L-Università ta' Malta
 

Attivitajiet 2010
Dħul Dħul
 
 
 
Aħbarijiet tal-Kampus
Mappa tal-Kampus
 

L-Ordni ta' San Gwann

Ser isir kors dwar l-istorja eċċitanti tal-Kavallieri ta' San Ġwann, mill-bidu umli tagħhom sa ma ġew sfurzati jitilqu mill-gżejjer Maltin fl-1798.

Il-lekċers li ser isir fil-Kampus t'Għawdex, jibdew nhar il-Ħamis 17 ta' Frar 2011 u jispiċċaw nhar il-Ġimgħa 8 t'April. Ser jsiru kull nhar ta' Ħamis u nhar ta' Ġimgħa bejn il-ħamsa u nofs u s-sitta u nofs ta' filgħaxija.

Għall-aktar informazzjoni kklikkja hawn.

 


 

Is-Serje ta’ Seminars WIPSS (9 Dec.)

Is-serje ta’ seminars Work in Progress fl-Istudji Soċjali (Work in Progress in the Social Studies - WIPSS) hija organizzata mill-Professuri Paul Clough u Peter Mayo taħt il-patroċinju tal-Istitut tal-Mediterran, l-Università ta’ Malta.  Nhar il-Ħamis 9 ta’ Diċembru 2010, l-14-il serje annwali tal-WIPPS tibda l-laqgħat tagħha għal din is-sena akkademika billi tilqa’ lil Dr Jon Mitchell, Kap tad-Dipartiment tal-Antropoloġija fil-University of Sussex.  Dr Mitchell se jagħmel diskors bl-isem Run and Become – Motivation and Transformation in Marathon Running.  Dan id-diskors se jippreżenta r-riżultati ta’ proġett ta’ riċerka li mexxa fil-bidu tal-2010 li jeżamina l-motivazzjonijiet u l-bidliet tan-nies fihom infushom waqt it-taħriġ għal u l-ġirja inawgurali Brighton Marathon.  Dr Mitchell ħadem fil-qrib ma’ artist lokali biex jipproduċi film qasir, ktieb, u wirja bbażata fuq ir-riċerka.  Hu se juri l-film u jippreżenta siltiet mill-ktieb, li jiffoka fuq il-vjaġġi individwali ta’ dawk li jitħarrġu biex jiġru l-korsa ta’ 26.2 mil (42km).  Il-preżentazzjoni se tesplora b’mod antropoloġiku kwistjonijiet dwar il-moralità tal-ħolqien u t-trasformazzjoni tal-jien, flimkien ma’ ideat Foucauldjani dwar awto-dixxiplina u sistemi ta’ kontroll fuq il-ġisem.
 
Dr Mitchell huwa magħruf sew ma’ udjenzi universitarji.  Huwa l-awtur ta’ Ambivalent Europeans (2001), l-etnografija tiegħu ta’ identità kulturali u festa fil-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, l-Belt Valletta; u ma’ Paul Clough, tal-volum editjat Powers of Good and Evil (2001).  Minbarra li jikteb għal numru kbir ta’ rivisti, huwa editja ħarġa speċjali tal-Journal of Mediterranean Studies, l-Università ta’ Malta, Volum 12 (1): Modernity in the Mediterranean.

Il-laqgħa se ssir il-Ħamis 9 ta’ Diċembru, 6-7pm, u wara jkun hemm diskussjoni.  Fil-Kamra Nru 124, l-Istitut tal-Mediterran biswit il-Librerija tal-Università ħdejn iż-Żona ta’ Studju Arvid Pardo wara l-HSBC fuq il-kampus.  Dħul mill-Parkeġġ Nru 4.  Il-pubbliku huwa ġentilment mistieden.

 


 

Kunċert tal-Milied

Kunċert tal-Milied għal dawn iż-żminijiet ta' festa mill-Collegium Musicum u l-University Vocal Ensemble nhar l-Erbgħa 22 ta' Diċembru fis-7 u nofs ta' filgħaxija fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta.

 


 

Tnedija ta’ Ktieb

Book by Arsalan Alshinawi Tnedija ta’ Ktieb: The Political Economy of the Pharmaceutical Industry in Egypt  (L-Ekonomija Politika tal-Industrija Farmaċewtika fl-Eġittu)

Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali qed jospita t-tnedija ta’ ‘The Continuous relevance of the Nation-State: The Political economy of the Pharmeceutical Industry in Egypt,’ ktieb miktub minn Dr Arsalan Alshinawi. Din l-okkażjoni se ssir fl-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Belt Valletta, Triq San Pawl, il-Belt nhar it-Tlieta 7 ta’ Diċembru fis-6 ta’ filgħaxija.

Dan il-ktieb ta’ 230 paġna ppubblikat minn LAP LAMBERT Academic Publishing, jappella għal dawk kollha li huma studenti, studjużi jew persuni li jfasslu l-politika fl-oqsma tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, il-Globalizzazzjoni, l-istudji tal-Iżvilupp u l-ekonomija politika tar-reġjun Iżlamiku-Għarbi,  kif ukoll għal dawk interessati fid-dimensjoni soċjo-ekonomika tas-suq farmaċewtiku globali.

Qabel ma ngħaqad mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-2009, Dr Alshinawi serva fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ Malta għal 13-il sena li jinkludu ħidma fl-Ambaxxati ta’ Malta fit-Tuniżija u fil-Libja bejn l-2001 u l-2004.  Huwa temm l-istudji tiegħu għall-Ph.D l-Olanda taħt is-superviżjoni tad-Dekan tal-Istitut tal-Istudji Soċjali fl-Aja.

Għat-tnedija tal-ktieb, il-panel se jkun magħmul mill-Eċċellenza Tiegħu Abdelmawgoud El Habashy, Ambaxxatur għall-Eġittu f’Malta, il-Professur Dominic Fenech, Dr Isabelle Calleja u Dr Mario Vella.

Il-pubbliku ġenerali huwa ġentilment mistieden.  Wara jkun hemm riċeviment.  Għal iżjed informazzjoni dwar it-tnedija tal-ktieb intom mitluba tikkuntattjaw lil Maria Agius jew lill-awtur.

 


 

Simpożju tal-Bioloġija

Biology Symposium 2010Simpożju Annwali tal-Bijoloġija

Is-Simpożju tal-Bijoloġija li jsir kull sena se jsir fl-20 ta’ Novembru 2010 fis-Sala John Borg (Science Lecture Theatre) l-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Imsida.  Is-simpożju se jsir bejn it-8.30 ta’ filgħodu u  s-1.30 ta’ wara nofsinhar.

L-aħħar riżultati tal-proġetti ta’ riċerka tal-istudenti fix-xjenzi bijoloġiċi se jiġu diskussi waqt is-simpożju li qed jiġi organizzat mid-Dipartiment tal-Bijoloġija tal-Università ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ambjent (MEPA).

Is-Simpożju dwar il-Bijoloġija 2010 it-Temi diskussi se jittrattaw:
It-tniġġis tal-baħar u l-bdil fis-sess
Il-ġlieda kontra l-kanċer permezz tal-bajtra tax-xewk
il-mikro-dinja tal-għadajjar żgħar bejn il-blat fix-xtut
dejta ġdida dwar siti lokali ta’ importanza ekoloġika bħal Wied Għollieqa u Tarġiet Għomor
ir-rassenjazzjoni għall-alka tal-baħar barranija  
mikrobi fungali minn weraq imwaqqgħin
il-konservazzjoni tan-naħla tal-għasel endemika Maltija.

Għal iktar informazzjoni u biex tirreġistraw ikkuntattjaw: Id-Dipartiment tal-Bijoloġija fuq in-numru +356 21 342488 jew ibagħtu email lil Victor Axiak jew Tiziana Bartolo.

Ir-Reġistrazzjoni tista’ ssir ukoll fuq il-post fil-ġurnata tas-Simpożju fit-8.15 ta' filgħodu.  Hemm ħlas ta’ 5 ewro għar-reġistrazzjoni u tkopri l-kafè u ktejjeb illustrat bis-sommarji.

 


 

Proġetti: Il-Forti Ricasoli

Proġetti ta’ Teżijiet dwar il-Forti Ricasoli

Qed issir wirja ta’ proġetti ta’ teżijiet mill-Istudenti tal-Arkitettura tal-Università ta’ Malta 2010 li waslu biex jiggradwaw. Din il-wirja qed issir fil-Mużew Marittimu ta’ Malta, il-Birgu bejn is-6 u l-14 ta’ Novembru u hija miftuħa bejn id-9 ta’ filgħodu u l-5 ta’ filgħaxija.  Il-wirja qed tiġi organizzata mill-Istudenti tal-Arkitettura 2010 li waslu biex jiggradwaw, flimkien mad-Dipartiment tal-Arkitettura u d-Disinn Urban tal-Università ta’ Malta u mal-Heritage Malta.

Dawn il-proġetti jindirizzaw is-sit tal-Forti Ricasoli fil-Kalkara.  L-istudenti ġew mitluba jiżviluppaw ‘Strateġija Komprensiva ta’ Konservazzjoni għall-Forti Ricasoli’ (‘Comprehensive Fort Ricasoli Conservation Strategy’), waqt li jikkunsidraw li l-Forti tagħmel parti minn monument ikbar li huwa s-sistema ta’ fortifikazzjonijiet maħsuba biex tiddefendi l-Port il-Kbir.

L-istudenti ħadmu fi gruppi ta’ bejn erbgħa u ħames individwi sabiex jippreżentaw sommarju u jiddisinjaw pjanta definittiva bi proposti għar-riġenerazzjoni tal-Forti.  Kull student wara żviluppa iktar fid-dettall parti mill-pjanta proposta b’mod individwali.  Id-disinni esibiti hawnhekk ivarjaw fil-programm, fl-iskala u fil-lingwa arkitettorali, iżda dak li hu komuni għal kollha kemm huma huwa li l-metodi kollha ppruvaw joħolqu disinni li b’mod kreattiv u b’konsiderazzjoni jinteraġġixxu mal-binja storika eżistenti.
Minbarra li sservi bħala pjattaforma għax-xogħol tal-istudenti, din il-wirja għandha l-għan ukoll li tqajjem għarfien dwar l-istat mitluq li l-Forti Ricasoli jinsab fih, bit-tama li jittieħdu passi lejn ir-riġenerazzjoni vera tal-Forti.

L-eżaminatur barrani involut fil-valutazzjoni tal-proġetti ta’ teżijiet esibiti kien il-Prof. Arch. Giuseppe Strappa mill-Università ‘La Sapienza’ ta’ Ruma u t-tim involut ta’ supervisors mid-dipartiment kien magħmul mill-Prof. Denis De Lucca, Dr Paul Gauci, Dr J.M. Spiteri u l-perit Hermann Bonnici.


exhibition_poster

 

 


 

Id-Dritt Ambjentali f'Malta

Tnedija tal-ktieb Environmental Law in Malta mill-awturi Dr Simone Borg u Dr Louise Spiteri li jgħallmu d-dritt ambjentali fl-Università ta' Malta.

Il-ktieb jiġbor u jispjega l-liġijiet ambjentali f'Malta partikolarment dawk li għandhom x'jaqsmu mat-tniġġiż, il-ħarsien tal-bijodiversità, it-tibdil fil-klima, l-imaniġġjar tal-iskart u dritt tal-individwu li jkollu aċċess għall-informazzjoni u li jipparteċipa fit-teħid ta' deċiżjonijiet ambjentali kif ukoll li jikkontestahom.

Il-ktieb huwa l-ewwel wieħed ta’ din ix-xorta u għalhekk għandu jkun ta' interess għal kull min jaħdem f'dan il-qasam. Il-ktieb jiddiskuti wkoll ir-rwol tal-istituzzjonijiet ambjentali f'pajjiżna u t-tibdil legali li mistennija ġġib magħha l-liġi l-ġdida dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.

L-awturi jittrattaw ukoll l-iżvilupp tal-liġi ambjentali f'Malta matul is-snin.

 


 

Tnedija ta' Ktieb (2 Nov.)

Tnedija tal-Ktieb It-Traduzzjoni tal-Liġi Ewropea

Id-Dipartiment tal-Istudju fit-Traduzzjoni u fl-Interpretazzjoni qed jorganizza t-tnedija tal-ktieb 'It-Traduzzjoni tal-Liġi Ewropea', ta' Dr Peter John Agius. Dr Agius huwa amministratur fis-Segretarjat Ġeneral tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Din l-attività ser issir nhar it-Tlieta 2 ta' Novembru f' Dar l-Ewropa, 254 Triq San Pawl, il-Belt Valletta fil-ħamsa u nofs ta' filgħaxija. L-On. Dr Tonio Borg, il-Professur Joe Eynaud, Kap tad-Dipartiment tal-Istudju fit-Traduzzjoni u fl-Interpretazzjoni u Dr Peter John Agius jippreżentaw il-ktieb matul din l-attività.

It-Traduzzjoni tal-Liġi Ewropea

 


 

Lekċer dwar S. Wistin

Paul van Geest Il-kelliem ewlieni għall-edizzjoni erbatax tal-Augustine Lecture ta’ Novembru 2010, sejjer ikun il-Professur Dr Paul van Geest, Olandiż. Van Geest twieled fl-1964. Huwa professur tal-Patristika u tal-istudji fuq Stu Wistin. Huwa jgħallem fil-Fakultà tat-Teoloġija ta’ l-Università ta’ Tilburg fl-Olanda, u f’dik ta’ Amsterdam. Huwa d-direttur lajk taċ-Ċentru għar-riċerka Patristika tal-patrijiet Agostinjani Olandiżi. Il-Professur van Geest ippublika 13 il-biċċa xogħol ta’ kitba. F’April tas-sena 2002 huwa ta l-lecture bħala Professur fl-università Utrecht, fl-Olanda dwar: 'Augustine and his quest for sincerity', u fl-2005 ta l-lecture li wasslu għall-ħatra tiegħu bħala Professur fl-università ta’ Amsterdam dwar: 'Augustine as a negative theologian'.

L-Annual St Augustine Lecture ġie mwaqqaf fl-università ta’ Malta fl-1996 minn P. Salvinu Caruana OSA STHD, Senior Lecturer fil-Patristika fil-Fakultà tat-Teoloġija ta’ l-università ta’ Malta, u direttur ta’ l-Istitut Agostinjan f’tal-Pjetà. Il-Professur van Geest sejjer jagħti l-ewwel taħdida nhar il-Ħamis, 11 ta’ Novembru 2010 fis-6.00 tal-filgħaxija ġewwa s-sala tal-Istitut Agostinjan f’tal-Pjetà dwar is-suġġett: 'Ante omnia igitur opus est Dei timore converti. Augustine’s evaluation of fear and its reception'.

Nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Novembru 2010 fil-11.00 ta' filgħodu, il-Prof. Van Geest jitħadded dwar is-suġġett: 'Sensory persceptions as a mandatory requirement for the via negativa towards God? Familiarity and powerlessness. Augustine’s Confessiones reconsidered'. It-taħdida tkun ġewwa l-Università ta’ Malta. Il-post għad irid jitħabbar.

Il-lekċer ewlieni tal-Professur van Geest sejjer ikun nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Novembru fis-7.00 ta' filgħaxija ġewwa ċ-Ċentru għall-Konferenzi M.A. Vassalli GateWay Hall E fl-Università ta’ Malta. The Incomprehensibility of God as Cause of Concern. Augustine as a Negative Theologian and the Merging of Orthodoxy, sejjer ikun is-suġġett tat-taħdida tal-Prof. Van Geest. Il-Professur Dr Joe Friggieri Ph.D. (Milan) Ph.D. (Oxon.), Kap tad-Dipartiment tal-Filosofija tal-Fakultà tal-Università ta’ Malta sejjer imexxi l-lecture u d-diskussjoni ta’ wara. Ikun hemm riċeviment wara fil-foyer.

Il-lecture huwa mniedi mill-Provinċja Agostinjana ta’ Malta, il-Fakultà tat-Teoloġija ta’ l-Università ta’ Malta, u l-Fondazzjoni tal-Arċidjoċesi għall-Istudji tat-Teoloġija.
Għal iktar tagħrif ikkuntattja Rev. Dr Salvino Caruana. Tel: +356 21 249407, +356 21 223427, +356 9940 2102.

 


 

Il-Ġermaniż Jagħtik Merħba!

Il-Ġermaniż Jagħtik Merħba!
Fiera Edukattiva f'Malta dwar il-Ġermanja (il-Ġermaniż) u l-Awstrija (l-Awstrijak)


Inizjattiva tad-Dipartiment tal-Ġermaniż fi ħdan l-Università ta' Malta, b'kollaborazzjoni mas-Servizz Ġermaniż għal Skambji Akkademiċi (DAAD), il-German-Maltese Circle, l-Ambaxxata Ġermaniża, l-Ambaxxata Awstrijaka, u d-Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni.

Post: L-Iskola Sekondarja ta' Marija Assunta, Triq Farsons, il-Ħamrun

nhar il-Ġimgħa 22 ta' Ottubru
bejn id-9 ta' filgħodu u s-2 ta' wara nofsinhar
għall-istudenti u l-għalliema

nhar is-Sibt 23 ta' Ottubru
bejn l-10 ta' filgħodu u s-6 ta' wara nofsinhar
għall-ġenituri, l-istudenti universitarji u għal kull min hu interessat

Il-fiera għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar il-preżenza tal-kultura u l-ekonomija Ġermaniża u Awstrijaka f'Malta.

Għal aktar tagħrif ikklikkja hawn għall-fuljett. PDF

 


 

Festival tax-Xjenza u tat-Teknoloġija

S&T Festival 2010

S&T Festival 2010

 


 

Il-Konferenza mLearn

Id-disa' konferenza dinijija dwar Mobile and Contextual Learning (mLearn 2010) ser tiġi organizzata f'Malta, bejn id-19 u t-22 ta' Ottubru 2010 fil-Lukanda Grand Hotel Excelsior.

Il-participazzjoni hija miftuħa għal udjenza internazzjonali, imma hemm rati speċjali għall-membri tal-istaff akkademiku u l-istudenti tal-Università ta' Malta li huma interessati f'dan il-qasam.

It-tema prinċipali se tkun ibbażata fuq il-futur tat-tagħlim permezz tal-mobile u dak kontestwali.

Għall-programm tal-konferenza u għal aktar tagħrif ikklikkja hawn.

Il-membri tal-istaff akkademiku u l-istudenti tal-Università ta' Malta jistgħu jirreġistraw hawn. [Ir-rati speċjali japplikaw għall-membri tal-istaff akkademiku u l-istudenti tal-Università ta' Malta]

Ikklikkja here għal aktar tagħrif.

Email

 


 

Ftuħ tas-Sena Akkademika 2010-2011

L-1 ta' Ottubru 2010

fit-8 neqsin kwart - Jinfetħu l-bibien tas-Sala Sir Temi Zammit

mit-tmienja sad-9 neqsin kwart - Il-Kor Degree Plus ta' fis-Sala Sir Temi Zammit

fit-8 u nofs - Il-Membri tal-Korp Akkademiku jintlibbsu fil-Foyer tas-Sala Sir Temi Zammit

fid-9 neqsin kwart - Purċissjoni tal-Membri tal-Korp Akkademiku fis-Sala

fid-9 - Diskors mir-Rettur, il-Professur Juanito Camilleri

fid-9 u kwart - Diskors mill-President tal-Kunsill tal-Istudenti Universitarji (KSU)

fid-9 u nofs - Il-Quddiesa


It-Tnejn 4 ta' Ottubru
Ftuħ ta' Freshers' Week


*********

Żjarat tal-VIPs fil-Kampus tal-Imsida

It-Tlieta 5 ta' Ottubru
fl-10 L-On. Clyde Puli
fil-11 E.T. Il-President ta' Malta, E.T. Dr George Abela

L-Erbgħa 6 ta' Ottubru
fl-10 L-On. Dr Joseph Muscat; L-On. Evarist Bartolo; L-On. Dr Owen Bonnici

Il-Ħamis 7 ta' Ottubru
fl-10 Il-Prim Ministru, L-On. Dr Lawrence Gonzi

Il-Ġimgħa 8 ta' Ottubru
fl-10 E.T. L-Arċisqof, Pawlu Cremona
fil-11 Dr Simon Busuttil, MEP

Ikklikkja hawn għall-iskeda tal-laqgħat.

Ikklikkja hawn għall-informazzjoni dwar l-attvitajiet organizzati mill-KSU li ser isiru matul Freshers' Week.

 


 

Il-Vapur tal-Art

Il-Vapur tal-Art, dokumentarju u wirja ta' mudelli ser isiru nhar is-Sibt 25 ta' Settembru mis-sebgħa ta' filgħaxija 'l quddiem bħala parti mill-attivitajiet tan-Notte Bianca ta' din is-sena.

Malta Railway

Malta Railway

 


 

Seminar dwar l-Inġinerija

Il-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta' Malta se torganizza seminar ta' ġurnata. Din l-attività ser issir nhar l-Erbgħa 29 ta' Settembru fil-KSU Common Room, il-Kampus tal-Imsida.

Ikklikkja hawn għall-Programm

Il-Miżata għar-Reġistrazzjoni
Il-Kelliema   B'xejn
L-Istaff Akkademiku   B'xejn
Il-Parteċipanti (b'ikel inkluż)  5 ewro
Il-Parteċipanti (mingħajr ikel)   B'xejn

Min jixtieq jattendi (bil-ħlas jew mingħajr ħlas) għandu jirreġistra sa nhar l-Ergħba 22 ta' Settembru billi jibgħat email lil Dr Joseph P. Buhagiar.

 


 

Serata Mużikali

Din is-sena, il-Kampus ta’ Għawdex se jorganizza l-attività tas-sajf nhar it-3 ta' Settembru. F'din is-serata ser ikun hemm l-'Versatile Brass'. The programm jinkludi għadd ta' xogħlijiet mużikali mir-repertorju vast ta' dan il-ġrupp.

Id-dħul huwa b'xejn. Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Università ta’ Malta, il-Kampus ta’ Għawdex, Triq l-Mġarr Road, Xewkija, in-numru tat-telefon 21 564559, fax 21 564550 jew permezz tal-email. Min jixtieq jattendi għandu jibbukkja sat-28 t'Awwissu 2010.

 


 

L-Ekonomija Maltija

L-Ekonomija Maltija -
L-Istruttura, il-Prestazzjoni u l-Prospetti Futuri
Wara l-Kriżi Finanzjarja Globali

Qed jiġi organizzat seminar dwar L-Ekonomija Maltija u l-effetti tal-kriżi finanzjarja reċenti mill-Malta University Holding Company Ltd. b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta, il-Kampus ta’ Għawdex. Is-seminar se jitmexxa mill-Professur Lino Briguglio u Dr Gordon Cordina, żewġ ekonomisti magħrufa sew. Is-seminar se jsir Għawdex nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru filgħaxija u nhar is-Sibt 6 ta’ Novembru 2010 filgħodu fuq il-Kampus ta’ Għawdex tal-Università ta’ Malta. Il-programm, li hu mifrux fuq jumejn se jkun jikkonsisti f’lekċers fuq aspetti differenti tat-tema prinċipali, u kull lekċer se jkun segwit b’diskussjoni.  Il-lekċers se jkunu bl-Ingliż.

Ikklikkja hawn għad-dettalji dwar is-seminar u għall-formula tar-registrazzjoni. PDF

Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Malta University Holding Co Ltd, Triq San Pawl il-Belt Valletta, fuq in-numru tat-telefon: 21 240746.
Email

 


 

Tluq

Fi żmien meta l-letteratura Maltija għaddejja minn qawmien ġdid, awturi minn ġenerazzjonijiet differenti jiltaqgħu biex jirrakkontaw esperjenzi ta’ tluq, relazzjonijiet ta’ mħabba ġodda u relazzjonijiet li spiċċaw, bidu ta’ ħajja ġdida u t-tlu...q minn din id-dinja, il-ħarba minn mu...menti mwiegħra ...

tluq

 


 

It-Tagħlim Tul il-Ħajja

Id-Dipartiment tal-Istudji dwar l-Edukazzjoni, fi ħdan il-Fakultà tal-Edukazzjoni qed jorganizza t-Tieni Istitut tas-Sajf Internazzjonali dwar it-Tagħlim Tul il-Ħajja (Second International Lifelong Learning –LLL – Summer Institute).

L-Istitut tas-Sajf se jsir Mount St Joseph, Tarġa Gap, Malta, bejn id-9 u l-10 ta’ Settembru 2010. Il-kelliem prinċipali u espert fuq is-suġġett għal dan l-avveniment huwa l-Professur Hans. G. Schuetze, Professur Emeritus fil-University of British Columbia, il-Kanada.

L-Istitut tas-Sajf se jittratta dawn it-temi:
It-Tagħlim Tul il-Ħajja – mudelli u sinifikat
Organizzazzjonijiet internazzjonali u l-LLL
Univesitajiet (HE) u l-LLL
Mill-pjan għar-realtà: Il-politika tal-LLL.
                                          
Huwa ta’ interess partikulari għal persuni li jaħdmu f’kull aspett ta’ edukazzjoni, taħriġ, xogħol soċjali u l-qasam tas-saħħa u attiviżmu soċjali.

Ħlas ta’ Reġistrazzjoni: 75 euro għal min mhux residenti (jinkludi kafè u ikel tul il-jumejn)
Ħlas ta’ Reġistrazzjoni: Residenti: 75 euro + alloġġ f’Mount St Joseph
Data tal-Għeluq għar-Reġistrazzjoni: 31 t’Awwissu, 2010

Għar-reġistrazzjoni u dettalji oħra tistgħu tikkuntattjaw lil: Prof. Carmel Borg jew Prof. Peter Mayo, il-Koordinaturi tal-Istitut.

Hans G. Schuetze, LL.M. (UC Berkeley), Ph.D. (U of Göttingen)
Kariga preżenti: Professur Emeritus u Senior Research Fellow (kif ukoll eks direttur), Ċentru għall-Istudji tal-Politika fl-Edukazzjoni Ogħla u t-Taħriġ, University of British Columbia f’Vancouver (il-Kanada). Avukat prattikanti speċjalizzat fil-kwistjonijiet tal-liġi pubblika, b’mod speċjali fuq kwistjonijiet ta’ edukazzjoni u drittijiet umani. Senior Research Fellow Onorarju fil-University of Glasgow, l-Iskozja (mill-1994). Edukazzjoni: Studji fil-liġi, l-ekonomija, l-istorja, u l-edukazzjoni f’Bonn u Göttingen (il-Ġermanja), Grenoble (Franza) u Berkeley (University of California). Xogħol:  Riċerkatur, għalliem tal-università, avukat, analista tal-politika fil-Ġermanja, Franza, l-Istati Uniti, u l-Kanada. Professorati mistiedna fi Franza, il-Ġermanja, il-Ġappun, u l-Messiku.

Oqsma ta’ Interess u Kompetenza Esperta

  • Edukazzjoni Ogħla Komparattiva
  • Politika Edukattiva
  • It-Tagħlim Tul il-Ħajja
  • Kwistjonijiet Legali u Ekonomiċi fl-Edukazzjoni

 


 

Professuri tal-Ingliż se Jiltaqgħu Malta

Professor Peter VassalloMadwar 180 professur Universitarju tal-Ingliż distint minn Universitajiet prestiġjużi minn 32 pajjiż mid-dinja kollha se jiltaqgħu Malta fit-tielet ġimgħa ta’ Lulju għall-Konferenza Triennali tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ Professuri tal-Ingliż (International Association of Professors of English – IAUPE) li qed tiġi organizzata b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta. Il-Konferenza qed titlaqqa’ minn Peter Vassallo, Professur tal-Ingliż fl-Università u l-President attwali tal-Assoċjazzjoni. Il-Konferenza, li se ssir fuq ħamest ijiem (19-23 ta’ Lulju) fil-Bini tal-Università l-Qadima l-Belt Valletta, se tkun indirizzata minn studjużi distinti f’dan il-qasam ta’ studju. Il-kelliema plenarji huma l-Professoressa Dame Gillian Beer (Cambridge) u l-Professur John Carey (Oxford).

Il-programm tal-Konferenza li jinkludi tmintax-il sezzjoni differenti huwa mimli u divers u jvarja minn letteratura Anglosassona sa Kittieba Kontemporanji. Se jsiru diskorsi dwar il-letteratura tal-Medju Evu; Shakespeare u r-Rinaxximent; Letteratura tas-Sekli Sbatax u Tmintax; Ir-Romantiċi; Il-Vittorjani; Il-Moderni; Il-Letteratura Amerikana Moderna u Kontemporanja; Kittieba Britanniċi Kontemporanji; u Kittieba u l-Mediterran. Se jkun hemm ukoll erba’ sezzjonijiet dwar l-Istudji fil-Lingwa Ingliża u l-Lingwistika (li jinkludu s-Semantika u l-Lingwistika tat-Taħdit).

L-Universitajiet irrappreżentati huma: Oxford; Cambridge; Nottingham; Leeds; Glasgow; Edinburgh; Warwick, Harvard; Yale; Princeton; Cornell; Pittsburgh; Illinois; Innsbruck; Heidelberg; Munich; Cologne; Vienna; Uppsala; Toronto; British Columbia; Melbourne; Sydney; Moscow; St. Petersburg; Helsinki; Lund; Gothenburg; Lausanne; Zurich; Geneva; Madrid; Zaragoza; Jerusalem: Tel-Aviv; Florence; Milan; Bologna; Venice; Montpellier; Paris; Lyon; Beijing u Tokyo.

 


 

Interpretu tal-Konferenzi jew Traduttur

Trid issir Interpretu tal-Konferenzi jew Traduttur mal-Istituzzjonijiet tal-UE?

Id-Dipartiment tal-Istudju fit-Traduzzjoni u fl-Interpretazzjoni tal-Fakultà tal-Arti qed jorganizza ġurnata dwar il-karrieri nhar il-24 ta’ Ġunju fiċ-Ċentru għall-Konferenzi Mikiel Anton Vassalli (Gateway Building) Kamra 104 fl-10 ta’ filgħodu.

Lekċerers mid-Dipartiment u interpreti professjonali se jindirizzaw lill-istudenti biex iqajmu kuxjenza fost studenti tal-aħħar sena dwar l-opportunitajiet ġodda u eċċitanti għal impjieg f’dawn is-setturi relattivament ġodda għal Malta.

F’Ottubru 2010 id-Dipartiment se joffri kors mgħallem ta’ sena għal Diploma ta’ wara l-ewwel grad u Korsijiet f’livell Masters fit-Traduzzjoni jew l-Interpretar tal-Konferenzi.
L-applikanti jeħtieġ li jkollhom diġà Grad Universitarju u jafu tajjeb ħafna l-Malti u l-Ingliż u/jew jifhmu perfettament waħda mill-lingwi tal-UE li ġejjin (il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan jew l-Ispanjol).

 


 

Evenings on Campus

It-Tema: 'Tikber u tiskopri lilek innifsek' ('Coming of age and self-discovery')

Evenings on Campus jirritorna l-Imsida wara sentejn fuq il-Kampus tal-Belt Valletta u se jipprovdi festival kontinwu ta’ avvenimenti mill-25 ta’ Lulju sal-10 t’Awwissu.

Dan il-festival kulturali mill-aktar importanti se jkun divertenti, iqanqal il-ħsieb u innovattiv b’xi ħaġa li togħġob lil kulħadd. Evenings on Campus dejjem igawdi mit-talenti u l-interess tal-istaff u tal-studenti kif ukoll ta’ dawk l-artisti internazzjonali li jagħtuh atmosfera kemxejn differenti mill-avvenimenti kulturali l-oħra kollha f’din il-gżira.

L-attivitajiet ta’ din is-sena jibdew bil-preżentazzjoni ta’ installazzjoni fotografika pprojettata minn Patrick J. Fenech. Magħruf sew għal fotografija artistika l-aktar avvanzata, dan l-aħħar Fenech esibixxa fi New York u f’Istanbul. L-installazzjoni tiegħu fuq il-kampus tistabbilixxi t-tema tal-proċess li bih wieħed jiskopri lilu nnifsu u meta jibda jimmatura li se tidħol fid-diversi avvenimenti. Il-grupp Inizjamed se jlaqqa’ kittieba ta’ ġenerazzjonijiet differenti biex jirrakkuntaw l-esperjenzi tagħhom waqt serata ta’ arti, poeżija, mużika u letteratura. Il-Malta Classics Association li għadha kemm twaqqfet se tippreżenta 'Id-Dawl u d-Diwi' li fiha phos (dawl), phoné (mużika) u rakkont kemm bil-Grieg kif ukoll bil-Latin f’atmosfera kontemporanja u ferrieħa.  Għal dawk li l-Grieg u l-Latin tagħhom mhux daqshekk tajjeb, se jiġu nklużi traduzzjonijiet fil-qosor!

Eżempju ta’ kollaborazzjoni bejn studenti u staff huwa ppreżentat minn Dr Anthony Aquilina permezz tal-wiri ta’ film Franċiż popolari, Les Choristes, b’sottotitoli bil-Malti li saru mill-oriġinal minn studenta Universitarja, is-Sa Mary Jo Caruana. Biex isiru s-sottotitoli hemm bżonn kapaċitajiet speċifiċi li se jiġu spjegati f’introduzzjoni qasira minn Dr Aquilina.  Dan il-film ikompli mat-tema ta’ 'Coming of Age'  bħal ma jagħmel ukoll 'The Road Home', film Ċiniż ippreżentat b’kollaborazzjoni mal-Istitut Konfuċju kif ukoll it-tielet film bl-isem 'Stealing Beauty' (15).
 
Il-WhatsTheirNames Theatre, immexxi mill-istudent Universitarju, Philip Leone Ganado, kellu sena ta’ suċċess kbir bi preżentazzjonijiet fuq il-kampus u fl-MITP. Din id-darba il-WTN se jippreżentaw żewġ kummiedji b’att wieħed ta’ Woody Allen, bl-isem 'God' u 'Death'. 'God' hija ambjentata fil-Greċja antika u għalhekk it-Teatru Grieg fit-tond fuq il-kampus huwa post adattat għal din l-okkażjoni.

Artist regolari f’Evening on Campus huwa Walter Micallef, wieħed mill-iktar kantanti-kittieba ta’ kanzunetti li għamlu suċċess. F’din l-okkażjoni se jkollu miegħu lil Renzo Spiteri, perkussjonist ta’ suċċess u tliet membri tal-Cosmos Wind Ensemble biex joħolqu serata ta’ mużika ta’ Micallef imħallta ma’ programm klassiku ħafif.

Il-Compagnia Balagan tippreżenta The Recognition of Sakuntala li hija ħrafa għal kull età miktuba f’verżjoni teatrali bit-Taljan minn Valeria Bianchi bl-użu ta’ shadow theatre u pupazzi. Il-produzzjoni hija bbażata fuq produzzjoni Indjana mill-magħruf kittieb tas-Sanskrit Klassiku, Kalidasa. Se tingħata traduzzjoni qasira bl-Ingliż.

L-element ta’ żfin fil-festival ta’ din is-sena se jkun ipprovdut minn Redtape Dance Company bi produzzjoni bl-isem ta’ 'Mixed Bill: Unexpected Encounters' b’siltiet minn żfin tal-ballett moderni differenti, repertorju minn koreografi famużi taż-żfin bħal Jiri Kylian, taħt id-direzzjoni ta’ Christina Camilleri u Maria Cassar. Il-wirja se ssir fis-Sala Sir Temi Zammit li għandha l-arja kkondizzjonata.

Simon Mawer, l-awtur ta’ tmien rumanzi u żewġ kotba non-fiction, se jkun magħna għall-qari minn ktieb u diskussjoni dwar il-kotba tiegħu stess u letteratura kontemporanja.  L-aħħar rumanz tiegħu, 'The Glass Room', li kien ippubblikat f’Jannar tal-2009, kien fil-lista għall-premju Man Booker.

L-artisti Biancamaria Stanzani u Massimo de Majo jikkonkludu l-edizzjoni ta’ Evening On Campus ta’ din is-sena billi jippreżentaw 'reading mediterraneo', kunċert ta’ poeżiji Maltin, installazzjoni viżiva u mużika jazz live. Xogħlijiet ta’ John Cremona, Joe Friggieri, Maria Grech Ganado u Immanuel Mifsud se jkunu ppreżentati bl-Ingliż u bit-Taljan minn Biancamaria Stanzani Ghedini flimkien ma’ reġistrazzjonijiet ta’ Father Peter Serracino Inglott u installazzjoni viżiva minn Vince Briffa. Mużika minn Massimo de Majo, Dominic Galea u Flavio Piantoni.

Il-festival ta’ din is-sena se jibbenefika mill-għajnuna tal-KPMG, il-Corinthia Group, il-British Council, l-HSBC, l-AudioSystems u l-Istituto Italiano di Cultura. Min jattendi jista’ jagħmel użu mill-parkeġġ kbir li hemm fuq il-kampus tal-Imsida. Il-preżentazzjonijiet kollha jibdew fit-8.30 ta’ filgħaxija. Il-biljetti li jiswew €8 (films €5) jistgħu jinkisbu mill-bieb kif ukoll mill-Uffiċċju għall-Komunikazzjonijiet u r-Relazzjonijiet mal-Alumni fuq il-kampus, Kamra Numru 133, Administration Bldg jew permezz tal-email.

Ikklikkja hawn għall-Programm Evenings on Campus 2010.

Ikklikkja hawn għall-Evenings on Campus fuq Facebook.



Dwar Evening On Campus
L-Evenings on Campus huwa organizzat mill-Koperattiva Kulturali Universitarja b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju għall-Komunikazzjonijiet u r-Relazzjonijiet mal-Alumni. Il-KKU hija koperattiva indipendenti li għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni, primarjament imma mhux esklussivament, minn staff u studenti universitarji f’avvenimenti kulturali.  L-ewwel prijorità tagħha hi li tippjana attivitajiet kulturali fl-Università matul is-sena akkademika u fix-xhur tas-sajf.

Evenings on Campus kien wieħed mill-festivals tal-bidu nett f’Malta li beda jagħti spazju lill-forom differenti ta’ kultura kontemporanja permezz tar-rappreżentazzjonijiet tal-arti viżiva u performattiva.

Ġazz, films, żfin kontemporanju, wirjiet fotografiċi u ta’ karikaturi, kunċerti ta’ rock bands live u kantanti-kittieba ta’ kanzunetti kif wkoll it-teatru esperimentali u serati letterarji ingħataw il-ħajja minn studenti u staff universitarji jew artisti minn barra l-Università ta’ Malta matul is-snin.

Mill-bidu nett, l-għan kien li tingħata pubbliċità lill-artisti li għadhom jibdew, b’mod partikulari lil studenti, li ma kellhomx ‘palk’ fejn juru t-talenti artistiċi tagħhom.
Il-grupp Etnika u Inizjamed it-tnejn għamlu d-debutt tagħhom f’Evenings on Campus, waqt li Ira Losco, bħala studenta Universitarja, tat uħud mill-ewwel wirjiet tagħha f’Evenings on Campus, il-kantant-kittieb tal-kanzunetti Walter Micallef ukoll sab spazju f’Evenings on Campus u għadu jieħu sehem b’mod regolari f’dan il-festival.

Evenings on Campus għandu l-għan li jattira gruppi differenti lejn il-kampus billi jipprovdi għażla varjata ta’ avvenimenti: films, teatru, kunċerti, serati letterarji.  Dan jipprovdi għal udjenza lokali kif ukoll għal dawk li jżuru Malta fis-sajf.

 


 

Seminar

L-Istitut Edward de Bono għat-Tifsil u l-Iżvilupp tal-Ħsieb ser jorganizza seminar ta' riċerka fil-Kreattività, l-Innovazzjoni, l-Intraprenditorija u l-Previżjoni nhar it-Tlieta 15 ta' Ġunju. Is-seminar bejn il-ħamsa u nofs u s-sebgħa u nofs ta' filgħaxija f'sala 114 fiċ-Ċentru għall-Konferenzi M.A. Vassalli, il-Kampus tal-Imsida.

Ikklikkja hawn għall-programm.

 


 

Seminar

Iċ-Ċentru Ewropew għar-Reżiljenza fl-Edukazzjoni u s-Saħħa Soċjo-emozzjonali u l-Kulleġġ San Nikola fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni, qed jorganizzaw seminar fuq Nurture Groups fl-iskejjel primarji.

Is-seminar ser isir nhar it-8 ta’ Ġunju fid-disgħa ta' filgħodu fl-Iskola Primajra ta’ Ħat-Attard, Kulleġġ San Nikola.

F’dan is-seminar ser jigi ppreżentat il-ktieb Nurture Group in Primary Schools: The Maltese Experience miktub minn Dr Carmel Cefai u l-Professor Paul Cooper, u ppublikat minn VDM Publications. Dan il-ktieb għandu jkun għodda għall-iskejjel li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar Nurture Groups, l-użu u l-benefiċċji tagħhom, u kif jistgħu jitwaqqfu fl-iskejjel. Ser jintwera u jitqassam ukoll DVD ġdid 'Nurture Groups fil-Primarja' li jiddeskrivi l-ħajja ta’ kuljum u l-attivitajiet li jsiru f’Nurture Group fi skola primarja hawn Malta. Id-DVD huwa produzzjoni taċ-Ċentru Ewropew għar-Reżiljenza fl-Edukazzjoni u s-Saħħa Soċjo-emozzjonali.

Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat email lill-Kulleġġ San Nikola.

Nurture Groups       Nurture Groups

 


 

Il-Ġimgħa tal-SME Tiġi fuq il-Kampus

SME Week 2010

Ix-xarabank b'informazzjoni dwar SME ser ikun ipparkjat fil-Kampus tal-Imsida nhar l-Erbgħa 26 Mejju 2010 mid-disgħa ta' filgħodu.

L-Istudenti Jiltqagħu mal-Intraprendituri

L-Istitut għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Istitut Edward De Bono għat-Tifsil u l-Iżvilupp tal-Ħsieb ser jorganizzaw attività fejn l-istudenti u l-intraprendituri ser jiddiskutu l-isfidi u l-opportunitajiet li għandhom x'jaqsmu mat-twaqqif ta' kumpanija kummerċjali.

Din l-attività ser tkun fil-Foyer tas-Sala Sir Temi Zammit nhar l-Erbgħa 26 ta' Mejju bejn l-għaxra u l-ħdax u nofs ta' filgħaxija.

Fuq il-Panel
L-Ing. Mario Schembri (AIS Group)
Ivan Bartolo (6PM)
Marisa Cassar (MLS BioDNA)
Joseph Grech (Malta Enterprise)

Leonie Baldacchino, mill-Istitut Edward De Bono għat-Tifsil u l-Iżvilupp tal-Ħsieb, se tippresiedi.

L-Istudentu u l-membri tal-pubbliku huma mistednin jipparteċipaw. Id-dħu huwa b'xejn.

 


 

Wirja XY4

Proġett artistiku u innovattiv qed jiġi installat f'Għar id-Dud f'Tas Sliema u ser ikun miftuħ għall-pubbliku mill-21 ta' Mejju sa nofs Ġunju. Il-wirja qed jiġi mtella' minn erba'studenti tal-Arti, fil-Fakultà tal-Edukazzjoni, fl-Università ta' Malta: Deandra Agius, David Cassar, Kristina Ciantar u Sarah Meli. Bit-titlu 'XY4' dan ix-xogħol jitratta t-tema tal-adolexxenza u aspetti taż-żgħożija. L-installazzjoni monumentali hija kamra magħluqa bi struttura magħmula mill-injam u miksija bil-graffiti, pittura, kitba u xi oġġetti.

Id-disinn u l-produzzjoni tal-installazzjoni hija tal-istudenti għalliema taħt il-koordinazzjoni ta' Dr Raphael Vella; toħloq relazzjoni bejn tipi differenti ta' arti, mill-arkitettura sal-iskultura u l-pittura u fl-istess ħin hija interattiva. Dan il-proġett qed jiġi organizzat bl-assistenza tal-Malta Arts Fund tad-Dipartiment tal-Arti u l-Lingwa fl-Edukazzjoni, l-Università ta' Malta u l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema

 


 

Refuġjati Tfal

Il-Professur Charles Watters, Professur tal-Istudji dwar it-Tfulija (Childhood Studies) f’Rutgers University, se jagħti lekċer pubbliku bl-isem: 'Refuġjati Tfal: Sfidi Globali, Tweġibiet Lokali' ('Refugee Children: Global Challenges, Local Responses') taħt il-patroċinju tad-Dipartiment tal-Politika Soċjali u l-Ħidma Soċjali tal-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy fl-Università ta’ Malta, nhar il-Ħamis 20 ta’ Mejju bejn is-sitta u t-tmienja ta’ filgħaxija fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Mikiel Anton Vassalli (Gateway), Sala C.

Ir-riċerka tal-Professur Watters tinkludi studju komparattiv f’isem il-Kummissjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali u l-kura soċjali ta’ refuġjati f’erba’ pajjiżi Ewropej, u studji dwar arranġamenti biex jintlaqgħu dawk il-persuni mhux akkumpanjati li qed jitolbu kenn politiku fl-Ewropa.  Ix-xogħol tiegħu jinkludi wkoll studju importanti ħafna li jaqa’ taħt il-Programm Identitajiet u Azzjoni Soċjali tal-ESRC dwar l-impatt tal-proċess tal-immigrazzjoni fuq l-identità tat-tfal.  Huwa l-Editur Fundatur tal-“International Journal of Migration, Health and Social Care.”  Il-pubblikazzjonijiet tiegħu jinkludu l-ktieb  “Refugee Children: Towards the Next Horizon” (2008) publikazzjoni Routledge.

 


 

Lekċers u Dibattiti fl-Istudji Turistiċi

Id-Dipartiment tal-Istudji Turistiċi tal-Università, fil-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy se jkun qed jilqa’ żewġ lekċerers minn barra l-pajjiż f’Mejju. Il-Professur Wil Munsters, Professur tat-Turiżmu Kulturali f’Zuyd University, Maastricht se jkun qed jagħti lekċers/workshops nhar l-Erbgħa 19 u nhar il-Ħamis 20 ta’ Mejju. Is-sessjonijiet se jkunu siewja b’mod partikulari mhux biss għall-istudenti tal-Istudji Turistiċi, imma wkoll għal studenti tal- Antropoloġija, tal-Istorja tal-Arti, tal-Ġeografija, tal-Arkeoloġija, tat-Tmexxija tal-Wirt Kulturali u tal-Arkitettura.

Il-Professur Munsters se jkun wieħed miż-żewġ kelliema prinċipali waqt seminar/dibattitu nhar it-Tlieta 18 ta’ Mejju fl-Aula Magna, fl-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Belt Valletta dwar il-'Candidature of Malta and Maastricht for European Capital of Culture 2018.' Il-kelliem l-ieħor se jkun is-Sur David Felice, il-President tal-Kummissjoni Interministerjali għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Dr Nadia Theuma, Kap tad-Dipartiment tal-Istudji Turistiċi, se tippresiedi d-dibattitu.

Iktar tard ix-xahar li ġej id-Dipartiment se jilqa’ lill-Professoressa Carole Counihan, Professoressa tal-Antropoloġija f’Millersville University, Pennsylvania, l-Istati Uniti. Hi se tkun qed tagħti lekċers lill-istudenti tad-Diploma fil-Gastronomija imma se tagħti wkoll lekċer pubbliku li jismu: 'Tasting Tensions: Gastronomy and Activism in Italian Slow Food Chapters' nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Mejju fl-Aula Magna, il-Belt Valletta.  Il-Professoressa Counihan hija awtorità dwar l-antropoloġija u l-ikel, il-globalizzazzjoni u l-moviment Slow Food.

Programm


Prof. Wil Munsters

It-Tlieta, 18 ta' Mejju, bejn is-sitta u nofs u t-tmienja u nofs ta' filgħaxija
Aula Magna, Il-Kampus tal-Belt, Triq San Pawl, Il-Belt Valletta
seminar pubbliku/dibattitu
The Candidature of Malta and Maastricht for the title of European Capital of Culture 2018
(Waqt is-seminar ser ikun hemm preżentazzjoni mis-Sur David Felice, il-President tal-Kummissjoni Interministerjali għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura)

L-Erbgħa, 19 ta Mejju, bejn l-erbgħa ta' wara nofsinhar u s-sebgħa ta' filgħaxija
fis-Sala B2 fiċ-Ċentru għall-Konferenzi M.A. Vassalli (Gateway Bldg)
Cultural Tourism: concepts, aspects and prospects
wara jkun hemm workshop The strategic development of built heritage tourism 

Il-Ħamis, 20 ta' Mejju, bejn l-erbgħa ta' wara nofsinhar u s-sebgħa ta' filgħaxija
Ċentru għall-Lekċers Sala Numru 120
Lekċer u Workshop
Cultural tourism product development for destinations: from theory to practice

Prof. Carole Counihan

It-Tnejn 24 ta' Mejju, bejn il-ħamsa ta' wara nofsinhar u t-tmienja ta' filgħaxija
Lekċer lill-istudenti tad-Diploma fil-Gastronomija
The culinary implications of globalization

L-Erbgħa, 26 ta' Mejju, bejn is-sitta u t-tmienja ta' filgħaxija
Aula Magna, Il-Kampus tal-Belt, Triq San Pawl, Il-Belt Valletta
Lekċer Pubbliku
Tasting Tensions: Gastronomy and Activism in Italian Slow Food Chapters

Il-Ħamis, 27 ta' Mejju, bejn il-ħamsa ta' wara nofsinhar u t-tmienja ta' filgħaxija
Lekċer lill-istudenti tad-Diploma fil-Gastronomija
The culinary implications of globalization

 


 

L-Istudju taż-Żgħażagħ

Id-Dipartiment għall-Istudju taż-Żgħażagħ u l-Komunità tal-Fakultà tal-Edukazzjoni ser jorganizza lekċer pubbliku bit-titlu History of Youth Work and Youth Policy. Il-kelliem huwa Tony Jeffs.

Il-lekċer pubbliku ser ikun nhar il-Ħamis 13 ta' Mejju fis-sitta ta' filgħaxija fiċ-Ċentru għall-Konferenzi M.A. Vassalli (Gateway) Sala E, il-Kampus tal-Imsida.

Tony Jeffs huwa membru tat-Taqsima għall-Komunità u l-Istudji tax-Xogħol għaż-Żgħażagħ fi ħdan id-Dipartiment għall-Istudji Soċjali Applikati, f'Durham University u l-University of Bedfordshire Institute of Applied Social Research fejn jaħdem part-time.

Fost il-ħafna pubbliakazzjonijiet tiegħu hemm Young People and the Youth Service (1979); Youth Work (1988 ma' Mark Smith); Henry Morris (1999); Informal Education (1999 ma' Mark Smith); u Essays in the History of Youth Work (2001) u Architects of Change. Studies in the history of community and youth work (2004) (it-tnejn li huma ma' Ruth Gilchrist u Jean Spence) u Youth Work Practice (2010) u Informal Education (2005) ma' Mark Smith. Tony Jeffs huwa l-fundatur ta' Youth and Policy u bħalissa huwa l-editur.

For further information send an email to Tiziana Grech.

 


 

Jum il-Bizzilla f’Għawdex 2010

Il-Lace Making Programme tal-kampus ta’ Għawdex tal-Università ta’ Malta ser jorganizza 'Jum il-Bizzilla' għall-erbatax–il sena konsekuttiva. Din l-attività ser issir nhar il-Ħadd 25 ta’ April 2010 bejn id-disgħa ta' filgħodu u l-erbgħa ta' wara nofsinhar fil-kampus ta’ Għawdex, Triq l-Imġarr, Xewkija, Għawdex. Dawk kollha li jafu jaħdmu l-bizzilla huma mistiedna biex jattendu u jġibu t-trajbu magħhom, biex ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-ħdim tal-bizzilla.

L-attività ser tinkludi numru ta’ esibizzjonijiet imwaqqfa mill-Lace Making Programme fosthom kapulavuri tal-bizzilla u snajja tal-ħjata kif ukoll kompetizzjoni u lotterija. Ser ikun hemm ukoll esibizzjonijiet mill-International Organisation of Needle and Bobbin Lace (OIDFA) u mill-Malta Lace Guild. Ser ikunu esibiti wkoll xogħlijiet tal-pannu tas-suf tan-nagħag lokali, rakmu, card weaving, u xogħol tal-lewlu. Il-Koperattiva Għawdxija tal-Bizzilla u Artiġjanat ser tipprovdi għal bejgħ materjal li għandu x’jaqsam mal-ħdim tal-bizzilla. Din is-sena l-istess koperattiva ser tniedi ktieb li fih ġabra ta’ disinji miġbura f’dawn l-aħħar għaxar snin. Barra minn hekk il-Lace Making Programm ser jagħti informazzjoni fuq diversi korsijiet dwar il-bizzilla.

Preżenti ser ikun hemm is-Sur Anton Tabone, ex Ministru għal Għawdex u ex Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, li ser jagħti diskors qasir tal-okkażjoni. Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono ser tippreżenta ċertifikati lil numru ta’ studenti li spiċċaw korsijiet tal-Lace Making Programme.

 


 

L-Esperimenti ta' Fjona

Teatru Qroqq, imwaqqaf fl-2002, huwa inizjattiva ta’ Dr Isabelle Gatt fi ħdan id-Dipartiment tal-Primarja fil-Fakultà tal-Edukazzjoni, l-Università ta’ Malta. L-atturi u l-kru huma kollha studenti tat-tielet sena B.Ed. Primary Track. Teatru Qroqq huwa impenjat fl-iżvilupp ta’ forom ta’ teatru li jinvolvu udjenzi ta’ età żgħira.

Post: Il-Kavalier ta' San Ġakbu, il-Belt Valletta
Dati: 8  ta’ Mejju  2010 fil-5  ta' filgħaxija u d-9 ta’ Mejju 2010 fil-5 u fis-7 ta' filgħaxija
Lingwa: Malti
Maħsuba Għal Udjenza: bejn 4 u 9 snin jew iżgħar jekk jitkellmu bl-Ingliż

L-Esperimenti ta' Fjona

Fjona hija tifla intelliġenti u tħobb tagħmel l-esperimenti xjentifici. Permezz ta’ dawn l-esperimenti  Fjona turi lill-udjenza kemm ix-xjenza hi sabiħa u x'nistgħu nagħmlu biha. L-Esperimenti ta' Fjona hi produzzjoni oħra minn Teatru Qroqq. Kitba ta’ Clare Azzopardi, l-awtriċi ta’ Stilel u s-Sensiela Senduq.  Din hi produzzjoni b'tagħlima u mimlija sorpriżi. Fiha wkoll waqtiet fejn it-tfal jistgħu jipparteċipaw. Din il-produzzjoni hi maħsuba għal tfal ta bejn 4 u 9 snin. Madanakollu l-umoriżmu li fiha għandu jappella għal udjenza varja. L-għan ta' din l-istorja divertenti hu li nressqu lit-tfal kemm jista' jkun lejn ix-xjenza billi ngħinuhom jarawha bħala suġġett interessanti u li jappella għalihom.

Teatru Qroqq qed jipproduċi din il-produzzjoni li tiffoka fuq ix-xjenza. L-għan tà dan il-proġett hu li jippromwovi t-tagħlim tax-xjenza b’mod investigattiv. Il-produzzjoni hi ta’ Isabelle Gatt, bid-direzzjoni ta’ Marcelle Teuma u l-arranġamenti mużikali u t-taħriġ vokali hu f'idejn Sigo.

Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-Kavalier ta' San Ġakbu.

Ċempel fuq +356 21223200 or +356 21223216 jew ibgħat email.

 


 

Konferenza

Is-seba' konferenza internazzjonali Language Resources and Evaluation (LREC) for Human Language Technologies se tiġi organizzata hawn Malta bejn is-17 u t-23 ta' Mejju 2010 mill-European Language Resources Association (ELRA) bil-kooperazzjoni ta' għadd kbir ta' assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali fosthom l-Università ta' Malta.

Il-konferenza ser issir f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

Ikklikkja hawn għal aktar dettalji.

 


 

Ir-Rwol Soċjali tal-Pulizija f'Soċjetà Demokratika

L-Istitut tal-Kriminoloġija tal-Università ta' Malta se jorganizza lekċer pubbliku bit-titlu The Social Role of the Police in a Democratic Society.
 
Il-kelliem huwa l-Professur Andrea Kozáry mill-Kulleġġ Ungeriż tal-Pulizija.

Il-lekċer ser tkun nhar il-Ħamis 6 ta' Mejju 2010 mill-ħamsa sat-tmienja ta' filgħaxija f'binjet l-Ambjent Mibni (BEN) Sala C.

 


 

Caritas in Veritate

Caritas in Veritate


Programm
0900hrs
Introduzzjoni mis-Sur Brian Gialanze
President tal-Għaqda Studenti tat-Teoloġija
0910hrsL-aspetti ekonomiċi, politiċi u soċjali tal-Enċiklika
preżentazzjoni mis-Sur Mario Thomas Vassallo
membru tal-istaff akkademiku fid-Dipartiment tal-Public Policy
0945hrsIċ-ċentralità tal-bniedem f’dinja globalizzata
preżentazzjoni minn Rev. Dr Mark Sultana
membru tal-istaff akkademiku fil-Fakultà tat-Teoloġija
1015hrsWaqfa għall-kafè
1040hrsId-diskussjoni tkompli flimkien ma’ grupp ta’ esperti
Patri Luċjan Borg OSA, Provinċjal tal-Agostinjani
Is-Sur Godfrey Leone Ganado, President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta
Dr Joe Mifsud, Osservatur Internazzjonali u Riċerkatur
L-Onor. Edwin Vassallo, President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Malti
Dr Edward Warrington, Kap tad-Dipartiment tal-Public Policy
imexxi d-diskussjoni s-Sur Andrè P. Debattista, gradwat fil-Public Policy
1215hrsGħeluq tas-Seminar
Rev. Prof. Emanuel Agius, Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija
Wara jkun servut ikel u xorb

 


 

The BFG

Teatru Qroqq, imwaqqaf fl-2002, huwa inizjattiva ta’ Dr Isabelle Gatt fi ħdan id-Dipartiment tal-Primarja fil-Fakultà tal-Edukazzjoni, l-Università ta’ Malta. L-atturi u l-kru huma kollha studenti tat-tielet sena B.Ed. Primary Track u oħrajn miġbuda lejn it-teatru li jinkludu studenti tal-Iskambju Erasmus. Teatru Qroqq huwa impenjat fl-iżvilupp ta’ forom ta’ teatru li jinvolvu udjenzi ta’ età żgħira.

The BFG ibbażata fuq storja ta’ Roald Dahl.

Post:
It-Teatru tal-MITP il-Belt Valletta
Dati u Ħinijiet:27  ta’ Marzu fis-6 u nofs ta' filghaxija u fit-28 ta’ Marzu fis-7 u nofs ta' fil-ghaxija
Lingwa:Ingliż
Maħsuba Għal Udjenza:bejn 8 snin u 12-il sena jew iżgħar jekk jitkellmu bl-Ingliż 

The BFG
tirrakkonta storja ħelwa ta’ kif l-orfni Sophie ġiet maħtufa mill-Ġgant Kbir Mintagħna (Big Friendly Giant – BFG) li jgħaffeġ id-diskors u jonfoħ il-ħolm (għal ġol-kmamar tat-tfal reqdin) u tant hu ta’ min iħobbu. Sophie u l-BFG jsiru ħbieb u jingħaqdu mal-Maestà Tagħha r-Reġina biex isalvaw lit-tfal tad-dinja kollha mill-ġganti xjuħ maħmuġin u qarriqin, tant diżgustanterużi li jkissru l-għadam, u jibilgħu l-laħam tan-nies, u li jħufu mat-triqat bil-lejl. The BFG għandha direzzjoni ta’ Isabelle Gatt u l-arranġamenti mużikali u t-taħriġ vokali huma minn Sigo.

Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-Kavalier ta' San Ġakbu.
Ċempel fuq +356 21223200 jew +356 21223216 jew ibgħat email.

 


 

Requiem ta' W.A. Mozart

Il-Kor u l-Orkestra Collegium Musicum u The University Vocal Ensemble, taħt id-direzzjoni ta' Mro Dion Buhagiar ser ikunu fil-Konkatidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta nhar il-Ħamis 25 ta' Marzu fis-7 u nofs ta' filgħaxija. Waqt dan il-kunċert ser tkun eseguwita r-Requiem kapulavur ta' Mozart u mużika ta' G.B. Pergolesi u A. Lloyd Weber.

Ir-Requiem se tittella' bil-kortesija tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann, tal-Kapitlu tal-Katidral u tal-Istitut tal-Mediterran fl-Universita' ta' Malta.

Kulħadd huwa mistieden.

 


 

L-Enerġija Sostenibbli f’Malta

Seminar ta’ ġurnata organizzat mill-Istitut għall-Enerġija Sostenibbli
It-Tlieta 16 ta’ Marzu 2010, fl-MCST, Villa Bighi, il-Kalkara, fid-9 ta' filgħodu


L-Enerġija Sostenibbli f’Malta fl-aħħar qiegħda żżid fil-momentum waqt li t-teknoloġija qiegħda tevolvi b’mod kostanti. Aħna nemmnu li biż-żmien u bl-għażla tajba tat-teknoloġiji Malta tkun tista’ tmur lil hinn mill-mira tal-10% ta’ enerġija li tiġġedded sal-2020. Dan is-seminar ser jiffoka fuq teknoloġiji li diġà jeżistu u oħrajn possibbli fil-futur u kif dawn japplikaw għal Malta.

Is-seminar qiegħed jiġi organizzat taħt il-patroċinju tal-Università ta’ Malta u tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. L-Onorevoli Ministru George Pullicino se jagħmel d-diskors tal-għeluq. Il-konferenza se tikkonsisti f’diversi preżentazzjonijiet dwar aspetti varji tal-Enerġija li Tiġġedded u l-Effiċjenza tal-Enerġija li jinkludu l-istatus teknoloġiku u l-potenzjal tagħhom f’Malta. Wara jkun hemm workshops li jinvolvu l-parteċipanti kollha dwar x’jista’ u x’għandu jsir iżjed f’Malta. Il-kelliema kollha huma esperti ewlenin f’dan il-qasam.

Il-konferenza għandha tiġbed lejha fost oħrajn, persuni ewlenin li jfasslu l-politika, akkademiċi, persuni fl-industrija, uffiċjali tal-Gvern, membri minn diversi Organizzazzjonijiet mhux Governattivi (NGOs), għalliema u studenti.  Wara l-konferenza, il-preżentazzjonijiet, id-diskussjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha jiġu miġbura fil-qosor u ppubblikati f’rapport.

Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok żur is-sit elettroniku tal-Istitut għall-Enerġija Sostenibbli jew ikkuntattja permezz ta' email jew billi ċċempel fuq in-numru 2165 0675/2165 2249

L-għanijiet tal-Istitut għall-Enerġija Sostenibbli huma li jassistu fl-iżvilupp ta’ pjanijet ta’ enerġija nazzjonali permezz ta’ studji fl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija ġodda u oħrajn li jiġġeddu u metodi għall-konservazzjoni tal-enerġija. Hemm il-ħsieb ukoll li l-Istitut jorganizza u jieħu sehem fi programmi ta’ tagħlim u fi proġetti ta’ riċerka fil-qasam tat-teknoloġija tal-enerġija. Objettivi oħra jinkludu t-tixrid ta’ metodi u tekniki adattati rilevanti għall-oqsma ta’ interess tal-Istitut u biex jitfassal tagħmir adattat għall-kondizzjonijiet lokali.  Dan isir prinċipalment permezz ta’: studji analitiċi dwar l-użu tal-enerġija, deċiżjonijiet dwar miżuri vijabbli biex jikkonservaw l-enerġija, l-applikazzjonijiet ta’ sorsi tal-enerġija li jiġġeddu, it-twaqqif u l-parteċipazzjoni fi proġetti ta’ tagħlim u ta’ riċerka, il-kollaborazzjoni ma’ universitajiet oħra, industriji u korpi internazzjonali.

 


 

In-Nisa u l-Politka

Elizabeth MeehanLekċer Annwali dwar Is-Sessi u l-Politika Pubblika:
In-Nisa u l-Politika - Il-Preżenza u l-Parteċipazzjoni fl-Unjoni Ewropea


Id-Dipartiment tal-Politika Pubblika tal-Università ta’ Malta flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa (National Council of Women - NCW) u l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (National Commission for the Promotion of Equality - NCPE) għandhom il-pjaċir iħabbru l-ewwel Lekċer Annwali dwar is-Sessi u l-Politika Pubblika (Gender and Public Policy). 

Il-lekċer se jonora l-memorja tal-mibkija Agatha Barbara u l-mibkija Josephine Burns Debono, żewġ nisa pijunieri li wittew it-triq għall-parteċipazzjoni tan-nisa Maltin fil-ħajja pubblika tan-nazzjon.

Il-Lekċer ta’ Tifkira se jsir fil-11 ta’ Marzu 2010 fis-7.00 ta’ filgħaxija fil-bini tal-Università l-Qadima, Triq San Pawl, il-Belt Valletta. Il-Professur Emeritus Elizabeth Meehan minn Queen’s University, Belfast, se titkellem dwar In-Nisa u l-Politika: Il-Preżenza u l-Parteċipazzjoni fl-Unjoni Ewropea (Women and Politics: Presence and Participation in the European Union). Elizabeth Meehan temmet l-edukazzjoni undergraduate fl-Università ta’ Sussex u l-edukazzjoni post-graduate f’Oxford.  L-ewwel pożizzjoni tagħha ta’ lekċerer full-time kienet fl-Università ta’ Bath minn fejn ingħatat permess tieħu Hallsworth Fellowship fl-Università ta’ Manchester. Hija ġiet maħtura għall-katedra fil-Politika fi Queen’s University f’Belfast fl-1991, fejn saret ukoll Jean Monnet Professor u, mill-2001 sal-2005, kienet id-Direttur fundatriċi tal-Institute of Governance. Fl-1998-99 u fl-2004, kellha Visiting Fellowships fl-Istitut tal-Politika, Trinity College, Dublin u fl-Istitut tal-Istudji Avvanzati fl-Umanistika fl-Università ta’ Edinburgh. Fid-disgħinijiet, hija ppresediet l-Assoċjazzjoni tal-Istudji Politiċi fir-Renju Unit u issa hija Viċi-President Onorarju. L-Assoċjazzjoni onoratha bil-premju Lifetime Achievement fl-2005 u, fl-2006, u l-UACES (University Association for Contemporary European Studies) ippremjat lill-Prof. Meehan għall-kontribuzzjoni tagħha għall-istudji dwar il-Kommunità Ewropea fl-Irlanda. Issa hija għandha pożizzjonijiet onorarji fl-Istitut tal-Politika, Trinity College, fl-Iskola tal-Politika u r-Relazzjonijiet Internazzjonali, University College, Dublin, u fl-Iskola tax-Xjenza Politika u Soċjali fl-Università ta’ Edinburgh. Hija ġiet eletta bħala membru tar-Royal Society for the Arts, tal-Akkademja ta’ Studji Soċjali u tar-Royal Irish Academy.

Il-pubbliku ġenerali huwa ġentilment mistieden għal dan l-avveniment.

 


 

Seminar dwar id-Disleksja

L-Università ta’ Malta, l-PSD Teachers’ Association u l-Malta Dyslexia Association, qegħdin jorganiżżaw seminar bit-tiltu ta' Dyslexia, Drama and Self-esteem. Dan is-seminar jikkonsisti f’reċta interattiva awtobijografika flimkien ma’ żewġ atturi: Matthew Scurfield u Clare Agius. Għall-professjonisti u għall-istudenti ser ikun hemm esibizzjonijiet oħra. Il-pubbliku huwa mistieden jara dawn l-esebizzjonijiet kif imsemmi hawn taħt:

Esibizzjonijiet f’Malta
L-Erbgħa 3 ta’ Marzu mis-7 u nofs sad-9 u nofs ta' filgħaxija
10 Euros
Il-Kappella tal-Università Tal-Qroqq Msida   

Esibizzjonijiet f’Għawdex
Il-Ħamis 4 ta’ Marzu mis-7  sad- 9 u nofs ta' filgħaxija
10 Euros
Exhibition Hall, Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk Victoria
 
Għal aktar informazzjoni u biex tikkonfermaw l-attendenza tagħkom intom ġentilment mitluba li ċċemplu fuq  23402742 jew tibgħatu email lil Lara Camilleri

 


 

Il-Laqgħat: Work in Progress in the Social Studies

Nhar l-Erbgħa 17 ta’ Frar, it-13-il serje annwali ta’ seminars Work in Progress in the Social Studies (WIPSS) se tibda l-laqgħat għal din is-sena akkademika billi tilqa’ lil Dr Stephen Lyon, Senior Lecturer fl-Antropoloġija fl-Università ta’ Durham, u Course Leader fis-Saħħa u x-Xjenzi Umani fid-Dipartiment tal-Antropoloġija tal-istess Università.  Dr Lyon se jagħti diskors bl-isem Syncretic Selfhood in a Pakistani Muslim Village: A Defence of Cultural System Theory.  Mingħajr ma jitfa’ dubju fuq id-devozzjoni reliġjuża tal-Musulmani Pakistani, dan id-diskors jeżamina t-taħlit mhux Islamiċi kurrenti madwar il-Punġab.  Dan id-diskors jiffoka fuq il-passat reliġjuż kif jidher f’ritwali kontemporanji pprattikati fil-Punġab, il-Pakistan.  Dan juri mhux biss ‘l-Islam sinkretiku’, imma wkoll is-sistemi kulturali li huma l-bażi tal-kunċetti Punġabi tal-Persuna.  Id-diskors jikkonċentra fuq prattiki fl-imqades ta’ pir jew qaddisin Musulmani u Sikh.  Fil-Punġab, ritwali b’konnessjoni ma’ dawn l-imqades ifakkru fil-qima tal-Ħindu u tas-Sikh.  Id-diskors ta’ Dr Lyon iqabbel prattiki ta’ devozzjoni fi tliet lokalitajiet fit-tramuntana tal-Punġab.  Billi jikkonċentra fuq il-prattiki u t-taħdit tagħhom, huwa jesplora l-modi ta’ kif il-kultura hija prodotta minn sistemi kulturali ġenerattivi bażiċi u kif dawn, min-naħa tagħhom, jiġġeneraw prodotti soċjali ta’ ordni ogħla bħal kunċetti tal-Persuna.

Dr Lyon huwa l-awtur ta’ għadd kbir ta’ artikli f’ġurnali xjentifiċi u editja sitt kotba, l-aħħar wieħed, flimkien ma’ Simon Coleman, Dislocating Anthropology? Bases of Longing and Belonging in the Analysis of Contemporary Societies (Cambridge Scholars Press, 2009).  Huwa għandu interessi ta’ riċerka vasti, li jinkludu r-reliġjon, ir-ritwal u s-simboliżmu; l-antropoloġija storika; metodi ta’ riċerka kwalitattiva, b’mod partikulari l-analiżi narrattiva; il-kostruzzjoni soċjali ta ‘stress’; l-antropoloġija tal-Gran Brettanja; l-estetika u l-ambjent mibni.
 
Nhar l-Erbgħa 17 ta’ Frar 6-7pm u wara jkun hemm diskussjoni.  Fil-Kamra Nru 124, l-Istitut tal-Mediterran bi dritt il-Librerija tal-Università ħdejn iż-Żona ta’ Studju Arvid Pardo wara l-HSBC fuq il-kampus.  Dħul mill-Parkeġġ Nru 4.  Il-pubbliku huwa ġentilment mistieden.

 


 

L-Epilessija

Nhar is-Sibt 20 ta' Frar, il-Caritas Malta Epilepsy Association, flimkien mad-Dipartiment tal-Farmakoloġija Klinika u t-Terapewtika tal-Università ta' Malta se torganizza konferenza nazzjonali. It-titlu tal-konferenza huwa L-Epilessija – Insir Naf Aktar.

F'Malta u Għawdex hemm 'il fuq minn 3000 persuna li ġew iddijanjostikati li jsofru mill-epilessija. F'ħafna każi l-epilessija hija kundizzjoni medika moħbija li għandha bżonn bosta servizzi differenti fil-kamp mediku u f'dak li huwa marbut mal-għajnuna. Din il-kundizzjoni tista' taffettwa l-ħajja ta' persuna sew mil-lat soċjali kif ukoll mil-lat personali. Wieħed mill-għanijiet tal-Caritas Malta Epilepsy Association (CMEA) huwa l-għajnuna lill-persuni li jsofru mill-epilessija sabiex jitjiebu l-faċilitajiet għall-kura tas-saħħa li huma essenzjali biex titgawda ħajja aħjar.

Il-konferenza nazzjonali ta' din is-sena se tiddiskuti dawk l-aspetti tal-epilessija li għandhom x'jaqsmu ma' aspetti bażiċi fil-mediċina u fil-prattika, biex tassigura kwalità aħjar tal-ħajja għall-persuni bl-epilessija fil-komunità. Ser ikun hemm kelliema distinti barranin kif ukoll lokali.

Il-programm u l-formola tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu billi tikklikkja hawn.

 


 

Serata ta' Kultura Ċiniża

Stedina Pubblika mill-Istitut Konfuċju fl-Università ta’ Malta:
Rendezvous with Spring
Serata Gala mix-Xiamen University Student Arts Troupe

Ix-Xiamen University Student Arts Troupe b’kollaborazzjoni mal-Istitut Konfuċju fl-Università ta’ Malta se tagħti l-ewwel wirja tagħha f’Malta nhar it-2 ta' Frar fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta' Malta fis-sitta u nofs ta' filgħaxija. Fit-3 ta’ Frar, din ir-rappreżentazzjoni artistika ser issir fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi u tibda fit-sitta u nofs ta' filgħaxija.

Ix-Xiamen University Student Arts Troupe, kif jixhed l-isem, tikkonsisti prinċipalment minn studenti ta’ talent li għandhom imħabba kbira għall-arti. Din tinkludi kor, kumpanija ta’ żeffiena, orkestra bi strumenti mużikali tradizzjonali Ċiniżi, kumpanija ta’ żeffiena hip-hop, tim ta’ atturi li jieħdu sehem f’ċertu tip ta’ djalogu mgħaġġel u tim ta’ mudelli.  Il-membri tal-kumpanija huma magħżula minn kull skola u kulleġġ individwali minn fost studenti f’livelli kemm undergraduate u kemm postgraduate. Sa minn meta twaqqfet, l-Arts Troupe kienet attiva ferm biex tagħti l-ħajja lill-kultura fuq il-kampus u tippromwovi l-arti Ċiniża tradizzjonali fuq il-kampus, parti straordinarja fil-ħajja tal-istudenti. 

Is-Serata Gala Rendezvous with Spring ippreżentata mill-Arts Troupe hija mogħnija b’ rappreżentazzjonijiet artistiċi ispirati minn karatteristiċi etniċi Ċiniżi qawwija, li jinkludu daqq fuq l-erhu, il-pipa, il-‘yangqin’ ċimblu Ċiniż u l-flawt tal-bambù.  Is-serata tinkludi wkoll arti marzjali, teatru tal-pupazzi lokali ta’ Fujian, u kant u żfin etniku minn Yunnan, mit-Tibet, u minn Xinjiang.
Kumpanija ta’ żeffiena mill-Università ta’ Xiamen fiċ-Ċina hija waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin f’dan il-festival.

Fil-ġimgħat ta’ wara, ix-Xiamen University Student Arts Troupe se tkun qed iżżur il-Ġermanja u l-Lussemburgu mal-orkestra tagħha. 

Din l-istedina hija miftuħa għall-pubbliku u hija bla ħlas. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Istitut Konfuċju fl-Università ta’ Malta permezz ta’ email.

 


 

B’Tifkira tas-Sa Nadia Farrugia

Nadia FarrugiaLekċer pubbliku b’tifkira tas-Sinjorina Nadia Farrugia

Nhar il-15 ta’ Jannar 2010, se jsir l-ewwel lekċer pubbliku annwali b’tifkira tas-Sa Nadia Farrugia fl-Aula Magna, Il-Kampus tal-Belt, Triq San Pawl, il-Belt Valletta fis-6.30 ta’ filgħaxija.  Il-lekċer li se jkun ippresedut mill-Professur Juanito Camilleri jismu ‘Recent Developments in the Study of Economic Vulnerability and Resilience’.

Il-lekċer se jingħata mill-Professur Lino Briguglio u Dr Gordon Cordina li kienu involuti fis-superviżjoni tar-riċerka tal-Ph.D. li kienet qed tag]mel, u wara se jkun hemm xi qari f'ġieħha mill-kollegi u l-studenti tagħha.

Nadia Farrugia kienet Assistant Lecturer fil-Mikroekonomija fl-Università ta’ Malta. L-oqsma ewlenin tar-riċerka tagħha kienu l-istudji tal-istati ż-żgħar, b’mod partikulari l-vulnerabbiltà u r-reżiljenza ekonomika, it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività. Hija  kienet kandidata għall-Ph.D. fl-Università ta’ Malta tirriċerka dwar il-vulnerabbiltà ekonomika, ir-reżiljenza u l-kundizzjonijiet tat-tkabbir endoġeniku.  Il-pubblikazzjonijiet l-aktar reċenti tagħha iffokaw fuq il-kostruzzjoni ta’ indiċi kompost, l-istati żgħar u r-reżiljenza ekonomika.

Dawk li huma interessati jattendu għal dan il-lekċer huma ġentilment mitluba jċemplu fuq in-numru 2340 3399.

 


 

Il-Letteratura Franċiża

Il-Literature and Comparison Research Seminar Series, organizzata mill-Fakultà tal-Arti, se terġa’ tibda l-attivitajiet tagħha għal din is-sena kalendarja bi programm mimli attivitajiet li jinkludu lekċers minn akkademiċi distinti minn barra kif ukoll numru ta’ kelliema lokali.  Is-Seminar Series hija maħsuba li tipprovdi forum fejn riċerka reċenti jew li dejjem għaddeja fi studji letterarji u f’letteratura komparattiva tista’ tiġi ppreżentata lil udjenza diversa li tilqa’ akkademiċi, studenti gradwati u studenti ta’ qabel il-lawrja, u membri tal-pubbliku ġenerali.

It-taħdita li jmiss fis-Seminar Series se tiġi ppreżentata mill-Prof. Carmen Depasquale, Kap tad-Dipartiment tal-Franċiż fl-Università ta’ Malta, nhar it-Tnejn 11 ta’ Jannar fil-Ċentru tal-Konferenzi M.A. Vassalli (Gateway Building) Sala E, fis-6.30 ta’ filgħaxija.

It-titlu tat-taħdita huwa An Eighteenth-Century 'French Literature of Malta'

Is-Seminar Series, li waslet fil-ħames sena tagħha, hija mtella’ flimkien mal-Prof. Gloria Lauri-Lucente (Viċi-Dekan, Fakultà tal-Arti) u mal-Prof. Ivan Callus, (Kap, Dipartiment tal-Ingliż).  Kull min hu interessat ikun jaf aktar dwar is-Series jista’ jikteb email lil Ms Michelle Sammut

Sommarju tat-Taħdita

Il-Librerija Nazzjonali ta’ Malta għandha kollezzjoni konsiderevoli ta’ manuskritti u materjal stampat bil-Franċiż miktuba mill-Kavallieri ta’ Malta Franċiżi.  Din il-“letteratura ta’ Malta” miktuba bil-Franċiż, hija parzjalment uffiċjali: jiġifieri, tikkonsisti f’ittri li bagħtu u rċevew il-Gran Mastri, kif ukoll rendikonti u rapporti miktuba mill-Kavallieri Franċiżi, bħal rendikonti ta’ kampanji fuq il-baħar u rapporti tal-Kummissarji.  Xogħlijiet oħra jvarjaw mill-"utli" għar-reliġjuż, minn ittri għal djarji, minn proża u poeżiji oriġinali għal traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet għall-Franċiż minn lingwi oħra.  Taħt it-terminu “utli” jaqgħu proġetti diversi li għandhom x’jaqsmu mad-difiża tal-gżira, mal-agrikultura, jew mat-twaqqif ta’ ġnien botaniku; oħrajn huma miktuba bil-għan li jirriformaw l-imġiba ħażina ta’ Kavallieri żgħażagħ u oħrajn mhux daqshekk żgħażagħ; oħrajn ukoll jirrakkontaw jew jikkumentaw fuq ġrajjiet kontemporanji bħall-pjan li falla tal-ilsira Musulmani mmexxija mill-Baxa ta’ Rodi.

Id-djarju ta’ Boyer jiddeskrivi l-ħajja ta’ kuljum f’Malta mill-għajnejn ta’ Kappillan Konventwali, u waqt li tkun qed taqra din il-gwida interessanti ta’ Malta ma jistax jonqos li tagħmel paraguni mal-gżira tagħna llum.  Fost il-ftit xogħlijiet oriġinali hemm kummiedja qasira fejn l-awtur, ammiratur ta’ Molière, jimita dan l-awtur kbir u jipprova jagħti lezzjoni permezz tal-umoriżmu lil dawk il-Kavallieri li nsew dwar il-vot tagħhom ta’ kastità.

Wara t-taħdita jkun hemm diskussjoni.

 


 

Taħdidiet mill-Prof. Giuseppe Nicoletti

nicolettijan10

 


 

In-Niżliet Taflija

Ir-Rwol tal-Geoloġija u tal-Ġeomorfoloġija fit-treġija ta' niżliet taflija

nhar it-Tlieta 5 ta' Jannar 2010
fil-Kunsill Lokali tal-Imdina 'Città Notabile' (dħul għall-attivita mill-pjazza tal-Kunsill) u l-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali

8.30am - 9.00am
Reġistrazzjoni

Sezzjoni I: 9.00am - 10.30am
Diskors tal-Ftuħ tal-Konferenza
Dr Maria Attard, Direttur, L-Istitut għall-Iżvilupp Sostenibbli

Il-Ġeoloġija u l-Istruttura tal-Gżejjer Maltin
Dr Saviour Scerri

Il-Ġeomorfoloġija u n-Niżliet Taflija: mill-muntanji sal-kosta
Il-Professur Mauro Soldati, L-Università ta' Modena u Reggio Emilia

Brejk

Sezzjoni I: 11.00am - 13.00am
L-Alumni tas-sezzjoni tal-Università tal-Malta Geographical Society

Il-Ġeografija tal-Fortifikazzjoni
Dr Stephen Spiteri, Supratendent tal-Fortifikazzjonijiet

Lecture
u Żjara: il-Fortifikazzjonijiet tal-Imdina

Brejk

Sezzjoni III: 2.00pm - 4.30pm
L-instabbilita' koastali tul il-kosta fil-majjistral ta' Malta: landslide mapping, monitoraġġ u mudellar
Il-Professur Mauro Soldati u Stefano Devoto

Żjara lill-Prajjiet/AnchorBay li tintroduċi lill-partiċipanti għall-problemi li għandhom x'jaqsmu man-niżliet taflija fil-kosta tul il-kosta fil-majjistral ta' Malta

Ibgħat emajl lill-University of Malta Geographical Society jew lil Dr John Schembri.

 


 

 

< Previous 1 Next >

 
 

Log In