Italia e LevanteSguardi mediterranei tra Italia e Levante


F’salib it-toroq tal-Afrika, l-Asja, u l-Ewropa, il-Mediterran huwa benniena ta’ ċivilizzazzjonijiet antiki u spazju attiv ta’ ċaqliq ta’ nies u ta’ kummerċ. Dan iservi bħala sfond għal din il-ġabra ta’ artikli dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Italja ’l isfel minn  Ruma u l-Levant fil-perijodi Modern Bikri u Kontemporanju b’mod ġenerali, u l-assigurazzjoni marittima, skejjel tan-navigazzjoni, gwerra u diplomazija, u kummerċ u ideat b’mod partikulari.


Editjat minn: Mirella Mafrici u Carmel Vassallo
Lingwa: Taljan
ISBN: 978-99909-45-69-0


Sguardi mediterranei tra Italia e Levante
jinbiegħ €15 u jinsab għal bejgħ minn librara ewlenin jew minn fuq is-sit elettroniku.

 


 

Qligħ mill-Bejgħ ta’ Antoloġija għas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar (Malta)

Dan l-aħħar, Dr Terence Portelli, lekċerer fil-Fakultà tal-Edukazzjoni, l-Università ta’ Malta, ippreżenta ċekk lil Ms Paulette Fenech, id-Direttriċi Ġenerali tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar (Malta), bil-qligħ li sar mill-bejgħ tal-antoloġija, Bil-Ħajku Nsellimlek: Mill-Ġappun għal Malta u Lura.

Din il-ġabra ndammet bix-xogħlijiet ta’ għoxrin kittieb Malti tal-ħajku b’għajnuna għall-vitmi tat-terremot u t-tsunami li sar il-Ġappun nhar il-11 ta’ Marzu 2011.

Għall-għajnuna u l-inkoraġġiment b’risq din l-inizjattiva, l-editur jixtieq jirringrazzja: lill-kittieba tal-ħajku, lil Bestprint u Poeżijplus, lis-Sinjura Masami Hasegawi, lil Miller Distributors, lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, u lill-qarrejja kollha li għoġobhom jixtru din l-antoloġija.

Proceeds from Anthology for Malta Red Cross Society
mix-xellug: Mr Robert Brincau - Id-Direttur tal–Operazzjoniiet; Ms Paulette Fenech - Id-Direttriċi Ġenerali tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar (Malta); Dr Terence Portelli - Lekċerer u l-editur tal-antologija; Mrs Yvette Farrugia - President tas-Socjetà tas-Salib l-Aħmar (Malta)

 


 

Kors ta’ Masters

Master of Arts in Comparative Euro-Mediterranean Education Studies: Learning by Comparing
 
Iċ-Ċentru Ewro-Mediterranju għar-Riċerka Edukattiva (EMCER) se jerġa’ joffri l-Master of Arts
fil-Comparative Euro-Mediterranean Education Studies f’Ottubru 2012. Il-kors ta’ Masters, li huwa offrut fuq bażi part-time, jikkonsisti f’oqsma ta’ studju, li huma mgħallma darba fil-ġimgħa, u teżi. Din tal-aħħar normalment tiġi ppreżentata wara sentejn ta’ studju, u tiffoka fuq kwistjoni ta’ politika edukattiva kurrenti li tiġi eżaminata f’perspettiva ta’ prattika internazzjonali. Gradwati minn dan il-kors wettqu b’suċċess studji komparattivi ta’, fost oħrajn: kurrikula, pedagoġija, politika kulturali, l-formazzjoni tal-għalliema, valutazzjoni, it-tagħlim tal-lingwa, il-kwalità ta’ edukazzjoni ogħla, u l-esperjenza ta’ immigranti fl-iskejjel. Matul is-sentejn li ġejjin, l-istudenti se jkunu mħeġġa jiffokaw fuq suġġetti għat-teżi li huma fiċ-ċentru ta’ riformi lokali u bi tweġiba għal ħtiġijiet lokali, eżaminati b’relazzjoni mal-aħjar prattika fl-Ewropa u lil hinn minnha.

Il-kors huwa mgħallem minn lekċerers lokali u oħrajn mistiedna minn barra l-pajjiż, b’enfasi fuq analiżi kritika ta’ tendenzi edukattivi, b’mod partikulari mill-perspettiva ta’ ekwità, ġustizzja soċjali, u eċċellenza għal kulħadd. L-oqsma ta’ studju huma bbażati fuq qari intensiv ta’ testi preskritti, gruppi ta’ studju, seminars interattivi, u laqgħat tutorjali fi gruppi żgħar. Gradwati li segwew il-kors fit-tliet gruppi preċedenti għaddew biex ikomplu d-dottorat lokalment jew barra l-pajjiż, u kisbu pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà fir-riċerka, u f’istituzzjonijiet ewlenin edukattivi u kulturali. Il-kors huwa ideali wkoll għal dawk li jixtiequ jieħdu sehem fi proġetti tal-UE jew internazzjonali, fejn l-għarfien ta’ sistemi edukattivi differenti u ta’ metodi ta’ riċerka komparattiva huwa sikwit meħtieġ.

L-applikanti mistennija jkollhom grad ta’ livell tajjeb ta’ baċellerat fi kwalunkwe qasam, ikunu kompetenti fl-Ingliż u preferibilment f’suġġett barrani ieħor, u jkunu impenjati fl-eċċellenza akkademika.  In-numru ta’ studenti aċċettati għall-kors huwa limitat, biex hekk tkun iżjed possibbli l-interazzjoni effettiva fil-grupp. Madankollu, billi dan ser ikun l-uniku Masters relatat mal-edukazzjoni li qed jiġi offrut din is-sena fl-Università ta’ Malta, jista’ jkun li grupp ikbar mis-soltu jitħalla jsegwi l-kors, sakemm ikun hemm staff disponibbli biex jissorvelja s-suġġett magħzul għat-teżi.

Iktar dettalji dwar il-Master of Arts in Comparative Euro-Mediterranean Education Studies, inklużi tagħrif fil-qosor dwar l-oqsma ta’ studju, qari ssuġġerit, u regolamenti dwar il-kors, jinsabu fuq is-sit elettroniku. Jistgħu jintbagħtu mistoqsijiet lill-mexxej tal-kors fl-indirizz elettroniku  u l-istudenti prospettivi jkunu mistiedna jattendu laqgħa ta’ informazzjoni f’Ġunju.

 


 

Pro-Rettur għal Għawdex

Fil-laqgħa tal-Kunsill li saret nhar il-Ħamis 26 t'April, il-Professur Joe Friggieri inħatar Pro-Rettur għal Għawdex. Il-ħatra hija parti mill-pjan ġenerali biex il-Kampus ta’ Għawdex isir kampus tal-Università ta’ Malta żviluppat kompletament u mimli ħajja.

L-Università għandha l-ħsieb li toffri firxa iżjed wiesgħa ta’ servizzi lill-istudenti Għawdxin kollha u li taqdi aħjar il-ħtiġijiet tagħhom. F’Ġunju se tkun inawgurata inizjattiva pilota biex jiġu organizzati f’Għawdex uħud mill-eżamijiet tal-programmi għal Lawrja. Din tkun tista’ tagħmilha possibbli għall-Università biex tifhem aħjar it-tibdiliet loġistiċi u infrastrutturali li jkun hemm bżonn isiru biex din il-faċilità tkun estiża għall-ikbar numru possibbli ta’ programmi għal Lawrja. Kampus iktar attiv jkun jista’ jservi wkoll bħala l-bażi għall-bidu ta’ ideat u proġetti ġodda fil-komunità.
 
Din is-sena l-Kampus ta’ Għawdex jiċċelebra l-20 sena tiegħu taħt it-tmexxija tal-Professur Lino Briguglio. Oriġinarjament dan kien twaqqaf bl-għan li jipprovdi korsijiet ta’ filgħaxija għal Lawrja u diploma għal dawk li ma setgħux isegwu l-istudji tagħhom f’Malta. Il-Professur Friggieri ta lekċers f’dawn il-korsijiet sa mill-bidu tagħhom. Huwa kien ukoll involut b’mod attiv fl-avvenimenti kulturali li saru hemm matul is-snin.

Il-bini fejn hemm il-Kampus inbena oriġinarjament f’nofs is-seklu dsatax. Dan ġie mibdul f’Università – waqt li żamm l-istruttura oriġinali tiegħu – bl-appoġġ tal-Ministeru għal Għawdex u ġie inawgurat bħala Ċentru Universitarju mill-Prim Ministru f’Mejju 1996.

Il-Kunsill laqa’ d-deċiżjoni tar-Rettur li jaħtar lill-Professur Joe Friggieri għall-kariga ġdida u rringrazzja lill-Professur Lino Briguglio għax-xogħol ta’ pijunier u servizz eċċellenti tiegħu.

Il-Professur Friggieri jingħaqad mat-tliet Pro-Retturi oħra tal-Università ta’ Malta: Il-Professur Mary Anne Lauri għall-Affarijiet tal-Istudenti u Istituzzjonali; il-Professur Richard Muscat għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Professur Alfred Vella għall-Affarijiet Akkademiċi.

Professor Joe Friggieri - Pro-RectorJoe Friggieri
huwa Professur tal-Filosofija u membru elett tas-Senat fejn jirrappreżenta l-istaff akkademiku tal-Fakultà tal-Arti. Huwa għandu Dottorati minn Milan u minn Oxford u huwa poeta, drammaturgu u direttur teatrali ewlieni. Il-pubblikazzjonijiet tiegħu jinkludu żewġ kotba dwar il-filosofu Ingliż J.L. Austin, tliet volumi ta’ poeżiji, tliet kollezzjonijiet ta’ novelli, numru ta’ drammi, kif ukoll 'In-Nisġa tal-Ħsieb', l-ewwel storja tal-filosofija bil-Malti. Huwa rebaħ diversi premjijiet letterarji, inkluż il-Premju Letterarju Nazzjonali tliet darbiet (1993, 1999 u 2003). Huwa nħatar Membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fl-2008.

Joe Friggieri kien president tat-Teatru Manoel (1990-93), membru tal-Awtorità tax-Xandir (1993-96), editur tal-ġurnal tal-arti 'Arti' (1971-74) u tal-gażżetta ta’ kull xahar 'Illum' (1975-80), president tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti (2003-05), editur-fundatur ta’ 'Kultura 21', kif ukoll preżentatur u produttur ta’ programmi kulturali fuq ir-radju u t-televixin. Huwa kien studjuż tar-riċerka mistieden u lekċerer fl-Universitajiet ta’ Venezja, Amsterdam, St Andrews, Augsburg, Ġenova u Sassari. Huwa president tal-Philosophy Society u kontributur regolari f’diskussjonijiet politiċi, soċjali u kulturali.

 


 

L-MUP Tniedi Tmien Kotba

F’ċerimonja li kellha attendenza tajba u li saret f’Dar l-Università, l-Imsida, fis-27 ta’ Marzu, ippreseduta mis-Sa Bernie Mizzi, il-Pro-Kanċillier tal-Università, il-Malta University Press ippreżentat uffiċjalment l-aħħar tmien kotba tagħha. Minbarra diversi membri tal-korp akkademiku u studenti, attendew ukoll ambaxxaturi differenti, flimkien mal-Pro-Rettur għar-Riċerka, il-Professur Richard Muscat.

Dawn ix-xogħlijiet, fl-ordni kronoloġika tal-pubblikazzjoni, kienu:

  • The European Mind: Narrative and Identity (2 Volumi.) editjat mill-Professur Henry Frendo
  • La stampa periodica in Italiano a Malta ta’ Dr Sergio Portelli
  • La vie intellectuelle et culturelle des chevaliers français à Malte au XVIIIe siècle tal-Professur Carmen Depasquale
  • Storja ta’ l-Estetika Letterarja Maltija ta’ Dr Josette Attard
  • Clowning in the Classroom: A new approach to healthy psychological development ta’ Dr Daniele Zucca 
  • Health Issues Today tal-Professur Maurice Cauchi
  • Italian Unification and European Politics editjat mill-Professur Henry Frendo
  • Sguardi mediterranei tra Italia e Levante (XVII-XIX secolo) editjat mill-Professoressa Mirella Mafrici u l-Professur Carmel Vassallo 
Il-kelliema kienu: l-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur Belġjan Jean François Delahaut, il-Professur Joseph Eynaud, il-Kavallier Charles Xuereb, il-Professur Oliver Friggieri, Dr Elena Tanti Burlò, il-Professur Alex Felice, l-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur Taljan Luigi Marras u Dr Simon Mercieca. Fid-diskors tiegħu ta’ introduzzjoni, il-president tal-Bord Editorjali tal-Università, il-Professur Henry Frendo, tkellem dwar it-titjib tal-prodott tal-MUP f’dak li għandu x’jaqsam ma’ eżaminazzjoni inter pares, kuntratti, l-issettjar, id-disinn u d-distribuzzjoni. Huwa semma wkoll xogħlijiet importanti li qed jitħejjew li jinkludu kotba dwar il-migrazzjoni u l-asil u dwar is-sistema legali Maltija. Il-Professur Frendo rringrazzja lill-istaff tiegħu fil-Malta University Press, fl-Istitut tal-Istudji Maltin, u entitajiet oħra li għenu biex jiġi organizzat dan l-avveniment.

It-tmien kotba ġodda tal-MUP kienu għal bejgħ bi skont, filwaqt li s-serata ntemmet b’riċeviment.


MUP Book Launch April 2012
Il-Professur Henry Frendo, President tal-Bord Editorjali, Malta University Press, jindirizza lill-udjenza

MUP Book Launch April 2012
It-tmien kotba għall-wiri

 


 

Il-Prim Ministru Jżur il-Laboratorji tal-Ġenetika

  • 4 miljun Euro ta’ Fondi mill-ERDF għal-Laboratorji tal-Ġenetika u tas-Saħħa u l-Bijoteknoloġija konnessi magħha
  • Riċerka innovattiva dwar it-Talassemija
  • Twaqqaf Bijobank ta’ Malta (Malta Biobank)  fl-Università ta’ Malta

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi żar il-Laboratorju tal-Ġenetika Molekulari fl-Università ta’ Malta biex jara l-avvanzi li saru dan l-aħħar fir-riċerka dwar l-Emoglobina Umana, it-Talassemija u l-Kontroll tal-Ġeni kif ukoll biex jiffamiljarizza ruħu mal-progress fl-iżvilupp tal-Malta Genome Project fil-Bijobank ta’ Malta.

Ir-riċerka dwar il-ġenetika tal-emoglobina u l-mard konness magħha twaqqfet mill-ġdid fl-Università ta’ Malta fl-1989 mill-Professur Alex E. Felice, il-Professur W.H. Bannister, il-Professur John Rizzo Naudi u l-mibkija Dr J.L. Grech u Dr G. Hyzler, wara ftehim bejn l-Università ta’ Malta u d-Dipartiment tas-Saħħa f’Malta biex jitwaqqaf il-Proġett dwar it-Talassemija ('Thalassaemia Project'). Kien hemm il-ħsieb li tiġi żviluppata organizzazzjoni għal servizzi u riċerka ta’ kwalità għolja dwar il-ġenetika flimkien ma’ opportunitajiet aħjar għall-edukazzjoni u t-taħriġ f'livell ta’ wara l-lawrja. Il-proġett kellu l-appoġġ tal-Gvern ta’ Malta fid-diskors tal-baġit tal-1989, tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, u aktar tard b’finanzjament ta’ erba’ miljun Euro permezz tal-Protokoll Finanzjarju bejn il-Gvernijiet tal-Italja u ta’ Malta.

Eluf ta’ familji kienu ttestjati u ngħataw informazzjoni biex jiġi pprevenut li l-mard ġenetiku serju bħat-Talassemija jixtered. Madwar 35 pazjent jingħataw kura speċjalizzata fil-Klinika tat-Talassemija u l-Ġenetika Molekulari fl-Isptar Mater Dei li hija magħrufa għall-prattika u l-protokolli ta’ riċerka tagħha.  Kull sena l-pazjenti jużaw madwar 500 litru demm għat-trasfużjoni u jiġu pprovduti, mingħajr ħlas, b’kura li tiswa ħafna, biex jitneħħa l-ħadid żejjed mill-ġisem. Mediċini li jittieħdu b’mod orali biex jikkoreġu d-difett tal-ġene jistgħu jagħtu spinta enormi lill-pazjenti.

Il-grupp Malti ta’ riċerka issa skopra mekkaniżmu importanti li jikkontrolla t-tibdil tal-ġene mill-emoglobina tal-fetu tat-tarbija għadha titwieled għall-emoglobina adulta. Fil-fatt, l-għan fit-tul tar-riċerka huwa li jintefa il-ġene tal-emoglobina adulta li hu difettuż fit-talassemija u jitħaddem minfloku l-ġene funzjonali tal-emoglobina tal-fetu, biex b’hekk isseħħ kura ġenetika għall-marda. Ir-riċerka ġiet ippubblikata fin-NATURE GENETICS, ġurnal xjentifiku li għandu impatt qawwi ħafna. Din ir-riċerka rċeviet attenzjoni konsiderevoli mid-dinja kollha. Il-grupp qed ikompli jinvestiga iktar fil-fond biex isib tweġiba għall-misterji tal-kontroll tal-ġene u jsib kuri għall-pazjenti bit-talassemija u mard ereditarju rari ieħor.

Matul dawn l-istudji aktar minn 30 kandidat iggradwaw bil-Masters. Xi wħud iggradwaw wara li attendew il-kors ġdid għal Grad ta’ M.Sc. fix-Xjenza Bijo-Medika jew għad-Dottorat (Ph.D.). Numru minn dawn l-istudenti kienu megħjuna permezz tal-Malta Government Scholarship Scheme u l-iStrategic Educational Pathways Scholarship Scheme. Uħud minn dawn il-gradwati kisbu pożizzjonijiet akkademiċi fl-Università ta’ Malta jew pożizzjonijiet professjonali fl-Isptar Mater Dei u għadhom jikkollaboraw fuq il-proġett. Xi ftit oħra bnew karriera fis-settur privat u anke bħala staff akkademiku f’universitajiet barra minn xtutna.  Ħafna minnhom kienu preżenti u ltaqgħu mal-Prim Ministru.

Dr Gonzi ittieħed idur xi laboratorji li dan l-aħħar ġew immodernizzati b’aktar minn 4 miljun Euro ta’ finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Waqt it-tur huwa seta’ josserva l-installazzjoni ta’ dak li huwa magħruf bħala 'Next Generation Sequencer' għas-sekwenzar effiċjenti tal-ġenomu sħiħ.  It-tagħmir jista’ jagħti profil tal-espressjoni tal-ġene mit-3 biljun unitajiet totali tal-ġenomu uman.  Dan it-tagħmir waħdu sewa ftit inqas minn miljun Euro. Il-kapaċità ta’ sekwenzar tal-Laboratorju tal-Ġenetika Molekulari se ttejjeb b’mod konsiderevoli t-tagħlim u r-riċerka fil-ġenetika, it-talassemija u mard rari b’mod ġenerali. Dan jagħmilha possibbli għall-grupp Malti li jingħaqad ma’ netwerks ikbar li jagħmlu riċerka simili fl-UE u li jkollhom aċċess għall-fondi mill-FP tal-UE.

L-immodernizzar kien jinkludi l-ispazju protett li jilqa’ il-Bijobank ta’ Malta; kollezzjoni ta’ materjal bijoloġiku bħal DNA, u fi ftit żmien ieħor tipi oħra ta’ tessuti, flimkien ma’ dejta dwar l-okkorrenza ta’ ċerti fatturi bijokimiċi jew kliniċi tad-donatur. Dan l-aħħar, il-bijobanek kemm kliniċi kif ukoll tal-popolazzjoni saru għodda qawwija għall-iskoperta ta’ mard ikkawżat minn tibdil fis-sekwenza tad-DNA (mutazzjonijiet) li kultant huma speċifiċi għal popolazzjoni partikulari. Hekk, il-mutazzjonijiet Maltin jistgħu jkunu differenti minn dawk ta’ popolazzjonijiet oħra. Għall-benefiċċju tal-pazjenti Maltin dawn jeħtieġu li jinstabu f’Malta.

Il-Bijobank ta’ Malta huwa soċju fundatur tal-EuroBioBank u tal-BioBanking and BioMolecular Research Infrastructure (BBMRI) tal-UE. Il-EuroBioBank huwa l-ikbar bank iddedikat għall-mard rari. Dan ipprovda standards ta’ kwalità għolja ħafna għat-tħaddim ta’ Bijobanek umani. BBMRI huwa konsorzju ta’ Gvernijiet Ewropej, maħsub biex jipprovdi aċċess uniku għall-kollezzjonijiet Ewropej, dejta u r-riżorsi bijo-analitiċi minn ta’ quddiem nett u b’hekk jingħaqdu maċ-ċentri ewlenin tax-xjenzi tal-ħajja fuq il-kontinent, fl-Istati Uniti u fl-Awstralja. Il-proġett ta’ Malta ġie kompletament ikkunsidrat mill-ġdid u approvat mis-sorveljanti tal-etika tar-riċerka. Il-proġett sħiħ huwa suġġett għall-kundizzjonijiet ta’ kunsens infurmat kif iffirmat mid-donatur.  Dan ingħata x-xogħol sinifikattiv li jtejjeb il-biobanking fil-Mediterran u l-Afrika ta’ Fuq.  Il-Gvern ta’ Malta investa kwart ta’ miljun Euro biex jappoġġja aktar żvilupp tal-Bijobank fl-Università ta’ Malta u biex iniedi l-Malta Genome Project. Dalwaqt se jibda djalogu pubbliku ta’ informazzjoni u sezzjonijiet tal-pubbliku se jkunu mistiedna jipparteċipaw, suġġett, m’għandniex xi ngħidu, għall-implimentazzjoni ta’ proċeduri adattati għall-kunsens infurmat.

Plakki ta’ tifkira u kampjun anonimu tipiku ta’ Ġenomu Malti kienu ppreżentati kemm lill-Prim Ministru kif ukoll lir-Rettur.

Genetics Lab
from left to right: Professor Alex E. Felice, Prime Minister Lawrence Gonzi, Professor Juanito Camilleri, Rector

 


 

Iċ-Ċentru tal-Litteriżmu jsellem lil Ms Doris Vella Iċ-Ċentru tal-Litteriżmu jsellem lil Ms Doris Vella, Għalliema Eżemplari

Iċ-Ċentru tal-Litteriżmu tal-Università ta’ Malta jixtieq jagħti ġieħ lil-memorja ta’ Ms Doris Vella għalliema eżemplari li ħallietna ftit taż-żmien ilu. Ms Vella, jew aħjar kif kienet magħrufa Ms Doris, kienet 'complementary teacher' fl-Iskola Primarja tar-Rabat fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex.

Il-Professur Charles L. Mifsud, id-Direttur taċ-Ċentru tal-Litteriżmu, iddeskriva lil Ms Doris Vella bħala 'għalliema eċċezzjonali. L-imħabba u d-dedikazzjoni li kellha għall-edukazzjoni u l-qari kienet turihom fil-ħidma tagħha ta’ kuljum fl-iskola. Kienet tati ħajja lill-qari permezz tal-kant u d-drama, tant li t-tfal kienu jibqgħu msaħħrin. Ms Doris Vella kienet tieħu sodisfazzjon kbir u tifraħ meta xi ħadd mill-istudenti tagħha kien jimxi 'l quddiem fil-qari, b’mod speċjali dawk li kellhom xi diffikultajiet. Kien ta’ privileġġ kbir għalina li kellna l-opportunità li nitgħallmu minnha. Ms Doris Vella kienet għalliema straordinarja li tibqa’ mudell b’saħħtu u ta’ kuraġġ kbir għalina lkoll li naħdmu fil-qasam edukattiv.'

 


 

Smart Stents

Il-mard tal-qalb huwa wieħed mill-kawżi ewlenin ta’ mwiet fil-Punent.Wieħed mit-trattamenti li jsalva l-ħajja ta’ ħafna nies u li  jingħata llum, jinvolvi  t-tqegħid ta’ ‘molla’ (stent) f’arterji li jkunu djaqu u li allura ma jħallux id-demm jiskorri kif suppost. Dan it-tip ta’ trattament jbiddel il-ħajja ta’ ħafna pazjenti kull sena billi jnaqqas ir-riskju ta’ mewt u jtejjeb il-ħajja wara attakk tal-qalb jew anġina, ikkawżati minn djuq fl-arterji tal-qalb. Il-mollol li jintużaw illum huma mill-aqwa li jista’ jkollna fil-preżent. Iżda r-riċerkaturi dejjem jippruvaw itejbu dak li jeżiżti llum biex ikollna prodott aqwa fil-futur.

Il-molol mill-aktar moderni li jintużaw bħalissa jsalvaw ħafna ħajjiet, iżda, bħal kull ħaġa oħra mekkanika, hemm lok li jiġu mtejba. Jista’ jagħti l-każ li kultant dawn il-molol ma jaħdmux bl-istess mod kif l-arterja taħdem fil-ġisem. X’ħin il-molla titpoġġa ġol-ġisem tista’ tiqsar, jiġifieri jista’ jagħti l-każ li l-molla ma tibqax twila biżżejjed biex tiftaħ id-djuq kollu ta’ l-arterja kif ikun jixtieq it-tabib. Problema oħra li jista’ jkun li tinħoloq hija li dawn il-molol ma jitgħawġux sew. Din tista’ tkun problema meta għandek djuq ġo arterja li hija fit-tond.

Il-Professur Joseph N Grima, Dr Ruben Gatt u Dr Daphne Attard mill-Unit tal-Metamaterjali fil-Fakultà tax-Xjenza u l-kirurgu Dr Aaron Casha  mill-Fakultà tal-Mediċina fi ħdan l-Università ta’ Malta b’kollaborazzjoni  ma’ HMRD li hija parti mill-HalMann Vella Group of Companies u  Tek-Moulds PrecisionEngineering Limited qed jippruvaw isolvu dawn il-problemi b’disinji innovattivi għall-molol ġodda. Bl-għajnuna finanzjarja li ġiet mogħtija mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST)
mill-programm ta’ Riċerka u Żvilupp, it-tim ta’ riċerkaturi fl-Università qed jipproponi ġeometriji ġodda biex jintużaw għall-molol bil-għan li jtejbu l-molol preżenti. Dan ifisser li huwa previst li t-tobba ser ikunu jistgħu jqiegħdu dawn il-molol ġodda b’mod iktar faċli u effiċjenti  b’riżultat li l-interventi jdumu inqas u jkunu iktar effettivi u allura jkunu jiswew inqas flus. Iżda ċertament l-ikbar vantaġġ ta’ din ir-riċerka ser jesperjenzha l-pazjent innifsu illi jkun jista’ jgawdi kwalità ogħla ta’ ħajja wara l-intervent.

Il-protokol biex jiġu ddisinjati dawn il-molol jirrikjedi xogħol rigoruż, b’ħafna reqqa u tul taż-żmien, bl-għan li l-pazjent jkun dejjem protett bl-aħjar mezz possibli. Jinħtieġ li l-ewwel isiru ħafna testijiet qabel jistgħu jintużaw fuq in-nies. Wara dan, irid ikun hemm l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti qabel ma jistgħu joħorgu fis-suq.

Dan il-proġett tal-iSmart Stents rebaħ il-Gold Medal Award for Best Inventor tal-World Intellectual Property Organisation (WIPO) u l-Award for Scientific Innovation tal-Malta Innovation Awards 2011.

Smart Stents

 


 

Il-Programm Erasmus

L-applikazzjonijiet għall-istudenti interessati li jieħdu sehem fil-Programm Erasmus għas-sena akkademika 2012/13 ħarġu fit-13 ta’ Frar 2012. Id-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet hija t-2 ta’ Marzu 2012.

Ftehimiet Bilaterali huma ffirmati bejn universitajiet diversi li jagħmluha possibbli għall-istudenti biex isegwu l-programmi ta’ mobilità tal-Erasmus.  Dawn il-ftehimiet jispeċifikaw il-qasam ta’ studju, in numru ta’ studenti u persunal li jistgħu jieħdu sehem u t-tul tal-placement. Il-Ftehimiet Bilaterali tal-Erasmus jorbtu liż-żewġ istituzzjonijiet involuti biex jikkooperaw fil-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja, u jaċċettaw studenti skont il-kundizzjonijiet tal-programm Erasmus (mingħajr ħlas, drittijiet akkademiċi indaqs għal studenti lokali, eċċ.)

It-titlu Erasmus huwa meqjus mal-Ewropa kollha bħala għotja prestiġġjuża li turi li individwu huwa lest li jilqa’ d-diversità kulturali u interessat fl-iżvilupp ta’ dimensjoni Ewropea fuq livell personali u akkademiku.  Il-perijodu ta’ mobilità barra l-pajjiż jipprovdi lill-istudent b’firxa wiesgħa ta’ għarfien u esperjenza, u jikseb għodda ġodda u ħiliet li żgur huma utli fis-suq tax-xogħol kompetittiv ħafna fil-ġurnata ta’ llum.

Studenti prospettivi tal-Erasmus jirċievu għajnuna biex jikkoordinaw il-preparazzjonijiet kollha meħtieġa mill-Uffiċċju Internazzjonali u tal-UE u mill-Fakultà/Istitut tagħhom.  L-università li tkun qed tilqa’ lill-istudenti barra l-pajjiż tipprovdi informazzjoni akkademika u  loġistika.

L-Università ta’ Malta kull sena tirċievi kummenti pożittivi ferm mill-parteċipanti. L-Università tagħmel ħilitha kontinwament biex tagħmel l-Erasmus aċċessibbli għall-istudenti kollha u l-persunal  u biex toħloq għarfien dwar l-opportunitajiet li jeżistu.

Nhar il-Ħamis 16 ta’ Frar fin-nofsiegħa saret laqgħa ta’ informazzjoni dwar l-Erasmus fil-Common Room tal-KSU, Dar l-Istudent, l-Università ta’ Malta.

Il-laqgħa ta’ informazzjoni kienet indirizzata minn Ms Stefania Fabri, Direttur tal-Uffiċċju Internazzjonali u tal-UE, il-Prof. Mary Anne Lauri, Viċi-Rettur għall-Istudenti u Affarijiet Istituzzjonali, Uffiċjali Internazzjonali tal-KSU u Ms Maria Vella, Koordinatur tal-Erasmus.  Il-kelliema taw informazzjoni dwar is-sehem ta’ Malta fil-Programm Erasmus.  Dawk li bbenefikaw fil-passat, u studenti kurrenti tal-Erasmus kienu mistiedna jaqsmu l-esperjenza tagħhom mal-istudenti preżenti għal-laqgħa ta’ informazzjoni.

Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-Uffiċċju Internazzjonali u tal-UE, Kamra 105, Administration Building, l-Università ta’ Malta, Msida, billi ċċempel fuq +356 2340 3416 jew billi tibgħat email.

 


 

Żjara ta’ Kortesija lill-President George Abela

Nhar l-1 ta’ Diċembru 2011, l-istudenti u l-gradwati tal-Istitut tal-Amministrazzjoni Pubblika u l-Maniġment (IPAM) kienu l-mistiedna tal-President George Abela, fil-Palazz ta’ Sant Anton.

Fl-indirizz tiegħu, il-Profs. Godfrey A Pirotta, Direttur tal-Istitut, irringrazzja lill-President Abela tal-akkoljenza tiegħu u spjega l-iskop ewlieni li għalih huwa mwaqqaf dan l-Istitut fi ħdan l-Università ta’ Malta, jiġifieri biex ikompli jiżviluppa l-kredenzjali akkademiċi tal-impjegati tas-Settur Pubbliku. B’mod partikulari, l-IPAM jaħdem biex jindokra il-prattika u l-istudju tax-xjenza amministrattiva għall-uffiċjali pubbliċi, filwaqt li jorganizza firxa wiesgħa ta’ attivitajiet, fosthom lekċers pubbliċi, konferenzi u xogħol ta’ riċerka.

Min-naħa tiegħu, il-President Abela wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-kontribut validu ta’ din l-istituzzjoni akkademika li hija impenjata biex tiżviluppa l-kapaċità amministrattiva tas-settur pubbliku. Minbarra l-akkwist ta’ ħiliet professjonali tekniċi, il-President Abela saħaq fuq l-importanza kruċjali ta’ numru ta’ valuri, bħalma huma l-integrità, il-lealtà u s-sens ta’ xogħol vokat li jnisslu motivazzjoni u tmexxija etika fost dawk li xogħolhom huwa li jkunu ta’ servizz b’risq in-nazzjon u ċ-ċittadini. Huwa stqarr li huwa kien impressjonat b’mod qawwi bil-kwalitajiet mill-aqwa li għandhom uffiċjali pubbliċi Maltin fiż-żmien li huwa ħadem mill-qrib magħhom fil-preparazzjonijiet biex Malta tissieħeb fl-UE. Il-President faħħar ukoll ix-xogħol li jsir mill-akkademiċi u mill-istudenti filwaqt li awgura aktar suċċessi għall-Istitut fil-ġejjieni.

Fl-aħħar taż-żjara, il-President George Abela ippreżenta numru ta’ premijiet lil dawk il-gradwati li ddistingwew ruħhom fl-istudji tagħhom. L-istudenti u l-akkademiċi ippreżentaw kontribuzzjoni għall-fond tal-Istrina.

students

 


 

Żewġ Kotba Ġodda

healthHealth Issues Today
medical, societal and bioethical
minn Maurice Cauchi

L-għan ta’ dan ix-xogħol huwa li jagħti xi informazzjoni li għandha x’taqsam mal-funzjoni normali tal-ġisem u jiġbed l-attenzjoni lejn numru ta’ mard li huwa komuni. Huwa miktub b’lingwa sempliċi li tirrikjedi ftit ferm għarfien xjentifiku. Fejn tiġi introdotta terminoloġija medika, din hija spjegata kemm fit-test kif ukoll fi glossarju fl-aħħar tal-ktieb.

Filwaqt li l-mediċina hija intrapriża internazzjonali, il-kundizzjonijiet lokali f’Malta jiġu kkunsidrati kemm fl-għażla tas-suġġett kif ukoll fl-enfasi tas-sitwazzjoni kurrenti f’dan il-pajjiż.

Dan il-ktieb għandu jkun ta’ interess mhux biss għal dawk li qed isofru minn xi marda partikulari deskritta f’dan il-ktieb, imma, forsi aktar importanti, għal dawk kollha li jinteressaw ruħhom li jifhmu l-proċess involut fiż-żamma tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard.

L-awtur, li huwa gradwat tal-universitajiet ta’ Malta (M.D., 1961) u ta’ Londra (M.Sc., Ph.D., 1967), ħadem fuq ir-riċerka dwar il-kanċer fir-Royal Marsden Hospital, Londra.  Professur assoċjat kliniku fl-universitajiet ta’ Monash u Melbourne, huwa kien Director of Haematology and Immunology fir-Royal Women’s Hospital, Melbourne. Bħala Professur tal-Patoloġija fl-Università ta’ Malta (1992-2003), Maurice Cauchi serva wkoll bħala president tal-Kunsill dwar il-Bijoetika tal-Ministeru għas-Saħħa.

Huwa wkoll awtur ta’ diversi artikli xjentifiċi dwar l-immunoloġija, il-kanċer u suġġetti konnessi.

284 Paġna                ISBN 978 99909 45 64 5         Prezz €15

clownClowning in the Classroom
A new approach to healthy psychological development

minn Daniele Zucca

Jekk illum it-terapija tad-daħq (laughter therapy) hija rikonoxxuta bħala forma ta’ terapija ta’ appoġġ f’ħafna kliniċi tal-pedjatrija, il-metodu għadu nieqes mill-prattika fl-iskejjel, u dak li Dr Zucca jippreżenta f’dan ix-xogħol hija applikazzjoni metodika ta’ dan il-metodu fil-qasam tat-tagħlim u t-taħriġ. L-għan ta’ dan ix-xogħol huwa, fil-fatt, li jintroduċi l-użu tas-‘psycho-educational clown’ fil-klassi bil-ħsieb li jkun hemm forma ta’ edukazzjoni li tipprepara lill-istudenti biex jagħmlu użu tal-potenzjal kollu tagħhom, kemm fil-klassi kif ukoll fejn jidħlu diversi kompetenzi għall-ħajja li huma essenzjali għall-iżvilupp tul il-ħajja (‘several life-skills that are essential for lifelong development’)

Ix-xogħol jippreżenta gwida u referenza matura, ċara u organizzata għall-kunċett tal-mudell psiko-edukattiv tal-buffunerija (clowning). Dan is-suġġett mhuwiex faċli li tidħol għalih, sakemm wieħed ma jkollux esperjenza rilevanti fil-qasam, xi ħaġa li Dr Zucca bla dubju juri li għandu, u b’hekk jikkontribwixxi bil-kbir għall-għejun ta’ psikoloġija edukattiva.

Daniele Zucca, li għandu grad ta’ M.A. fl-Edukazzjoni, kiseb kwalifika professjonali fil-Counselling u dan l-aħħar spiċċa l-Ph.D. fl-Università ta’ Sassari, Sardinja b’teżi fil-Psikoloġija. Dr Zucca ta lekċers dwar il-buffunerija (clowning) f’korsijiet postgraduate dwar 'The clown at the service of the individual' organizzati mid-Dipartiment tal-Psikoloġija, fl-Università ta’ Bologna, u fil-Master in Inclusive Education, fid-Dipartiment tal-Psikoloġija, tal-Università ta’ Malta.

101 paġna          ISBN 978 99909 45 62 1             Prezz €12


Iż-żewġ kotba jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba ewlenin jew fuq l-internet minn sierra-books.com

 


 

Kors Ġdid ta’ Master of Arts in Disability Studies

Id-Dipartiment tal-Politika Soċjali u l-Ħidma Soċjali fl-Università ta’ Malta qed joffri kors ġdid li se jilqa’ lill-istudenti x-xahar id-dieħel.

Il-Master of Arts in Disability Studies huwa kors ta’ MA mgħallem u bir-riċerka li għandu l-għan li jgħallem studenti dwar il-kwistjonijiet kurrenti relatati mad-diżabilità, jeżamina l-ostakoli li jsibu ma’ wiċċhom nies b’diżabilità u jikkunsidra soluzzjonijiet alternattivi fix-xogħol u l-ħajja tagħhom. Il-kors huwa maqsum f’erba’ oqsma ewlenin li jeżaminaw il-kunċett ta’ diżabilità minn angoli differenti – jiġifieri, mill-perspettivi teoretiċi, politiċi u leġislattivi, personali, u soċjo-politiċi. Ma’ dawn, il-kors joffri lill-istudenti l-opportunità li jagħżlu qasam li jinteressahom, u jiżviluppawh b’mod indipendenti b’appoġġ u gwida.  Permezz ta’ dan il-kors, l-istudenti jiksbu l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex  jagħmlu riċerka emanċipattiva dwar id-diżabilità u biex jiktbu t-teżi tagħhom.

Dan il-programm ta’ studji huwa ta’ tliet snin studju part-time. L-ewwel sentejn se jkunu ddedikati għall-parti mgħallma tal-kors u t-tielet sena għall-kitba tat-teżi. Il-lekċers normalment isiru darbtejn fil-ġimgħa filgħaxija u jkunu twal tliet sigħat. Ma’ dawn normalment ikun hemm seminar jew tnejn fi tmiem il-ġimgħa kull sena.

Il-kors huwa maħsub għal gradwati li jixtiequ jiksbu għarfien speċjalizzat u ħiliet dwar id-diżabilità u huwa rilevanti għal diversi professjonisti li għandhom il-kwalifiki, il-kapaċità u d-dispożizzjoni meħtieġa.

Wieħed jista’ jara l-miżati hawn.

Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jimtlew hawn. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu mhux iktar tard mit-Tnejn, 23 ta’ Jannar 2012.

Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb hawn u minn għand is-Sur Karl Debattista fid-Dipartiment tal-Politika Soċjali u l-Ħidma Soċjali, l-Università ta’ Malta fuq in-numru 2340 2976.

 


 

Aktar Qarrejja tal-Provi tal-Malti Jtemmu b’Suċċess il-Kors Tagħhom

28 qarrej tal-provi ġdid
12-il student barrani, residenti f’Malta, jistudjaw il-Malti

Il-kors li jwassal għal Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti, organizzat mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università bl-appoġġ tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, kompla jkun suċċess hekk kif dan l-aħħar ħadu ċ-Ċertifikat tagħhom 28 qarrej tal-provi ġdid. B’hekk issa, wara ħames snin, l-ammont ta’ qarrejja tal-provi biċ-ċertifikat ilaħħaq il-172.

L-għan ta’ dan il-kors ta’ sena huwa li jkompli jżid l-istabbilità tal-kitba bil-Malti b’aktar qarrejja tal-provi kkwalifikati biex inkomplu naraw il-Malti użat tajjeb fil-pubblikazzjonijiet u l-kitbiet ta’ madwarna.

Fis-serata tal-għoti taċ-ċertifikati tkellem is-Sur John Zammit, Editur Politiku u Maniġerjali ta’ kumpanija lokali tax-xandir. Hu qal li l-Malti huwa lsien ħaj li qed jiżviluppa minn kull lat. Qal li l-interess fil-Malti qiegħed dejjem jiżdied, kif jixhed in-numru dejjem jikber ta’ studenti li qed jagħżluh fil-livell avvanzat u li ħafna minnhom qed jagħżlu li jkomplu jistudjawh ukoll fi grad ogħla fl-università. Dan l-interess fil-Malti mhux ġej mill-Maltin f’Malta biss, imma wkoll mill-barranin li jgħixu fostna u mill-Maltin, u wliedhom, li emigraw f’pajjiżi barranin. Semma wkoll li dawk li jkunu qed jagħmlu l-korsijiet tal-komunikazzjoni fl-Università, u issa anke fl-MCAST, għandu jkun mistenni minnhom Malti tajjeb fil-kitba u fit-taħdit. Fid-diskors tiegħu għaraf l-iżviluppi tajbin li saru għall-Malti: it-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, l-Awtorità tax-Xandir, u l-Malti bħala lsien uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-użu tiegħu fit-traduzzjonijiet. Fl-aħħar nett, Zammit saħaq li, 'l-Malti rridu naraw ukoll kif se nseddquh, u mhux biss kif se nħarsuh. Il-Malti mhux esibit f'mużew; hu bħal żagħżugħ li qed jiżviluppa.' Hu qal ukoll li, 'l-akbar sfida li għandu l-Malti hi li jkun ilsien tassew demokratiku u inklużiv, li jintuża għal kull tema jew suġġett.'

Silvan Montesin – wieħed mill-qarrejja tal-provi l-ġodda – qasam mal-udjenza l-esperjenza tiegħu fil-grupp ta’ matul il-kors. Fl-istess ċerimonja kien hemm ukoll 12-il student barrani li ngħataw iċ-Ċertifikat fil-Malti bħala Lsien Barrani, kors li kien organizzat ukoll mid-Dipartiment tal-Malti bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

Is-serata, immexxija mis-Sa Tessie Bonello, kienet imżewqa wkoll b’interventi mużikali mill-kantanta brava Corazon Mizzi. Iċ-ċertifikati tal-qari tal-provi kienu ppreżentati mill-Kap tad-Dipartiment tal-Midja, il-Komunikazzjoni u l-Liġi tat-Teknoloġija, il-Prof. Kevin Aquilina, u minn Dr Bernard Micallef, il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti. Iċ-ċertifikati tal-Malti bħala Lsien Barrani ngħataw mill-Prof. Manwel Mifsud, id-Direttur tal-Kors u l-President tal-Kunsill tal-Malti u mis-Sur David Muscat, il-Koordinatur tal-kors u Uffiċjal Edukattiv tal-Malti. Għas-serata attendiet ukoll is-Sa Veronica Grech, ir-Reġistratur tal-Università.

Il-kors fil-qari tal-provi bil-Malti fetaħ l-ewwel darba sitt snin ilu u qed ikollu konkorrenza tajba ħafna. Hu kors serju u rigoruż għax min jikseb iċ-ċertifikat irid jagħti garanzija ta’ livell professjonali fil-kitba bil-Malti.

Fi Frar li ġej se jiftaħ is-seba’ kors. Min jixtieq kopja tal-ktejjeb tal-kors jista’ jibgħat ittra elettronika jew iżur din il-paġna. Il-kors huwa part-time, twil sena u l-lezzjonijiet isiru l-Università nhar ta’ Tnejn u Ħamis, mill-5:30pm sat-8:30pm.

28 qarrej tal-provi ġdid
28 qarrej tal-provi ġdid

12-il student barrani, residenti f’Malta, jistudjaw il-Malti
12-il student barrani, residenti f’Malta, jieħdu ċ-Ċertifikat fil-Malti bħala Lsien Barrani mid-Dipartiment tal-Malti. Fir-ritratt jidhru mal-għalliema tagħhom, is-Sa Jacqueline D'Amato u s-Sur David Muscat (fit-truf tar-ritratt)

 


 

Il-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti

Il-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti

 


 

Korsijiet li se jibdew fi Frar 2012

L-Università qed tilqa’ applikazzjonijiet għal numru ta’ korsijiet full-time u part-time li se jibdew fi Frar 2012. Dawk il-persuni interessati jistgħu japplikaw permezz tal-faċilità għall-applikazzjoni online. Il-korsijiet li qed jiġu offruti jinkludu lawrji Masters f’diversi fakultajiet. Il-Fakultà tal-Edukazzjoni qed toffri Master of Arts in Adult Education; il-Fakultà tal-Liġi għandha kors ġdid ta’ Master of Arts in Mediation u ċ-Ċentru għall-Edukazzjoni u r-Riċerka Ambjentali se tibda Master in Education for Sustainable Development.

Il-Fakultà tal-Arti se torganizza kors ġdid ta’ Diploma fil-Ġermaniż u żewġ korsijiet għal Certificate in Proof-Reading Maltese u għal Certificate in Maltese as a Foreign Language.  Il-Fakultà tal-Liġi se terga’ tmexxi l-Kors ta’ Diploma fil-Laws of Procedure. Il-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy qed toffri l-Political Studies bħala qasam ta’ studju f’Livell ta’ Diploma Ogħla waqt li d-Diploma Ogħla fis-Sustainable Land and Real Estate Management mistennija tibda taħt il-patroċinju tal-Istitut għall-Iżvilupp Sostenibbli. L-Istitut tal-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport se jerġa’ joffri l-Pre-Tertiary Certificate in the Foundations of Coaching.

L-applikazzjonijiet online  jistgħu jiġu sottomessi fi kwalunkwe ħin iżda mhux iktar tard mill-Ġimgħa, 13 ta’ Jannar 2012. Il-lista sħiħa ta’ korsijiet u informazzjoni dwar kif wieħed japplika jistgħu jinsabu fuq is-sit elettroniku.

 


 

 

< Previous 1 Next >

 
 

Log In