L-Università ta' Malta
 

Attivitajiet 2015
Dħul Dħul
 
 
 
Aħbarijiet tal-Kampus
Mappa tal-Kampus
 

Taħdita Pubblika mill-Prof. Oliver Friggieri (4 Diċ)

Nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru 2015 fis-18:30, fil-Librerija tas-Seminarju, ir-Rabat, il-Professur Oliver Friggieri se jagħmel taħdita pubblika miftuħa għal kulħadd bl-isem ta’ “Hekk Tħabbat Il-Qalb Maltija”.
 
It-taħdita qed tittella’ mill-Kumitat tal-Librerija tas-Seminarju u tal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi, flimkien mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università.
 
Din se tkun waħda minn sensiela ta' taħditiet bil-għan li ssir riflessjoni kritika dwar temi marbuta mal-kuntest Malti u l-fidi Nisranija. It-temi ta' dawn il-laqgħat se jiġu diskussi fid-dawl tas-sena tal-ħniena mħabbra mill-Papa Franġisku.
 
Wara kull taħdita f'din is-sensiela ta' laqgħat, il-pubbliku se jkun mistieden għal ikel u xorb ħafif f'riċeviment żgħir. Id-dħul huwa b'xejn.
 
It-taħdita se ssir fis-Seminarju, 90, Triq Tal-Virtù, ir-Rabat, RBT2604, Malta. Tel: 21455497 ext. 5108. Email: theologylibraryrabat@gmail.com

tahditaproffriggieri 

 


 

L-attivitajiet tal-Għaqda tal-Malti waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

L-ewwel attività tal-Għaqda fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għal din is-sena, se tkun 'Karti, Kotba u Kuluri.' Nhar il-Ħamis, 5 ta’ Novembru, Dr William Zammit, lettur fl-Università ta' Malta, se jkun qed jagħti taħdita dwar il-letteratura tat-triq f’Malta matul is-snin f’rabta mal-importanza tal-element viżiv fil-materjal stampat għall-popolin. Il-kelliem se jagħti ħarsa lejn dan l-aspett letterarju permezz ta' illustrazzjonijiet li jmorru lura s-sekli, sa żmienna.

L-attività tibda fis-7 ta' filgħaxija, u se ssir fis-sala komuni ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Għal aktar dettalji sibna fuq Facebook.

L-Għaqda tistieden lil dawk l-istudenti li se jkunu preżenti għall-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb għall-attività 'Żerniq u Għodwiet Oħra.' Nhar il-Ġimgħa, 6 ta' Novembru, fl-10 ta' filgħodu l-istudenti jistgħu jżuru l-istand tal-Aġenzija Żgħażagħ u jassistu għal qari minn Rita Saliba. L-awtriċi se tkun qed taqra kitbiet minn tagħha u tagħmel attivitajiet li jinvolvi lill-istudenti. Għal aktar dettalji sibna fuq Facebook.

Għal dakinhar ukoll, jiġifieri fis-6 ta’ Novembru, l-Għaqda qed torganizza ‘Bejn Linja u Oħra,’ intervista lill-awtriċi Clare Azzopardi. Din l-intervista, immexxija minn Kristy Borg, se tkun akkumpanjata b'interpretu mid-Deaf People Association - Malta għal persuni neqsin mis-smigħ. L-attività se sseħħ fil-Common Area ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fit-8 neqsin kwart ta' filgħaxija. Għal aktar dettalji sibna fuq Facebook.

It-tnedija ta’ Leħen il-Malti (għadd 34) se tkun l-attività li l-Għaqda qed tipprepara għall-aħħar jum tal-Festival. Nhar il-Ħadd, 8 ta’ Novembru fl-10 ta' filgħodu, ġewwa s-sala Temi Zammit, se titnieda l-ħarġa l-ġdida ta’ Leħen il-Malti. Waqt din l-attività se jkunu qegħdin jakkumpanjawna Joseph u Francesca Bezzina. Dakinhar ukoll se tiftaħ is-sejħa għall-kitbiet għall-ħarġa li jmiss ta’ din ir-rivista. Għal aktar dettalji sibna fuq Facebook.

 


 

‘Insaħħu l-Familja li inħobbu’ (23 Ott.)

Illum 23 ta' Ottubru fis-18:30
Aħna lkoll familja - Mr Bernard Cauchi (Għalliem)

Diskussjonijiet oħra fil-ġimgħat li ġejjin:  

Il-preżent u l-futur tal-familja - Dr JosAnn Cutajar (Direttur CRC)
LGBT fil-familja - Mr Chris Vella (Drachma)
Nerġa’ nqum u nkompli ħajti - Ms Christine Galea (Kana)
L-imħabba tagħmilna ugwali - Mr Claudio Laferla (OASI )
Id-Dinamika tal-familja - Ms Angele Licari (Psikologa)
Nixtieqek tismagħni -Ms Michelle Camilleri (Social Worker)
L-adozzjoni u l-familja - Ms Desiree Spiteri (Adoption Opportunities)
It-tfal u min jieħu ħsiebhom - Ms Elaine Micallef (Child Care Services)
Inwaqqfu l-vjolenza fil-familja - Dr Marceline Naudi (Lecturer) 

Kull nhar ta` Ġimgħa ġewwa  ċ-Ċentru tar-Riżorsi fil-Kottonera, Triq San Dwardu, Fortini, Birgu.

Applika issa:  Ċempel fuq 2340 7801 jew ibgħat emajl: crc@um.edu.mt
Prezz:  Eur 10 (Għad-diskussjonijiet kollha. Jingħata ċertifikat ta`  parteċipazzjoni)

Organizzat mill-Fakulta` tat-Teoloġija u ċ-Ċentru tar-Riżorsi fil-Kottonera 
Koordinaturi:  Rev. Dr. John Berry u Dr JosAnn Cutajar

 


 

It-Tradizzjoni tat-Traduzzjoni

Il-Ġimgħa 16 ta' Ottubru 2015 fil-Mużew Marittimu, ix-Xatt tal-Birgu, mis-6:00 sad-9:00 ta’ filgħaxija.

Dħul b'xejn. Kulħadd mistieden. 

Programm
18:05 Ftuħ mill-On. Evarist Bartolo, Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
18:15 Introduzzjoni miċ-chair, is-Sur Mark A. Vella: It-Traduttur bħala Awtur
18:30 Prof. Clare Vassallo: Għaliex Nittraduċu? Għal Min Qed Nittraduċu?
18:45 Diskussjoni
19:00 Is-Sur Victor Cauchi P.L.: It-Tradizzjoni tat-Traduzzjoni Legali
19:15 Rev. Dott. Paul Sciberras : It-Tradizzjoni tat-Traduzzjoni ta’ Testi Reliġjużi
19:30 Diskussjoni
19:45 Pawża
20.00 Dott. Helga Zahra u s-Sa Jeantide Naudi: Mezzi ta’ Kooperazzjoni, Riżorsi Ġodda Disponibbli għat-Tradutturi – l-IATE u t-Traduzzjoni Awtomatika
20:15 Dott. Albert Gatt: It-Traduzzjoni Letterarja
20:30 Diskussjoni
20:45 Konklużjoni u riċeviment żgħir

 


 

‘The Exploding Custard’ u ħafna aktar xows waqt il-Fiera tax-Xjenza (25 Sett.)

bigbubble

MCST ser ikunu qed jippreżentaw lill-komunikatur tax-xjenza Ian Russell fix-xow ‘The Exploding Custard’ u ‘Bubble Frenzy’

 

Ix-xow bl-isem ‘The Exploding Custard’ hi preżentazzjoni divertenti kkaratterizzata b’esperimenti tax-xjenza sempliċi. Ix-xow ‘The Bubble Frenzy’ ser tinvolvi bżieżaq ġganteski u kuluri lewn il-qawsalla li żġur ser iħallu impatt pożittiv mat-tfal. Il-komunikatur tax-xjenza magħruf, Ian Russell, ser jaqsam l-entużjażmu tiegħu fil-fenomeni xjentifiċi waqt il-Fiera tax-Xjenza li ser tittellgħa f’Bieb il-Belt bħala parti mill-festival Xjenza fil-Belt nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru mis-1800hrs ’il quddiem. Ix-xows ‘Exploding Custard’ (2000hrs u 2200hrs) u ‘Bubble Frenzy (1915hrs u 2115hrs) ser ikunu qed jipprovdu divertiment kemm lit-tfal kif ukoll lill-adulti.    

Minbarra dawn iż-żewġ xows, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCST) ser jippreżenta l-maskots popolari Fonzu l-Fenek u Miċu li ser jiddevertu lit-tfal b’kanżunetti, u se jistiednu lill-pubbliku għal wirja interattiva msemmija ‘Esplora’, sponsorjata minn Science Projects UK. 

Il-Fiera tax-Xjenza ser tkun qed tospità għadd ta’ esperimenti spettakolari u wirjiet. Il-UoM Racing Team ser jesebixxu l-aħħar żewġ karozzi tat-tlielaq formula-sytle u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom tal-kompetizzjoni Formula Student Competition li saret dan l-aħħar f’Parma, fl-Italja. Zona fid-daħla tal-Belt ser tinbidel f’proġezzjoni ta’ taħt l-ilma, filwaqt li sesmoloġisti mill-Fakultà tax-Xjenza (Dipartiment tax-Xjenzi Ġeografiċi) ser ikunu qed juru lill-viżitaturi x’għandhom jagħmlu meta jseħħ terremot filwaqt li jiċċelebraw l-għeluq il-mitt sena tal-Fakultà tax-Xjenza fl-Università ta’ Malta. 

 

puppetshowstjames 

Xow ieħor bil-marjunetti se jittella’ fl-Ispazju Kreattiv fil-Kavallier San Ġakbu 

 

Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) permezz tal-Istitut ta’ Applied Sciences (IAS) u l-organizzazzjoni tal-istudenti IASSO ser ikunu qed jippreżentaw esperimenti interessanti, bħal eżempji sempliċi u prattiċi tal-inġinerija u sfidi xjentifiċi li jistgħu jissolvew faċilment. L-udjenza żgur li ser tieħu pjaċir isseġwi dawn il-preżentazzjonijiet. 

Il-Fondazzjoni Nazzjonali tal-Ivjaġġar tal-Istudenti (NSTF) ser tkun qed turi l-aħjar esebizzjonijiet mill-programmi tax-xjenza tagħha (Science Expo u Science Days f’Għawdex). Il-viżitaturi ser ikunu jistgħu jaraw il-proġetti tal-istudenti b’temi differenti li jvarjaw minn ażma sa tuffieħ, aċidu u ħruq tas-sħana, illużjonijiet ottiċi, rockets, tisfir tal-għasafar, tniġġiż tal-arja u tipjip fost oħrajn.  

Viċin tagħhom MEUSAC ser itella’ r-rokna tal-UE. Il-viżitaturi ser ikunu jistgħu jesploraw ‘Ocean World’, u jitgħallmu dwar ikel safi u ikel ipproċessat, u jilgħabu bil-logħob tal-kompjuter maħluqa mill-magni. Dawn kollha huma parti mill-proġett ta’ riċerka Marie Sklodowska-Curie. It-tim ta’ MEUSAC ser jippreżenta logħob ieħor bħala ċelebrazzjoni tax-xjenza u l-UE. 

Għat-tieni sena konsekuttiva, Coca Cola ser tkun qed tipparteċipa fil-festival permezz ta’ EkoCycle Cube 3D printer. Dan il-printer jirriċikla l-iskart u joħloq mill-ġdid oġġetti personalizzati li huma utili, bħal per eżempju cover tal-mowbajl. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ser tkun qed tippreżenta l-aħħar teknoloġija li għanda, jiġifieri tagħmir tar-reverse osmosis li jiċċekja l-purità tal-ilma. 

 

extinctplaystjames 

Xena mit-teatrin għat-tfal bl-isem ‘Extinct?’ li ser titellgħa fl-Ispazju Kreattiv fil-Kavallier San Ġakbu 



Fl-aħħar iżda mhux l-inqas il-Laboratorju Forensiku tal-Pulizija ta’ Malta ser tkun qed toħloq xena kriminali mimlija ħjiliet biex il-viżitatur jaħseb kif ser isib il-kriminal. Fir-rokna ta’ CSI Valletta, il-viżitaturi ser ikunu jistgħu jaraw it-tip ta’ xjenza vera kif spiss tintwera fuq is-serje televiżiva. Filwaqt li xjentisti Maltin ser ikunu qed juru t-teknoloġija li qed jiżviluppaw li  awtomatikament tqabbel id-disinn tal-artist skont id-deskrizzjoni tax-xhieda  u wara jitqabbel mar-ritratti li l-pulizija għandha fl-arkiviji.   

Iktar attivitajiet għat-tfal ser jitellgħu fil-qrib. Fil-Kavallier ta’ San Ġakbu (Spazju Kreattiv) it-tfal ser ikunu jistgħu jattendu żewġ xows bil-marjunetti bl-isem ‘Extinct?’ (fis-6pm u fit-8pm). Dan it-teatrin interattiv hu maħsub għal tfal ta’ bejn is-7 u 12-il sena. It-tfal ser jintalbu biex jgħinu lil Dr Jimmy u Dr Johnny bl-iskoperti tagħhom u fl-istess waqt jistgħu jsibu li l-annimali forsi ma jibqgħux estinti għal ftit żmien imma saħansitra jsiru perikolużi! Il-Marie Curie Puppet Show ser jieħu lit-tfal fuq vjaġġ li jirrakonta l-ħajja ta’ Marie Curie u jitgħallmu dwar l-iskoperti meraviljużi tagħha. 

Il-programm sħiħ se jkun fuq il-websajt tax-Xjenza fil-Belt jew minn fuq Facebook għal aktar aġġornamenti.

Il-festival Xjenza fil-Belt – Lejlet ir-Riċerkaturi Ewropej għandu l-appoġġ tal-Programm Ewropew Marie Skłodowska-Curie Action of the Horizon 2020 (H2020), u hu organizzat mill-Università ta’ Malta, il-Fond tar-Riċerka tal-Università (RIDT) u l-Kamra Maltija tax-Xjentisti. Il-festival kiseb rikonoxximent mill-Ewropa għal Festivals, Festivals għal Ewropa (EFFE - Europe for Festivals, Festivals for Europe).

Il-festival għandu l-appoġġ tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, is-Segretarju Parliamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sports, Karl Borg Events, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, MCAST, MCST, Studio 7, Spazju Kreattiv, MEUSAC, PBS, Levo Laboratories, il-Kunsill Lokali ta’ Valletta, Notte Bianca, il-Kunsill Malti tal-Arti, Thought 3D, u General Soft Drinks b’Coca Cola.  


Photocaption 1 or 2: MCST is presenting science communicator Ian Russell in The Exploding Custard and Bubble Frenzy

Photocaption 3: At the MCAST stand IASSO students will show their experiments at Science in the City

Photocaption 4: A scene from the children’s play Extinct? At Spazju Kreattiv (St James Cavalier)

Photocaption 4: The Marie Curie Puppet Show at Spazju Kreattiv (St James Cavalier)

 


 

Attivitajiet artistiċi jispiraw il-festival tax-Xjenza fil-Belt (25 Sett.)

swarmrobotics 

Żeffiena li se jippreżentaw Swarm Robotics fir Triq il-Reppublika u Pjazza San Ġorġ, il-Belt

 

Iltqajna fid-disa... Iltaqjna fit-tmienja... Kont fil-ħin... Le, inti kont tard...Iva bilħaqq! Issa qed niftakar sew. Il-kostruzzjoni u rikostruzzjoni tal-memorja kienet murija b’mod sempliċi minn Alan Lerner permezz tal-musical popolari Gigi. Din l-interazzjoni bejn l-arti teatrali u l-x-xjenza tal-memorja ser tkun parti mill-attivitajiet kulturali tal-festival Xjenza fil-Belt li ser issir nhar il-Ġimgha 25 ta’ Settembru mis-1800hrs ’il quddiem. 

Id-dilettanti tal-films ser jieħdu pjaċir bl-attivitajiet ta’ CineXjenza li jibdew mit-2000hrs. Il-wiri tal-films qosra se juru każi differenti ta’ manipulazzjoni tal-memorja. Se jkun hemm żewġ taħdidiet mill-Professur Giuseppe Di Giovanni (2040hrs) u l-Professur Richard Muscat (2220hrs) li ser jinteraġixxu mal-udjenza permezz ta’ sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet dwar il-limiti tax-xjenza u t-teknoloġija. CineXjenza ser isir fil-Pjazza Teatru Rjal. 

Serje ta’ attivitajiet ta’ arti teatrali ser jesplora ukoll ‘Manipulated Memories’, sketch maqsuma f’tliet partijiet li tinkludi żfin, fotografija u mużika. L-isketches huma spirati minn riċerka li saret dan l-aħħar fejn xjentisti irnexxielhom idaħħlu u jneħħu memorji fl-imħuħ tal-ġrieden. ‘Manipulated Memories’ se tittella’ f’Pjazza Reġina. 


 

manipulatedmemories 

 Manipulated Memories (print ta’ Dorothea Tanning)

 

Fiz-zona ‘Let’s Play’, l-iżviluppaturi ta’ logħob indie ser jeżibixxu l-aħħar logħob tagħhom dak diġitali, fuq board u logħob bil-karti. Minn mindu twaqqaf l-Istitut tal-Logħob Diġitali fl-Università, il-logħob ta’ kull tip ħa spinta fil-kreattività u kien hemm interess mill-plejers b’mod speċjali bil-board games li issa qed jinbiegħu f’swieq internazzjonali. Il-logħob ivarjaw minn vjaġġi fil-ħin sa logħob predatorji, iz-zona ‘Let’s Play’ fir-Ritz Arcade, City Lights, ser toffri xi ħaġa lil kulhadd. 

U jekk tħobb il-logħob, ser ikun hemm proġett bl-isem AutoGamesDesign li jippermetti lill-komputers li jiddisinjaw awtomatikament logħba għalik! Dan il-proġett, imtellgħa permezz tal-fondi mill-organizzazzjoni tal-UE Marie Curie, ser ikun fiz-zona tal-UE f’Bieb il-Belt. Ir-riċerkaturi ser ikunu preżenti biex jiltaqgħu man-nies u jispjegawlhom dwar ix-xjenza tal-logħob diġitali u fl-istess waqt jistiednuhom biex jippruvaw dan il-logħob. 

Sadanittant bħala eżempju tal-kapaċita’ intrinsika tan-natura li tuża l-qawwa tagħha fin-numri, grupp ta’ żeffiena ser juru l-fenomenu ta’ ‘Swarm Robotics’. Huma se jimitaw diversi sistemi robotiċi billi ser jagħmlu ċerti movimenti sempliċi, eżatt bħal robots imma kollox sinkronizzat flimkien b’riżultat simili bħalikieku huma kolonja ta’ nemel. ‘Swarm Robotics’ ser tittella’ f’Triq ir-Repubblika u fil-pjazez. 

Fi Triq ir-Repubblika ser ikun hemm l-attivita’ msemmija ‘Juggling with Blood’. Din se tkun l-ewwel darba fil-festival fejn jugglers ser juru lill-udjenzi x’inhu l-mard fid-demm bħal thalassemia. Fl-istess waqt spinners se jikkreaw logħob bin-nar bl-isem ‘On Fire’ u l-atturi  jiddeskrivu x-xjenza wara n-nar u l-kombustjoni. 

Bl-għan li titneħħa l-ostaklu ta’ bejn ‘aħna’ u ‘huma’ fl-arti teatrali, ħafna mill-attivitajiet kulturali fil-festival Xjenza fil-Belt ser isiru bil-parteċipazzjoni tal-udjenza.

 

karlbrantmoments 

Wieħed mill-films qosra dwar “manipulating memory” li se jintwera waqt l-attivita’ CineXjenza f’Pjazza Teatru Rjal

 

Il-festival Xjenza fil-Belt – Lejlet ir-Riċerkaturi Ewropej għandu l-appoġġ tal-Programm Ewropew Marie Skłodowska-Curie Action of the Horizon 2020 (H2020), u hu organizzat mill-Università ta’ Malta, il-Fond tar-Riċerka tal-Università (RIDT) u l-Kamra Maltija tax-Xjentisti. Il-festival kiseb rikonoxximent mill-Ewropa għal Festivals, Festivals għal Ewropa (EFFE - Europe for Festivals, Festivals for Europe).

Il-festival għandu l-appoġġ tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, is-Segretarju Parliamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sports, Karl Borg Events, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, MCAST, MCST, Studio 7, Spazju Kreattiv, MEUSAC, PBS, Levo Laboratories, il-Kunsill Lokali ta’ Valletta, Notte Bianca, il-Kunsill Malti tal-Arti, Thought 3D, u General Soft Drinks b’Coca Cola.   

Il-programm sħiħ se jkun fuq il-websajt tax-Xjenza fil-Belt  jew minn fuq Facebook għal aktar aġġornamenti.


 


 

Xjenza fil-Belt: is-saħħa u l-ġenetika (25 Sett.)

madsstandattard  

(Ritratt: Francesca Attard) 

Il-festival Xjenza fil-Belt iwassal tagħrif utli dwar is-saħħa u l-ġenetika 

Tixtieq tkun taf kif tista’ tipprevjeni mard fil-kliewi? Kif il-ġenetika qed tintuża biex tiġġieled kontra mard mhux komuni? Dwar il-programmi ta’ riċerka kontra l-kanċer tas-sider li għaddejjin bħalissa fl-Università ta’ Malta? Jew trid tiċċekkja s-snin u fl-istess waqt tipparteċipa fir-riċerka? 

Zona ddedikata għas-saħħa, ġenetika u mard rari ser tittella’ fi Triq l-Ordinanza, bejn il-Parliament il-ġdid u t-Teatru Rjal fil-belt Valletta, bħala parti mill-festival Xjenza fil-Belt nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru mis-1800hrs ’il quddiem. Din iz-zona, li hi b’kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta, l-Isptar Mater Dei u l-Fond tar-Riċerka tal-Università (RIDT), ser tkun kollha tittratta s-saħħa u r-riċerkaturi li jmorru oltre għal riċerka ġdida u kura ġdida.

Ir-riċerkaturi u l-istudenti tax-xjenza ser ikunu qed juru kif taħdem kilwa permezz ta’ mudell tal-organu li jiffunzjona. Ser ikun hemm ukoll magna tad-dijalisi, u live dissections. Il-ħsieb hu li jikber l-għarfien dwar is-saħħa u fl-istess waqt tkun iċċelebrata t-tnedija tal-Programm ġdid tar-Riċerka tal-Kliewi li għandu l-appoġġ tal-Fondazzjoni LifeCycle Malta. 

Ir-riċerkaturi ta’ thalassemia u mard ieħor fid-demm ser ikollhom mikroskopji fejn juru għadd ta’ kundizzjonijiet u jitkellmu dwar l-importanza tat-transfuzjoni tad-demm. 

Fl-istand tad-DNA, individwi ser ikunu jistgħu jiġbru d-DNA u jaraw kif tkun isseparata u studjata. Ir-riċerkaturi u l-istudenti ser ikunu preżenti biex jitkellmu mal-pubbliku u anki jgħinu liż-żgħażagħ b’pariri dwar x’għandhom jagħmlu jekk jitħajru jagħżlu din il-karriera. 

Se jkun hemm l-introduzzjoni tal-Malta BioBank. Dan jifforma parti mill-Infrastruttura tar-Riċerka tal-BioBanks mifruxa mal-UE. Dan il-Bank jagħmel possibbli riċerka importanti dwar mard rari u studji fuq il-ġenetika tal-popolazzjoni. Fi ftit żmien ieħor ser ikun possibbli biex persuna tipparteċipa f’din ir-riċerka importanti permezz ta’ donazzjoni ta’ kampjuni u tagħrif dwar is-saħħitha.  

Stand ieħor fil-qrib ser ikun hemm mgħammar b’mudelli 3D tal-molekuli. Wieħed ser ikun jista’ wkoll jibni d-DNA tiegħu wkoll. Ser ikun hemm 3D printer mudelli tal-molekuli fuq l-istand

 madsstandbrockdorff

 L-istudenti tad-Dentistrija ser ikunu qed jorganizzaw għadd ta’ attivitajiet għat-tfal filwaqt li joffru pariri dwar is-saħħa orali (Ritratt: Elisa von Brockdorff) 

Ir-riċerka li għaddejja bħalissa kontra l-kanċer tas-sider fl-Università ta’ Malta, għandha l-appoġġ tal-fondi tal-UE u organizzazzjonijiet lokali mhux għall-profitt fosthom l-ALIVE Charity Foundation, il-Fondazzjoni Azzjoni għal Kanċer tas-Sider u Europa Donna. Iċ-ċiklisti li ġabru l-fondi ser ikunu preżenti waqt il-festival.

Il-mobile dental clinic ser tkun preżenti biex tkun tista’ tkompli fl-istħarriġ nazzjonali dwar is-saħħa orali filwaqt li toffri pariri u servizzi ta’ testijiet dentali mingħajr ħlas. Flimkien ma’ din il-klinika,  l-istudenti tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Istudenti tad-Dentistrija (MADS) ser ikunu qed iwasslu attivitajiet, esperimenti, logħob u pariri dwar is-saħħa orali. Ser ikun hemm ukoll sezzjoni għat-tfal b’tooth fairies li jqassmu l-bżieżaq, logħob, stampi bil-kulur u għadd ta’ attivitajiet oħra għat-tfal. 

Il-festival Xjenza fil-Belt – Lejlet ir-Riċerkaturi Ewropej għandu l-appoġġ tal-Programm Ewropew Marie Skłodowska-Curie Action of the Horizon 2020 (H2020), u hu organizzat mill-Università ta’ Malta, il-Fond tar-Riċerka tal-Università (RIDT) u l-Kamra Maltija tax-Xjentisti. Il-festival kiseb rikonoxximent mill-Ewropa għal Festivals, Festivals għal Ewropa (EFFE - Europe for Festivals, Festivals for Europe).

Il-festival għandu l-appoġġ tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, is-Segretarju Parliamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sports, Karl Borg Events, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, MCAST, MCST, Studio 7, Spazju Kreattiv, MEUSAC, PBS, Levo Laboratories, il-Kunsill Lokali ta’ Valletta, Notte Bianca, il-Kunsill Malti tal-Arti, Thought 3D, u General Soft Drinks b’Coca Cola.  

Il-programm sħiħ se jkun fuq il-websajt tax-Xjenza fil-Belt  jew minn fuq Facebook għal aktar aġġornamenti.

 


 

Il-Kapriċċi tal-Poeżija (30 Sett.)

Nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Settembru, fit-2000hrs, fit-teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta, A​drian Grima se jniedi l-ktieb il-ġdid tal-poeżiji, Klin u Kapriċċi Oħra, pubblikazzjoni tal-Klabb Kotba Maltin, bħala parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv. F'din il-lejla se jieħdu sehem il-grupp ta' rock progressiv, Plato's Dream Machine, u Dr Norbert Bugeja, li se jagħmel kumment kritiku.

Din it-tnedija hija miftuħa għal kulħadd u d-dħul huwa b’xejn. Il-biljetti, mingħajr ħlas, jistgħu jinkisbu mis-sit ta' Spazju Kreattiv jew permezz tat-telefon fuq in-numru 2122 3200. Jekk ikun fadal postijiet, il-biljetti jinkisbu wkoll dakinhar tat-tnedija mir-reception tal-Kavallier ta’ San Ġakbu.

 acitilenwarakwinti1

​Waqt il-ġbid għall-film tal-poeżija "Aċitilena" 


Kummenti dwar Klin u Kapriċċi Oħra
Fil-kumment tagħha dwar dan il-ktieb, Clare Azzopardi tgħid li "Kien hemm waqtiet, jien u naqra dawn il-poeżiji, meta nqbadt f’baħar qadim u ltim, qalb ir-riħa taż-żejt magħsur u l-klin. U kien hemm mumenti oħra meta sibt lili nnifsi fi spazju (s)komdu fejn il-ħin ma jasalx. Ħassejtni sospiża bħall-malvizzun qalb ħafna skiet mitluq." 

Norbert Bugeja, li se jippubblika studju dwar Klin u Kapriċċi Oħra (KKM), jgħid li "r-rabta li jibni Adrian Grima mal-qarrejja tiegħu hi waħda ħajja u organika – relazzjoni li ma toffrix sentiment irħis u dirett, imma għodod ta’ ħsieb intiżi biex inibbtu fina sens ta’ viġilanza u sensittività għall-qasmiet u l-feriti umani li jdawruna."
 
Skont Claire Zerafa, f'dan il-ktieb Adrian Grima "jifhem id-dinja ta’ madwaru bil-kelma u lill-qarrejja joffrilhom perspettiva ġdida tal-emozzjonijiet b’saħħithom li toffri l-esperjenza umana. Toħroġ sensittività qawwija u fl-istess ħin tant ġentili b’lingwaġġ li jolqot is-sensi." 

Elizabeth Grech, li tittraduċi l-poeżiji ta' Grima għall-Franċiż, tgħid li dawn il-poeżiji jistednuna, qabelxejn, "biex nagħmlu vjaġġ permezz tas-sensi tax-xamm u l-ħars, permezz tas-sensi kollha, vjaġġ li fih l-imħabba għall-ħajja timxi pass pass mal-impotenza umana quddiem il-mewt."

Ir-Ritmu tal-Poeżija

Filwaqt li tagħti prominenza lill-kelma, din it-tnedija ser tesplora l-possibilitajiet li toffri l-kelma bħala ħoss, u speċjalment bħala ritmu. Il-qari se jinqeda b’mużika miktuba apposta għat-tnedija, u fl-istess waqt se jara x’kapaċi toffri l-poeżija lill-ħoss partikulari ta' Plato’s Dream Machine.

 platodreammachine

​Plato's Dream Machine (ritratt ta' Gilbert Calleja) 


Fl-2014 il-grupp kien talab lil Adrian Grima biex jieħu sehem fit-tnedija tal-album Għera u issa se jkun il-grupp li jakkumpanja lill-poeta. Ix-xogħol ta’ bejniethom huwa l-frott ta’ diskussjonijiet u provi mnebbħin mill-poeżiji u l-ħoss distint tal-grupp. Il-mużika u ħsejjes oħrajn se jaċċentwaw id-dimensjoni tal-ħoss, il-melodija u r-ritmu. It-tekniku tal-ħoss se jkun Samuel Attard, li Adrian Grima ġieli ħadem miegħu fuq produzzjonijiet radjofoniċi.

Dakinhar tat-tnedija, il-ktieb se jkun għall-bejgħ bi prezz speċjali. Din it-tnedija hija parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv għall-2015/16. B’rabta mat-tnedija u bħala parti mill-ħidma ta’ Spazju Kreattiv, Adrian Grima se jmexxi sessjonijiet ta’ kitba kreattiva miftuħin għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji. Hemm aktar tagħrif dwar "It-Tnedija ta’ Klin u Kapriċċi Oħra ta' Adrian Grima" fuq Facebook.

acitilenwarakwinti2 

Luke Borg ta' Fade In Media waqt il-ġbid tal-film tal-poeżija "Aċitilena" 

 


 

Għaqdiet tal-istudenti universitarji jagħmlu x-xjenza iktar aċċessibli waqt il-festival Xjenza fil-Belt (25 Sett.)

sciencestudentsstand 

 L-organizzazzjonijiet tal-istudenti tal-Università waqt l-edizzjoni tas-sena l-oħra tal-festival Xjenza fil-Belt (Ritratt: Elisa von Brockdorff)

 

L-organizzazzjonijiet tal-istudenti universitarji ser jressqu x-xjenza lejn kulħadd matul il-festival Xjenza fil-Belt, nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru mis-1800hrs ’il quddiem.

B’iktar minn 20 stand fi Triq ir-Repubblika fil-belt Valletta, l-istudenti tal-inġinerija, ICT, psikoloġija, saħħa, mediċina, farmaċewtika u xjenza ser jesebixxu attivitajiet interattivi, esperimenti, testijiet tas-saħħa, 3D printing u robots

L-attrazzjoni ewlenija tal-Assoċjazzjoni Universitarja tal-Istudenti tal-Inġinerija (UESA) ser ikun ajruplan li żgur li ser jiġbed l-attenżjoni tal-viżitaturi. Esebizzjonijiet oħra jinkludu GPS tracker, Counter Universali, amplifikatur tas-smiegħ, kif ukoll lifter mekkaniku. Kulħadd, immaterjali l-età, ser jara x’tittratta l-inġinerija. L-istudenti mill-Istitut tal-Inġinerija Elettronika u Elettrika (IEEE) ser ikunu qed juru r-robot Drobika u logħob u magni oħra li jaħdmu bl-elettromanjetika. 

 

bearhospitalmmsa 

Ritratt: Francesca Attard


Ix-xjenza tiltaqa’ mas-saħħa hi t-tema tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Istudenti tas-Saħħa (MHSA) għal din is-sena. L-istudenti ser jistiednu lill-viżitaturi għal screenings tas-saqajn minn podjatristi, testijiet tas-saħħa bħal zokkor fid-demm u pressjoni, filwaqt li nutrizzjonisti ser ikunu qed ikejlu l-piż (body mass index) tal-individwi. Radjografi ser ikunu qed jagħtu pariri dwar is-sinjali u sintomi ta’ diversi tipi ta’ kanċers. Individwi ser ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw f’esperiment relatat mad-DNA, filwaqt li t-tfal ser ikunu qed jieħdu pjaċir b’kaxxa li tistimula s-sensi organizzata minn occupational therapists

L-organizzazzjoni S-cubed (li tinkludi studenti tal-fiżika, bijoloġija, kimika, matematika u statistika) ser tistieden lill-pubbliku biex jitgħallem u jiskopri fatti xjentifiċi differenti u r-riċerka li għaddejja bħalissa fl-Università. Fost l-attivitajiet innovattivi u prattiċi ser ikun hemm wirja ta’ reazzjonijiet kimiċi kkuluriti, kalamiti, insetti u esperimenti oħra li żgur jagħtu pjaċir lill-udjenzi ta’ kull età. L-istudenti ta’ S-cubed ser ikunu preżenti wkoll fuq il-palk ewlieni (faċċata tal-Qorti) biex jagħtu wirja ta’ spluzzjoni xjentifika li tvarja minn logħob tan-nar sa kombustjoni.

 

ictstand 

Ritratt: Elisa von Brockdorff


Għall-ewwel darba l-istudenti tal-Psikoloġija minn Betapsi ser ikunu qed jiffukaw fuq Synaesthesia. Din hi kundizzjoni marbuta mal-perċezzjoni, fejn individwi jipperċepixxu l-kliem bħala kuluri u l-ħin bħala ticker tape imdendel fl-arja. Fl-istand tagħhom ser juru din il-kundizzjoni fil-prattika minn student li jesperjenza dan il-fenomenu.  

L-istudenti tobba mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Istudenti tal-Mediċina (MMSA) ser ikunu qed jippreżentaw logħob relatat mas-saħħa sesswali, testijiet taz-zokkor, sptar tad-teddy bear għat-tfal, u l-programm ‘beat the burn’- kontra l-ħruq tax-xemx. Il-viżitaturi ser ikunu jistgħu wkoll jieħdu ritratt divertenti fil-photo booth  biex jaqsmu din l-esperjenza ma’ sħabhom fuq il-paġna fuq Facebook - Science in the City.   

Mid-dinja tal-kompjuters, l-istudenti ta’ ICTSA (l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-ICT) ser ikunu qed iwasslu robots u tagħmir ieħor mgħammar bil-kapaċità li jassisti dak li jkun. Is-sessjoni ‘Apps through a Lens’ (mill-Fakultà tal-ICT) ser tkun tinvolvi wine tasting u passju diġitali għad-divertiment tal-adulti u tfal. Il-wine tasting hi analoġija intelliġenti dwar il-monitoraġġ tal-kompjuter u l-ICTSA qed tistieden lill-pubbliku biex jiġi u jara kif taħdem. Filwaqt li pi fi forma ta’ ċawsla ser tkun imqabda ma’ sensor li jaqra l-pressa u dan ser jippermetti lit-tfal jabqżu u jilgħabu l-passju virtwali. Il-kumpanija Ascent Software ser tkun qed turi r-robot tagħhom, filwaqt li Thought3D ser tkun qed tippreżenta t-tekonoloġija ta’ 3D printing  permezz ta’ printer 3D bl-għajnuna tal-printing adhesive li għadhom kemm nedew. 

Il-festival Xjenza fil-Belt – Lejlet ir-Riċerkaturi Ewropej għandu l-appoġġ tal-Programm Ewropew Marie Skłodowska-Curie Action of the Horizon 2020 (H2020), u hu organizzata mill-Università ta’ Malta, il-Fond tar-Riċerka tal-Università (RIDT) u l-Kamra Maltija tax-Xjentisti. Il-festival kiseb rikonoxximent mill-Ewropa għal Festivals, Festivals għal Ewropa (EFFE - Europe for Festivals, Festivals for Europe).

Il-festival għandu l-appoġġ tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, is-Segretarju Parliamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sports, Karl Borg Events, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, MCAST, MCST, Studio 7, MEUSAC, PBS, Levo Laboratories, il-Kunsill Lokali ta’ Valletta, Notte Bianca, il-Kunsill Malti tal-Arti, Spazju Kreattiv, u General Soft Drinks b’Coca Cola.  

Il-programm sħiħ se jkun fuq il-websajt tax-Xjenza fil-Belt jew minn fuq Facebook għal aktar aġġornamenti.

 


 

Missjoni Spazjali f’Pjazza San Ġorġ (25 Sett.)

rosettacraft 

Il-vettura spazjali Rosetta qed iddur madwar il-kometa 

Xi darba l-istoriċi ser jelenkaw is-sena 2014 bħala sena kruċjali fl-esplorazzjoni tal-ispazju. Dan għaliex l-Aġenzija Ewropea tal-Ispazju (European Space Agency - ESA) irnexxielha tniżżel robot fuq kometa. Din kienet il-missjoni spazjali bl-isem ta’ Rosetta li niżlet b’suċċess fuq il-kometa 67P.

Ix-xjentisti mill-Istitut tax-Xjenzi Spazjali u Astronomija tal-Università ta’ Malta, liema Istitut għadu kemm beda jopera, ser jippreżentaw replika tas-satellita, xows tar-rockets, u l-miġja tal-kometa fi Pjazza San Ġorġ, fil-belt Valletta, bħala parti mill-festival Xjenza fil-Belt il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru mis-1800hrs ’il quddiem.  

“Il-Pjazza ta’ San Ġorġ ser tinbidel f’replika tal-missjoni spazjali Rosetta. Qed nistiednu lit-tfal, żgħażagħ u adulti biex jingħaqdu magħna f’din il-missjoni spazjali biex flimkien nilħqu l-kometa fi Pjazza San Ġorġ li dakinhar ser tkun fid-dlam profond tal-ispazju,” spjega Dr Jackson Said, lekċerer mal-Istitut tax-Xjenzi Spazjali u Astronomija. 

“Qed nistiednu lin-nies biex ma jitilfux it-tluq tar-rocket Ariane 5, u meta jkunu hemm  ikunu jistgħu jivvjaġġaw fit-titjira tal-kometa waqt li ddur mas-sistema solari tagħna. Il-viżitaturi ser ikunu jistgħu jesperjenzaw wiċċ l-art tal-kometa, iżda fl-istess waqt iridu joqgħodu attenti mill-black hole, għaliex il-ġibda tal-gravita’ tagħha tista’ tiġbed lil dak li jkun!”  

Rosetta nħolqot minn ESA u saret l-ewwel vettura spazjali li daret ma’ kometa. Fil-belt Valletta, il-viżitaturi ser ikunu jistgħu jsegwu l-vjaġġ tagħha minn fuq ir-rocket Ariane li seħħ fit-2 ta’ Marzu 2004 u l-inżul tal-vettura spazjali fuq il-kometa 67P fis-6 ta’ Awwissu 2014. Ser ikun hemm ukoll launch tal-Philae lander (drone) minn Rosetta li ser jinżel fuq wiċċ il-kometa fil-Pjazza.  

Dakinhar ser isiru wkoll attivitajiet oħra interattivi fosthom mudell 3D ipprintjat tal-Hubble Space Telescope, rovers u satelliti minn Thought 3D. Logħob ieħor jinkludi simulazzjoni ta’ black hole u esperimenti interattivi relatati mal-astrofiżika. 

 

 philaelander

Il-Philae lander tas-satellita Rosett 


Aljeni u Astronawti 
Mużika u serje ta’ taħdidiet ser jittrattaw  din il-kisba xjentifika storika. Dr Alessio Magri ser jippreżenta taħdida fis-1900hrs bl-isem “In search of Aliens”. Il-kittieb Olandiż dwar l-astronomija Govert Schilling ser jmexxi taħdida fit-2000hrs bl-isem “Beauty Comes in Small Packages”. Din  tanalizza r-rwol ta’ oġġetti iżgħar minn pjaneti li jduru fis-sistema solari tagħna u x’nistgħu nitgħallmu minnhom. Fid-2100hrs, Dr Kristian Zarb Adami ser jippreżenta “Comets to other earths”. Ikun allokat ħin għall-mistoqsijiet wara kull taħdida. Bejn l-2200hrs u nofs il-lejl tindaqq mużika b’tema spazjali mid-DJ Ronald Briffa. 


rosettacraft2 

Il-vettura spazjali Rosetta qed iddur madwar il-kometa 

 

Il-festival Xjenza fil-Belt – Lejlet ir-Riċerkaturi Ewropej għandu l-appoġġ tal-Programm Ewropew Marie Skłodowska-Curie Action of the Horizon 2020 (H2020) Programme, u hu organizzata mill-Università ta’ Malta, il-Fond tar-Riċerka tal-Università (RIDT) u l-Kamra Maltija tax-Xjenzati. Il-festival kiseb rikonoxximent mill-Ewropa għal Festivals, Festivals għal Ewropa (EFFE - Europe for Festivals, Festivals for Europe).

Il-festival għandu l-appoġġ tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, is-Segretarju Parliamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sports, Karl Borg Events, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, MCAST, MCST, Studio 7, Spazju Kreattiv, MEUSAC, PBS, Levo Laboratories, il-Kunsill Lokali ta’ Valletta, Notte Bianca, il-Kunsill Malti tal-Arti, Thought 3D, u General Soft Drinks b’Coca Cola.  

Il-programm sħiħ se jkun fuq il-websajt tax-Xjenza fil-Belt jew minn fuq Facebook għal aktar aġġornamenti.

 


 

Ix-Xjenza fil-Belt 2015 (25 Sett.)

Lejla ta’ xjenza, divertiment u sorpriżi fil-belt Valletta

Ir-raba’ edizzjoni tax-Xjenza fil-Belt – Lejlet ir-Riċerkaturi Ewropej mistennija li toffri sorpriżi, riċerki interessanti, esperimenti spettakolari, wirjiet, taħdidiet, films u arti. Il-festival annwali tax-xjenza u l-arti ser isir fil-belt Valletta l-Ġimgħa 25 ta’ Settembru 2015 mis-6.00pm sa nofs il-lejl. It-toroq tal-belt ser jieħdu l-ħajja bil-lejl hekk kif il-pubbliku ser ikun jista’ jesplora attivitajiet innovattivi li jinkludu minn drones sa rockets tal-ispazju, estrazzjonijiet tad-DNA għal dissezzjoni, testijiet tas-snien u tas-saħħa, u għexieren ta’ esperimenti u logħob għat-tfal.  

Il-Ko-ordinatur tal-Proġett il-Professur Alex Felice qal: “Ix-Xjenza fil-Belt hu festival ideali biex wieħed jesperjenza kwalunkwe ħaġa minn esperimenti divertenti u ta’ tagħlim mill-attivita’ l-Fiera tax-Xjenza jew jesplora l-attivitajiet tar-riċerka li għaddejjin bħalissa f’Malta. Għal dawk dilettanti tal-ispażju ser ikun hemm replika tal-missjoni spazjali Rossetta fuq il-kometa 67P, filwaqt li għal dawk konxji dwar is-saħħa jistgħu jagħmlu check-up dentali mingħajr ħlas fil-mobile dental clinic il-ġdid jew check-ups mediċi oħra. L-interazzjoni bejn ix-xogħlijiet xjentifiċi u l-arti ser toffri dimensjoni oħra f’dal-festival bil-għan li jikkomunika x-xjenza.”  

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fond tar-Riċerka tal-Università Wilfred Kenely qal: “Ix-Xjenza fil-Belt għandu rwol importanti fil-promozzjoni tal-proġetti ta’ riċerka xjentifika mill-Università ta’ Malta. Il-festival, li d-dħul għalih hu b’xejn, hu impenn kollettiv bejn riċerkaturi, akkademiċi, studenti u artisti biex ilkoll iwasslu lejla memorabbli ta’ divertiment u tagħlim f’għadd ta’ oqsma, irrispettivament mill-età ta’ min jattendi.”

Il-Maniġer tal-Proġett Dr Edward Duca qal li x-Xjenza fil-Belt jilħaq firxa wiesa’ ta’ udjenzi fosthom tfal, żgħażagħ u adulti. L-attivitajiet ewlenin isiru fid-daħla l-ġdida tal-Belt, tul it-Triq ir-Repubblika sa’ Pjazza San Ġorġ. Ser ikun hemm ukoll attivitajiet oħra fil-postijiet ewlenin tal-Belt. 

Il-Fiera tax-Xjenza f’Bieb il-Belt ser tkun mimlija b’esperimenti spettakolari, wirjiet, mużika, teatru u xows artistiċi. Dawn ser jinkludu karozzi tat-tlielaq, Quakes and Shakes, laboratorji tat-triq imtella’ mill-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST) u l-Institute of Applied Science Student Organisation (IASSO), wirja interattiva mill-National Student Travel Foundation (NSTF), proġetti taħt l-ilma, bżieżaq kbar u Fonzu l-fenek mill- Malta Council for Science and Technology (MCST), tagħrif dwar ix-xogħol li qed twettaq l-UE f’dan il-qasam, Eko printer tal-Coca Cola, Xjenza fl-ilma u tim forensiku ta’ CSI.  

Iċ-Ċentru għall-Kreattività fil-Kavallier ta' San Ġakbu (Spazju Kreattiv) ser ikun qed jospita attivitajiet divertenti relatati max-xjenza għat-tfal u żgħażagħ fit-Teatru u l-Atrium, filwaqt li fiċ-Ċinema ser ikun hemm taħdidiet dwar ix-Xjenza u l-Kultura tal-Anzjanita’. Il-Café Inspirations ser jospita serje ta’ taħdidiet kull siegħa mtellgħin minn Malta Café Scientifique. Il-kamra tal-istudio ser ikollha Science of Electronic Music fejn wieħed jista’ jdoqq siltiet tal-mużika. 

Fit-Teatru Rjal, il-viżitaturi jaraw CineXjenza, li jikkonsisti f’serje ta’ films qosra dwar il-manipulazzjoni tal-memorja. Il-filmati jibdew fis-7pm u wara ser ikun hemm diskussjoni dwar is-suġġett. F’Palazzo Ferreria, faċċata tat-Teatru Rjal, ser ikun hemm serje ta’ taħdidiet xjentifiċi.  

 

scienceinthecity2015 

Il-Maniġer tal-Proġett Dr Edward Duca jħabbar il-programm ta’ din is-sena ta’ Xjenza fil-Belt

 

Għall-ewwel darba, il-Parliament il-ġdid ser ikun qed jesibixxi wirja tal-proġetti ta’ riċerka li għaddejjin bħalissa fl-Università ta’ Malta. 

F’Triq l-Ordinanza, il-Fond tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta (RIDT) ser ikun qed juri proġetti ta’ riċerka fil-qasam tas-saħħa, fosthom il-mobile dental clinic, magni tad-dijalisi għall-mard fil-kliewi, kif ukoll il-progress li qed isir fir-riċerka tal-kanċer tas-sider. 

Triq ir-Repubblika ser tkun ikkaratterizzata bil-parteċipazzjoni ta’ għadd ta’ organizzazzjonijiet tal-istudenti fosthom is-Science Students’ Society S-Cubed, University Engineering Students Association (UESA), Malta Association of Dental Students (MADS), l-Institute for Electrical and Electronic Engineers (IEEE), ICT Student Association (ICTSA), Malta Medical Student Association (MMSA), Malta Health Students’ Association (MHSA), Malta Pharmaceutical Students’ Association (MPSA), u l-BetaPsi Psychology Students’ Association. Filwaqt li quddiem il-Qorti ser ikun hemm xow ta’ esperimenti, taħdidiet u stand-up comedy.

Pjazza San Ġorġ ser tinbidel f’Rosetta Satellite Space Mission. Is-sena l-oħra, din is-satellita daret ma’ kometa. Biex tkun mfakkra din l-okkażjoni,  il-festival ser ikun qed  itella’ fil-pjazza replika tas-satellita, drone, rocket blast-off ta’ 20 metru , 3D printed rovers (minn Thought 3D) u arti li tixbaħ il-wiċċ tal-kometa fejn wieħed jista’ jimxi fuqha. Il-mużika u t-taħdidiet ser ikunu dwar ix-xjenza spazjali. Attività li żġur wieħed ma għandux jitlef.    

Is-sessjonijiet ta’ din is-sena ta’ ‘speed-dating’ ma’ xjenzati Maltin ser isiru fil-Kazin tal-Banda King’s Own, filwaqt li l-iżviluppaturi tal-logħob indie ser jistiednu lill-parteċipanti biex jilgħabu l-logħob tagħhom f’Ritz Arcade, City Lights. Il-BirdLife Malta ser tippreżenta esperimenti u taħdidiet, filwaqt li dawk li jixtiequ jesploraw il-perjodu Neolitiku jistgħu jżuru il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. 

Ser ikun hemm ukoll artisti tat-triq, żeffiena u jugglers fi Triq ir-Repubblika bi  spettakli bin-nar u movimenti robotiċi. 

Organizzazzjonijiet oħra li qed jipparteċipaw jinkludu lill-Istitut tax-Xjenzi tal-Ispazju u Astronomija (ISSA), il-Fakultà tax-Xjenza taċ-Ċelebrazzjonijiet Ċentinarji, il-Kamra Maltija tal-Ispiżjara, STEAM, Azzjoni għall-Kanċer tas-Sider, Europa Donna, Alive Charity Foundation, UoM Racing, Electronic Music Malta, TAKEOFF Business Incubator, il-Librerija tal-Università ta’ Malta, Play Fuel Manchester, il-Laboratorju Forensiku tal-Pulizija ta’ Malta, Heritage Malta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.   

Ix-Xjenza fil-Belt tifforma parti minn ċelebrazzjoni Ewropea msejjħa European Researchers’ Night u ffinanzjata mill-fond Marie Skłodowska-Curie Actions mill-Programm tal-Unjoni Ewropea, Horizon 2020, flimkien ma’ għadd ta’ sponsors korporattivi. Il-festival hu rikonoxxut bħala tali mill-organizzazzjoni Ewropa għall-Festivals u Festivals għall-Ewropa (EFFE).

Il-festival għandu l-appoġġ tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, is-Segretarju Parliamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sports, Karl Borg Events, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, MCAST, MCST, Studio 7, MEUSAC, PBS, Levo Laboratories, il-Kunsill Lokali ta’ Valletta, Notte Bianca, il-Kunsill Malti tal-Arti, u General Soft Drinks b’Coca Cola.  

Il-programm sħiħ jinsab fuq il-websajt tax-Xjenza fil-Belt jew inkella fuq Facebook għal aktar aġġornamenti.

 


 

Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta

Il-Ħamis 27 | Il-Ġimgħa 28 | Is-Sibt 29 ta’ Awwissu 2015
Fil-Forti Sant’Iermu, il-Belt Valletta, fit-2000hrs

Festival Mediterranju tal-Letteratura fil-Forti Sant’Iermu

L-għaxar edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta organizzat minn Inizjamed se tittella’ l-Ħamis 27, il-Ġimgħa 28, u s-Sibt 29 ta’ Awwissu, fil-Forti Sant’Iermu, il-Belt Valletta, fit-2000hrs. Minbarra l-qari ta' novelli u poeżiji minn ħdax-il awtur minn tmien pajjiżi, se jkun hemm mużika jazz u alternattiva, tliet "films tal-poeżija", fosthom wieħed Malti mnebbaħ minn poeżija ta' Mario Azzopardi, kotba għall-bejgħ, u ikel u xorb. Id-dħul huwa b'xejn.

Il-Programm tal-Festival
Il-Ħamis 27 ta' Awwissu se jaqraw il-poeta Tork Efe Duyan, il-poetessa u novelliera Maltija li tgħix Franza Nadia Mifsud, ir-rumanzier u novellier Ingliż ta' nisel Malti James Vella, u l-poeta u politologu magħruf Palestinjan Tamim Barghouthi, rebbieħ ta' bosta premjijiet, li se jintervistah Walid Nabhan. Missier l-awtur huwa l-poeta Mourid Barghouti, u ommu r-rumanziera u studjuża Eġizzjana, Radwa Ashour. Il-grupp mużikali mistieden għal din l-ewwel lejla huwa Brodu, li l-ewwel album tiegħu ntlaqa' tajjeb ħafna, u Caldon Mercieca se jippreżenta wieħed mill-"films tal-poeżija" bi sħab ma' Reel Festivals.

Il-Ġimgħa 28 ta' Awwissu, l-awturi li se jaqraw huma l-poeta Tuniżin Moëz Majed, l-awtur ewlieni Malti Trevor Żahra, il-poetessa Slovena Jana Putrle Srdić, u r-rumanzier magħruf Ingliż-Libjan Hisham Matar, li stabbilixxa ruħu fix-xena internazzjonali bir-rumanz rebbieħ ta' bosta premjijiet In the Country of Men. Hisham Matar, li se jiġi intervistat minn Albert Gatt, jikteb regolarment f'rivisti u gazzetti ewlenin bħal The Guardian, u xandar parti mit-tielet rumanz tiegħu, li ħiereġ fl-2016, f'The New Yorker. The Return jibda bi vjaġġ li għamel l-awtur fil-Libja fl-2012, l-ewwel darba li reġa' lura l-Libja fi tlieta u tletin sena. F'din it-tieni lejla se jdoqq it-trio jazz ta' Nadine Axisa u se jintwera film ieħor bi sħab ma' Reel Festivals.

L-awturi li se jaqraw is-Sibt 29 ta' Awwissu huma r-rumanzier John Bonello, il-poeta u akkademiku Norbert Bugeja, u r-rumanziera u akkademika ta' fama internazzjonali Marina Warner, li se tintervistaha Gloria Lauri-Lucente, Deputat Dekan fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta. Din is-sena l-Prof. Marina Warner ingħatat il-Premju prestiġjuż Holberg għall-kontribut straordinarju tagħha fl-Oqsma Umanistiċi u mexxiet il-ġurija tal-Premju Internazzjonali Man Booker tal-2015. Warner, li ommha kienet Taljana u missierha bejjiegħ tal-kotba Ingliż, trabbiet l-Eġittu, il-Belġju u l-Ingilterra, u qed tikteb rumanz ambjentat fil-Kajr fis-snin 50 tas-seklu 20, imnebbaħ mill-istorja tagħha. 

Is-Sibt, il-grupp mużikali mistieden huwa dak jazz ta' Oliver Degabriele feat, Joe Debono and Joseph Camilleri. Is-Sibt ukoll, bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Inizjamed se turi għall-ewwel darba "film tal-poeżija" mnebbaħ minn “Ried Ikun Jaf” ta' Mario Azzopardi. Id-direzzjoni hija ta' Edward Said u l-produzzjoni ta' Emma Mattei.

Uħud mill-kitbiet li se jinqraw matul il-festival jistgħu jkunu maħsubin għal udjenza matura.

Letteratura u Lil Hinn Minnha
L-awturi se jkunu f’Malta fl-aħħar ġimgħa ta’ Awwissu biex jieħdu sehem f’laboratorju tat-traduzzjoni li fih se jittraduċu x-xogħlijiet ta’ xulxin u jaqraw uħud minnhom waqt il-Festival. Il-Festival u l-laboratorju tat-traduzzjoni letterarja huma parti mill-inizjattiva Literature Across Frontiers, li kellha sehem importanti fit-twaqqif u l-iżvilupp annwali tal-Festival. 

Bħala parti mill-Festival, it-Tlieta 25 ta' Awwissu fis-1900hrs, il-poeta Tuneżin Moëz Majed se jagħmel taħdita dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżu fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti, fl-Università, tal-Qroqq. Din l-attività, li hija miftuħa għal kulħadd, u mingħajr ħlas, qed tittella' mill-Istitut Mediterranju tal-Università bi sħab ma' Inizjamed u se titmexxa minn Norbert Bugeja.

L-għaxar edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura f’Malta u l-laboratorju tat-traduzzjoni tal-LAF qed jittellgħu minn Inizjamed bħala parti mill-inizjattiva Literature Across Frontiers u bl-għajnuna tal-Malta Arts Fund, il-Fondazzjoni Valletta 2018, Heritage Malta, il-Kunsill Malti tal-Arti, l-Għaqda tal-Malti – Università, The Fortress Builders, l-Aġenzija Żgħażagħ, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, iċ-Ċentru għal-Letteratura Slovena u l-Aġenzija tal-Ktieb tar-Repubblika Slovena, u Reel Festivals.

Żur is-sit tal-Festival hawnhekk u l-paġna fuq Facebook taħt l-isem “Malta Mediterranean Literature Festival 2015”.

 


 

Evenings on Campus 2015: Mistura

Evenings on Campus 2015        KKU logo           Malta Arts Fund


Mistura – 'U d-Dinja Tkompli Ddur'
Il-Ġimgħa 7 u l-Ħadd 9 ta’ Awwissu fid-9.00pm
post: Atriju Vassalli, l-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Imsida

Preżentazzjoni li tinkludi interpretazzjoni live ta’ kanzunetti mill-album U d-Dinja Tkompli Ddur flimkien ma’ xi kanzunetti oħra magħrufa Maltin, bit-tema bbażata fuq il-kunċett tal-album. In-narrattiva tal-kunċett se tinkludi wkoll interpretazzjonijiet ta’ kanzunetti ta’ kantanti oħrajn (Cover versions).

MISTURA ser ikunu qed jippreżentaw kunċert rock lajv ibbażat fuq l-ewwel album tagħhom, li huwa l-concept album “U d-Dinja Tkompli Ddur”. Dan l-album, li jesplora aspetti varji tal-ħajja bħala ċiklu li jirrepeti ruħu, jipprovdi kummentarju soċjali – kultant tweġġa' u kultant satiriku – partikolarment relatat mal-politika lokali, il-korrettezza politika u aspetti oħra tal-ħajja Maltija. Barra minn kanzunetti oriġinali li huma parti mill-album, MISTURA ser ikunu qed jinkludu wkoll, bħala parti min-narrazzjoni, kanzunetti oħra magħrufa Maltin. MISTURA huma rock band li jdoqqu mużika oriġinali kompletament bil-Malti. Bdew bħala duo - Malcolm Bonnici u Antonio Olivari. Fil-preżent qed idoqqu bħala band kompletament elettronika, b'Matthew Agius bil-bass, Mark Andrew Azzopardi fuq id-drums u Cheryl Camilleri backing vocals.

Tel: +356 2340 2142 or +356 79843480
Biljetti jinkisbu minn ticketline.com.mt jew mill-bieb


Mistura



 


 

Evenings on Campus 2015

Evenings on Campus 2015          KKU logo          Malta Arts Fund          

L-Evenings on Campus 2015 Reġa’ Magħna

Evenings on Campus kien wieħed mill-festivals tal-bidu nett f’Malta li beda jagħti spazju lil forom differenti ta’ kultura kontemporanja permezz ta’ rappreżentazzjonijiet tal-arti viżiva u tal-ispettaklu.  Evenings on Campus oriġina fl-1992 u issa wasal fit-23 edizzjoni tiegħu.  Minn dak iż-żmien, Evenings on Campus sar appuntament regolari u apprezzat fil-ħajja kulturali matul is-sajf f’Malta.  Wieħed mill-għanijiet kien li jiġu involuti studenti u staff tal-Università ta’ Malta u li joffri post għal kull min kien iħoss li għandu xi talent, sew artistiku kif ukoll organizzattiv.

Evenings on Campus huwa organizzat mill-Koperattiva Kulturali Universitarja b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet u r-Relazzjonijiet mal-Alumni, bl-għajnuna tal-Malta Arts Fund.  Il-KKU hija kooperattiva indipendenti li l-prijorità tagħha hi li tippjana attivitajiet kulturali fl-Università matul is-sena akkademika u fix-xhur tas-sajf.

Matul is-snin il-jazz, il-films, iż-żfin kontemporanju, il-wirjiet fotografiċi u tal-cartoons, il-kunċerti live  ta’ gruppi rock u l-kunċerti ta’ kantawturi iżda wkoll it-teatru esperimentali u ‘lejliet letterarji’ kollha ngħataw il-ħajja minn studenti u staff tal-Università jew artisti minn barra l-Università ta’ Malta.

Biex tibbukja l-biljetti onlajn agħfas hawn.

Il-Programm għall-2015


Tnemmis   
(16+)

Il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju u s-Sibt 1 ta’ Awwissu fid-2100hrs
Post:
Atriju Vassalli, l-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Imsida
Għaxar karattri jnemmsu l-ħajja ta' madwarhom waqt li aħna nnemsu lilhom. Kitba ta’ Trevor Żahra.

Twisted Tales   (avveniment għat-tfal)
Il-Ħadd 2 ta’ Awwissu fis-1800hrs
Post:  Il-Common Room tal-KSU, l-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Imsida
Ippreżentati mill-More Or Less Theatre, il-ħrejjef magħrufa Hansel and Gretel u The Pied Piper of Hamelin se jitħalltu flimkien u jiġu mibdula biex jinħassu aktar tal-biża’ – filwaqt li jibqgħu tajbin għall-familja kollha.  Kif irrakkuntati mill-esperti tan-narrazzjoni, Malcolm Galea u Joseph Zammit

Science of Honey
Il-Ħadd 2 ta’ Awwissu fit-2000hrs
Post: Atriju Vassalli, l-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Imsida
Il-Malta Café Scientifique, bl-għajnuna tat-Trust għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Iżvilupp (RIDT), se jiddiskutu x’jagħmel lill-għasel Malti daqshekk speċjali: mit-togħma sal-benefiċċju li għandu għas-saħħa.

The Notebook - Paġni minn Ħajjitna   (12+)
It-Tlieta 4 ta’ Awwissu fit-2000hrs
Post: Sala Sir Temi Zammit, l-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Imsida
Film drammatiku romantiku Amerikan b’sottotitoli bil-Malti, u wara ssir diskussjoni dwar kif isiru s-sottotitoli.

The Audition   (18+)
L-Erbgħa 5 ta’ Awwissu u l-Ħamis 6 ta’ Awwissu fid-2100hrs
Post: Atriju Vassalli, l-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Imsida
Direttriċi tara sa fejn attriċi lesta li tasal biex tikseb il-parti. Bis-sehem ta’ Tina Rizzo u Aleksandra Andrea.  Direzzjoni Joe Depasquale.

Mistura 
Il-Ġimgħa 7 u l-Ħadd 9 ta’ Awwissu fid-2100hrs
Post: Atriju Vassalli, l-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Imsida
Preżentazzjoni li tinkludi interpretazzjoni live ta’ kanzunetti mill-album U d-Dinja Tkompli Ddur flimkien ma’ xi kanzunetti oħra magħrufa Maltin, bit-tema bbażata fuq il-kunċett tal-album.  In-narrattiva tal-kunċett se tinkludi wkoll interpretazzjonijiet ta’ kanzunetti ta’ kantanti oħrajn (Cover versions).

The Tattoo Culture
Is-Sibt 8 ta’ Awwissu fid-2100hrs
Post: Atriju Vassalli, l-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Imsida
Serata ddedikata kollha kemm hi għat-tattoos, mill-istorja sal-aspett mediku tat-tattoos u dak kollu li għandu x’jaqsam, imżewqa  b’mużika mill-grupp mużikali, Rejects.

Frozen - Ir-Renju tas-Silġ   (U)
It-Tnejn 10 ta’ Awwissu fis-1900hrs
Post: Sala Sir Temi Zammit, l-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Imsida
Il-film Amerikan mużikali fantasija-kummiedja animat 3D bil-kompjuter b’sottotitoli bil-Malti, u wara jkun hemm diskussjoni dwar kif isiru s-sottotitoli.

Comedy On Campus   (18+)
L-Erbgħa 12 u l-Ħamis 13 ta’ Awwissu fid-2100hrs
Post: Atriju Vassalli, l-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Imsida
Stand-up comedy ma’ wħud mill-aqwa ta’ Malta … u b’xi sorpriżi!  Bil-parteċipazzjoni ta’ James Ryder, Malcolm Galea, Joseph Zammit, u Marie Claire Pellegrini. 

Website
Email
Tel: +356 2340 2142 or +356 79843480

Find us on Facebook

 


 

Evenings on Campus 2015: Tnemmis

Evenings on Campus 2015        KKU logo           Malta Arts Fund

 

Tnemmis   (16+)
31 ta’ Lulju u  l-1 t’Awwissu 21:00
Atriju Vassalli, L-Università ta’ Malta  Msida 


Għaxar karattri jnemmsu l-ħajja ta’ madwarhom waqt li aħna nnemsu lilhom.  Kitba ta’ Trevor Żahra.

Tnemmis huwa xogħol satiriku/umoristiku li jlaqqagħna ma’ 12-il karattru li lkoll jinsabu f’sitwazzjonijiet differenti: mara tiftaħ qalbha ma’ ħabibitha... u mal-mobile, negozjant fuq il-qabar ta’ sieħbu,  xwejjaħ jitkellem mal-kelb, mara tipprova traqqad lil ommha marida, tifla ċkejkna tistenna lil ommha tiġi tiġborha mill-iskola, professur universitarju jagħti lekċer dwar is-sess... u saħansitra anġlu kustodju li għandu qalbu muġugħa!  Id-dramm huwa strutturat bħala sensiela ta’ monologi... iżda b’differenza!   Il-karattri mhux biss qed jitkellmu mal-udjenza, imma anki ma’ karattri oħra inviżibbli. 

Jieħdu sehem: Anthony Ellul, Maria Farrugia, Graziella Galea, Joseph Galea, Ryan Galea, Theresa Gauci, Moira Muscat, Joe Pace, Snits. 

Kitba: Trevor Żahra 

Produzzjoni artistika:  Joseph Galea 

Konsulent tal-produzzjoni:  Carmel S. Aquilina

Tel: +356 2340 2142 or +356 79843482
Biljetti jinkisbu minn ticketline.com.mt jew mill-bieb

 


 

Lejla għall-Qamar Kwinta

Flyer_Summer_Activity_2015  

Id-dħul huwa b'xejn.
Biex tirriserva post ċempel fuq +356 2340 7900 

 


 

TAĦŻIŻ3: It-tielet Seminar (3-5 Lul.)

tahzizl3ogo 

TAĦŻIŻ huwa programm ta’ empowerment li jiffoka fuq il-kitba kreattiva. Bejn it-3 u l-5 ta’ Lulju se nkunu għaddejjin bit-tielet seminar ta’ TAĦŻIŻ3. Matul dan is-seminar, il-parteċipanti se jiffukaw fuq il-kitba permezz ta’ eżerċizzji li jħarrġuhom f’tekniki differenti, filwaqt li l-laqgħat individwali mal-kordinaturi u persuni esperti fil-qasam jgħinuhom jorqmu l-kitba aħjar. 

Il-parteċipanti għal din is-sena huma Ryan Farrugia, Joseph Paul Muscat, Francesca Saliba, u Maria Vella. F’dan l-aħħar seminar se jingħaqdu magħna wkoll kittieba oħra li se jiffukaw fuq proġett żgħir tal-kitba bl-għan li ningaġġaw aktar nies u jkollna iktar kitbiet ġodda, bil-Malti. Għal aktar tagħrif dwar il-parteċipanti u dwar l-andament tas-seminars, tinsewx iżżuru l-blogg ta’ Taħżiż u l-paġna ta’ Facebook.

TAĦŻIŻ3 hu programm tal-Aġenzija Żgħażagħ, b’kordinazzjoni tal-Għaqda tal-Malti – Università u l-Fondazzjoni AWL.

gmu-agenzijazghazagh-awl-logos 

 


 

Wirja tal-Proġetti tal-Istudenti tal-Inġinerija tal-Università ta' Malta għas-Sena 2015

Is-26 edizzjoni tal-Wirja Annwali ta’ Proġetti tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta se turi xogħol li sar mill-istudenti tal-ewwel grad tal-Inġinerija waqt l-aħħar sena tal-programm ta’ erba’ snin għal-lawrja ta’ B.Eng. (Hons). Il-proġetti se jkunu għall-wiri fil-Laboratorji tal-Fakultà tal-Inġinerija (il-Kampus tal-Imsida) li se jkunu miftuħa għall-pubbliku nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju mill-5.00pm sat-8.00pm u s-Sibt 4 ta’ Lulju mid-9.00am sa nofsinhar.

Din is-sena se jkun hemm total ta’ 74 esibit. Dawn jinkludu għażla wiesgħa ta’ oqsma topiċi li għandhom x’jaqsmu mal-qasam bijomediku, l-enerġija li tiġġedded, l-ambjent, prodotti elettroniċi, ir-robotika, it-trasport, proċessi ta’ manifattura, materjali ġodda u trattamenti ta’ superfiċji.

Matul is-snin, il-proġetti esibiti taw stampa ta’ kisbiet teknoloġiċi u ta’ riċerka avvanzati ħafna. L-għan tal-wirja huwa li din tagħti lill-istudenti kollha, mill-primarja sal-livell post-sekondarju, lil min iħaddem u min jaħdem fil-qasam industrijali, fis-setturi tas-saħħa u s-servizzi, kif ukoll lill-pubbliku ġenerali, l-opportunità li jaraw il-proġetti b’mod dirett, u jiltaqgħu ma’ studenti tal-aħħar sena tal-Fakultà tal-Inġinerija. Il-wirja toffri lill-viżitaturi l-opportunità li jżuru l-faċilitajiet tal-laboratorji tal-Fakultà u jakkwistaw għarfien aħjar dwar il-professjoni tal-inġinerija. Din il-wirja tista’ tħajjar lil studenti żgħażagħ biex jimmiraw għal karriera fl-inġinerija billi din tagħtihom idea tal-opportunitajiet vasti li hemm għal inġiniera professjonali jekk dawn isegwu l-istudji tagħhom fl-Università ta’ Malta. Il-wirja sservi wkoll bħala post fejn min iħaddem jiltaqa’ ma’ gradwati prospettivi fl-Inġinerija. Rappreżentanti minn numru ta’ ditti lokali ewlenin u kumpaniji parastatali jieħdu sehem fil-wirja u joffru l-appoġġ tagħhom kull sena.


Il-Fakultà tal-Inġinerija toffri tagħlim u superviżjoni kemm fil-livelli tal-ewwel grad kif ukoll f’dak ta’ wara l-ewwel grad. Il-programmi ta’ studju tal-ewwel grad fl-inġinerija mekkanika u elettrika huma mfassla biex jgħinu lill-istudenti jifhmu l-bażi tal-inġinerija filwaqt li jkollhom flessibbiltà biżżejjed biex jiffokaw l-istudji tagħhom fuq l-aspetti diversi tal-inġinerija. Il-programmi għal-lawrja jagħtu lill-gradwati flessibbiltà li jsibu xogħol u l-abilità biex ikomplu l-istudji tagħhom f’diversi oqsma tal-inġinerija fil-livell ta’ wara l-ewwel grad.

Min iggradwa tul is-snin dejjem kellu opportunitajiet eċċellenti ta’ xogħol jew ta’ studji f’livell ta’ wara l-ewwel grad f’kumpaniji u universitajiet ta’ fama kbira mad-dinja kollha. Bħalissa hemm 76 student fil-livelli ta’ Master u ta’ Ph.D. fil-Fakultà. Il-Fakultà kienet ukoll ferm attiva fir-riċerka f’dixxiplini varji tal-inġinerija, li huma rilevanti għal ħtiġijiet nazzjonali, u fil-komunitajiet internazzjonali tax-xjenza u l-inġinerija. F’dawn l-aħħar snin membri tal-Fakultà rnexxilhom jiksbu miljuni ta’ euro bħala fondi biex itejbu l-faċilitajiet tal-laboratorji tagħhom, u kellhom suċċess kbir fil-kisba ta’ fondi għal riċerka kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak internazzjonali. Membri tal-Fakultà jippublikaw artikli b’mod regolari f’ġurnali prestiġġjużi internazzjonali u f’rapporti ta’ konferenzi, u kisbu numru ta’ brevetti importanti (patents) Ewropej u Internazzjonali. 


Għal aktar informazzjoni idħol fuq www.um.edu.mt/eng jew 

 


 

Taħdita: Lucas Garnier - Pittur u Kavallier (9 Ġun.)

lucasgarniertalk 

Żur il-paġna fuq Facebook (hawn).

 


 

Tirbaħ lill-Kanċer tas-Sider u Tgħix (25 Mejju)

Il-kanċer tas-sider hu l-iktar kanċer komuni fin-nisa. Hu l-kawża ewlenija ta’ mewt fin-nisa fl-età ta’ bejn l-40 u d-59 sena. Madwar mara minn kull għaxar nisa ser tiżviluppa kanċer tas-sider. Fatturi ta’ riskju bħall-età, it-twelid tal-ewwel wild, l-istorja medika tal-familja, u l-menopawsa kapaċi jżidu b’50 fil-mija r-riskju, filwaqt li fatturi ambjentali wkoll jistgħu jikkontribwixxu. Dawn huma ċifri li għandhom jittieħdu bis-serjeta’.

Hu propju għalhekk li r-riċerka f’dan il-qasam għandha rwol kruċjali. Il-Grupp tar-Riċerka fil-Kanċer tas-Sider fl-Università ta’ Malta twaqqaf ħames snin ilu b’koperazzjoni bejn diversi dipartimenti fl-Università u l-Isptar Mater Dei. L-għan tal-Grupp hu li jistudja u jsolvi problemi relatati mal-kanċer tas-sider f’Malta.

Il-Malta Café Scientifique u l-Fond tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta (RIDT) qed jorganizzaw taħdita bl-isem Surviving & Thriving: Breast cancer research in Malta. Din l-attivita’ ser issir nhar it-Tnejn 25 ta’ Mejju fis-1930hrs, fil-Palazz, il-belt Valletta u ser tkun taħt l-awspiċi tal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca. 

Il-Professur Christian Scerri, Dr Godfrey Grech u Shawn Baldacchino ser ikunu qed jiddiskutu l-aħħar żviluppi fir-riċerka tal-kanċer tas-sider mal-pubbliku. 

Il-Grupp tar-Riċerka fil-Kanċer tas-Sider dan l-aħħar identifika sinjal fiċ-ċelloli li jikkontrolla it-tkabbir taċ-ċelloli fid-demm. Dan is-sinjal hu importanti kontra l-mard tal-kanċer fid-demm u l-Grupp qed jistudja l-irwol ta’ dan is-sinjal fil-kanċer tas-sider. Din ir-riċerka qed tingħata appoġġ minn żewġ NGOs Maltin fosthom, l-Action for Breast Cancer Foundation, (www.actionforbreastcancer.com);  u ALIVE Charity Foundation (alivecharity.com/2015/).  Ir-riċerka qed tingħata għajnuna wkoll mill-proġett Imagenx appoġġjat b’fondi mill-UE (imagenx.eu). 

Biex persuna tibbukkja post tista’ tibgħat imejl lil: cafesci@mcs.org.mt. Id-dħul hu mingħajr ħlas. Il-mistiedna qed ikunu mħeġġa biex isaqsu lill-kelliema u jieħdu sehem attiv fid-diskussjoni. Il-Grupp tar-Riċerka fil-Kanċer tas-Sider hu magħmul mid-Dipartiment tal-Fiżjoloġija u Bijokimika, id-Dipartiment tal-Patoloġija u d-Dipartiment tal-Kirurġija tal-Università ta' Malta, flimkien mad-Dipartiment tal-Patoloġija u Kirurġija tal-Isptar Mater Dei. 

surviving_and_thriving 

 


 

Konferenza Pubblika Dwar Dokument Latin-Għarbi Tat-Tnax-il Seklu (20 Mejju)

L-istudjuż distint mir-Renju Unit, il-Professur Jeremy Johns, ser jagħti konferenza pubblika bl-Ingliż bit-titlu Dokument ġdid bil-Latin u bl-Għarbi dwar Malta u Għawdex (tar-Reġina Kostanza, 1198) u l-istorja tal-gżejjer Maltin bejn is-7 u t-13-il seklu nhar l-Erbgħa 20 ta’ Mejju fis-1800hrs fl-Aula Magna, Kampus tal-Belt, Università ta’ Malta, Triq San Pawl, Valletta. Il-konferenza hija organizzata mis-Socjetà Arkeoloġika Malta. Il-Professur Johns huwa Professur tal-Arti u l-Arkeoloġija tal-Mediterran Islamiku, Direttur, Khalili Research Centre for the Art and Material Culture of the Middle East, Università ta’ Oxford, u Fellow ta’ Wolfson College.

Iżjed minn għaxar snin ilu l-Professur Jeremy Johns ħabbar il-pubblikazzjoni imminenti ta’ edizzjoni u studju ta’ dokument bil-Latin u bl-Għarbi li l-Imperatriċi Kostanza f’Novembru tal-1198 indirizzat 'lill-poplu kollu tal-gżira ta’ Malta u tal-gżira t’Għawdex, it-tnejn sudditi leali Nsara u Saraċini (bil-Latin) / lill-Insara u Musulmani kollha ta’ Malta u Għawdex – Alla jħarishom! (bl-Għarbi)'. Iżjed tard din is-sena, dan l-istudju ser jidher fil-ktieb The Heritage of Learning: Arabic and Islamic studies dedicated to Wadad al-Qadi (Chicago University Press, 2015). It-test Latin ta’ dan id-dokument ilu magħruf minn kopji li saru fl-aħħar snin tal-Medjuevu, imma issa nistgħu naqrawh flimkien ma' dokument li ma kienx magħruf qabel, u b'hekk nistgħu niksbu informazzjoni ġdida dwar l-aħħar snin tas-seklu tnax fi Sqallija u f’Malta.

Id-dokument jitfa’ dawl ġdid fuq il-gżejjer Maltin taħt il-ħakma Normanna, anki għax jidher li jikkonferma dak li qal Giliberto Abbate, jiġifieri li diġà taħt Ruġġieru II 'in-nies ta’ dawn il-gżejjer (kienu jgħixu) taħt drawwiet u liġijiet differenti min-nies tagħna fir-renju ta’ Sqallija'. Il-Professur Johns ser jintroduċi wkoll pubblikazzjoni oħra ġdida — l-istudju ta’ Marc Lauxtermann (Bywater and Sotheby Professor of Byzantine and Modern Greek Language and Literature fl-Università ta’ Oxford), dwar il-famuża poeżija anonima miktuba bil-Grieg, indirizzata lil Ġorġ ta’ Antjokja, li ġiet ippubblikata fl-2010 minn J. Busuttil, S. Fiorini u H.C.R. Vella bit-titlu Tristia ex Melitogaudo. B'mod partikolari ser jispjega kif ir-reviżjoni radikali li għamel Lauxtermann tad-traduzzjonijiet ippubblikati s'issa tas-silta minn din il-poeżija, fejn l-awtur jiddeskrivi dak li ġara wara li Ruġġieru II ħakem dawn il-gżejjer fl-1127, jista' jkollha implikazzjonijiet għall-istorja ta’ Malta.


empressconstancedoc
Id-dokument tal-Imperatriċi Kostanza 1198

 


 

Ir-Riċerka Tiegħi fl-MA

ricerkama4mej

‘Ir-Riċerka Tiegħi fl-MA’ huwa seminar li jlaqqagħna ma’ studenti li jkunu qed jaħdmu fuq teżi tal-MA jew li jkunu għadhom kemm lestewha. L-għanijiet ewlenija tas-seminar huma li nsiru nafu aktar dwar ir-riċerka li għaddejja bħalissa fil-qasam tal-Malti, u fl-istess ħin l-istudenti jidraw jirċievu kritika kostruttiva li ssirilhom fuq xogħolhom. Dawk li jattendu din l-attività jsiru jafu x’riċerka għaddejja bħalissa fil-Malti, fl-oqsma tal-letteratura u l-lingwistika filwaqt li l-istudenti li għadhom qed jistudjaw għall-ewwel grad jitgħallmu x’jinvolvi l-proċess tal-kitba tat-teżi f’dan il-livell. 

Din is-sena s-seminar se jsir it-Tnejn 4 ta’ Mejju f’Sala B1 (Gateway) mit-1500hrs sal-1600hrs. 

Il-kelliema u s-suġġetti magħżula se jkunu:
  • Alvin Vassallo - Carmelo Camilleri u l-Ħidma Ġurnalistika Tiegħu
  • Leanne Bajada - Reġistru, Temi u Xbihat Tabù fin-Narrattiva Kontemporanja Maltija
Dan is-seminar huwa organizzat mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università, bl-għajnuna tal-Għaqda tal-Malti – Università.

 


 

Awturi Maltin ta’ Barra f’Simposju Letterarju

Nhar l-Erbgħa, 22 ta’ April, bejn is-6.00pm u d-9.00pm, se jsir simposju letterarju, bil-Malti u bl-Ingliż, bis-sehem ta' awturi Maltin jew ta' nisel Malti li jgħixu barra minn Malta. 

Din l-attività, organizzata mid-Dipartiment tal-Ingliż u d-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti, bi sħab mal-Kumitat Organizzattiv tal-Konvenzjoni tal-Maltin li jgħixu barra​ fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin​, hija miftuħa għal kulħadd u d-dħul huwa b'xejn. M'hemmx bżonn ta’ reġistrazzjoni. 

L-awturi li se jieħdu sehem huma:

Josephine Burden
Josephine Burden
Lou Drofenik
Lou Drofenik
Karl Schembri
Karl Schembri
Aline Pnina Tayar
Aline P’nina Tayar

Mark Vella
Mark Vella
Alex Vella Gera
Alex Vella Gera
Anna Maria Weldon
Anna Maria Weldon


Fis-simposju se jkun hemm tliet sessjonijiet:

6.00pm - kitba trażlokata, sessjoni bil-Malti mmexxija minn Dr Adrian Grima, bis-sehem ta’ Mark Vella, Karl Schembri u Alex Vella Gera

6.45pm - diasporic writing, sessjoni bl-Ingliż immexxija mill-Prof. Stella Borg Barthet, bis-sehem ta’ Josephine Burden, Lou Drofenik, Aline P’nina Tayar, u Anna Maria Weldon

7.45pm - Pawża qasira

8.00pm - Diskussjoni bl-Ingliż bis-sehem tal-awturi kollha u interventi mill-pubbliku

9.00pm - Jintemm is-simposju

Fil-pawża u fl-aħħar tas-simposju jkun hemm ftit ikel u xorb.
 
Hemm aktar tagħrif fuq is-sit writersymposium.wordpress.com u fuq Facebook.

 


 

It-Tnedija tal-ktieb L'inchiesta marinara a Malta

Nhar il-Ħamis 16 t'April ser jiġi ppreżentat il-volum L'inchiesta marinara a Malta fl-Istitut Kulturali Taljan, il-Belt Valletta fis-sitta u nofs ta' filgħaxija. Il-Professur Joseph Brincat, mill-Fakultà tal'Arti, huwa wieħed mill-awturi ta' dan il-ktieb li huwa parti mill-proġett Atlante Linguistico della Sicilia (ALS).

Il-volum fih ir-risposti ta' Nazzarenu Cuschieri, sajjied ta' għomru minn San Ġiljan, għall-kwestjonarju tal-Atlante Linguistico della Sicilia, sezzjoni tal-baħar. L-ALS iħaddan kull aspett u attività tradizzjonali ta' Sqallija u bħalissa qed tinħadem is-sezzjoni marinara.

Din hi aġġornament tal-Atlante Linguistico del Mediterraneo li kien ħa parti fih Ġużé Aquilina li ppubblika r-riżultati tieghu fl-1969 (Nomi di pesci, ecc.). Giovanni Ruffino kien ħa ħsieb u ppubblika r-riżultati ta' Sqallija fl-1977, u jien kont għamilt studju komparattiv bejniethom li semmejt fl-istorja lingwistika ta' Malta (2000, 2004, 2010).

Din id-darba ir-riċerka infirxet fuq 20 post tas-sajjieda fi Sqallija u tinkludi lil Malta. Il-metodu wkoll hu differenti għax flok fuq il-kotba u informazzjoni mferrxa, din id-darba l-inkjesta hi konċentrata fuq sajjied wieħed minn kull lokalità, u l-mistoqsijiet niżlu minn 810 għal 582. Biex ix-xogħol ikun iżjed "ħaj", tniżżlu wkoll l-etnotesti, jiġifieri l-esperjenzi u l-fehmiet personali ta' kull sajjied li ġie intervistat.

Nazzarenu, illum irtirat, kien wieħed mill-aktar suġġetti interessanti. Għalkemm qatt ma tgħallem it-Taljan (anzi qalilna li prattikament qatt ma mar l-iskola għax missieru ħarġu meta kellu biss 9 snin għax kellu bżonnu fuq il-baħar), fehem kulma qaltlu Elena D'Avenia, u rrisponda b'Taljan siċiljaneġġanti, mhux dejjem skont il-grammatika imma jiftiehem. Dan tgħallmu fil-kuntatti ma' sajjieda f'nofs il-baħar u meta żar Lampedusa, Pantelleria u l-kosta tan-nofsinhar ta' Sqallija sa Katanja.

Il-Professur Giovanni Ruffino, Direttur taċ-Centro Studi Filologici e Linguistici Siciliani, u ideatur tal-ALS, tkellem fuq l-iskopijiet tal-proġett, u Elena D'Avenia u l-Professur Joseph  Brincat ikkummentaw dwar ir-riżultati tal-kwestjonarju.


Terminology of fishing and navigation

Terminology of fishing and navigation

 


 

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus

festivalktieb2015logos 

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw it-tieni edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-5, 6 u 7 ta’ Mejju 2015. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: 0900-1500hrs u 1900-2130hrs. 

Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri Maltin jippromwovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, fosthom studenti universitarji. Minbarra l-bejgħ ta’ kotba jkun hemm ukoll programm varjat ta’ attivitajiet, bl-għan li l-letteratura nippromovuha fis-sħuħija tagħha, u mhux biss bħala prodott li jinxtara. 

Fost l-attivitajiet, se jkun hemm żewġ intervisti mal-awturi Walid Nabhan u Pierre J. Mejlak, it-tnejn rebbieħa ta’ premji prestiġjużi. Matul it-tlett ijiem tal-Festival, se jkun hemm ukoll dawriet iggwidati mal-Librerijta tal-Università u għadd ta’ kollaborazzjonijiet ma’ għaqdiet oħra, fosthom għaqdiet studenteski bħall-KSU. Il-programm sħiħ joħroġ fil-jiem li ġejjin, u l-pubbliku jista’ jsegwi l-aħħar aġġornament mill-attività fuq Facebook, hawnhekk.

Il-pubblikaturi u d-distributuri preżenti huma Faraxa Books, Horizons, SKS, u Sierra Book Distributors, u wħud minnhom qed jorganizzaw xi attivitajiet. Ikun hemm ukoll stand tal-organizzaturi, jiġifieri tal-Għaqda tal-Malti – Univeristà u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, minn fejn wieħed ikun jista’ jikseb aktar tagħrif. 

Għal iktar tagħrif jew intervisti iktbu lil Maria Muscat fuq maria.e.muscat@gov.mt.

 


 

Il-Maltemp li ġab lil Pawlu Malta (17 Apr.)

Il-Maltemp li ġab lil Pawlu Malta: 
Waqaf jew għadu sejjer?

Taħdita minn Dr Doris Cannataci

sanpawltalk

Data: 17 t`April 2015
Post: Iċ-Ċentru ta`Rizorsi fil-Kottonera, Triq San Dwardu, Fortini, Birgu
Ħin: 1900hrs

F’din it-taħdita sejrin naraw kif il-Maltin irnexxilhom jirbħu l-maltemp li ħakem lil Malta meta kienet kolonja Ingliża bil-mewġa kbira ta` Protestantiżmu u Mażunerija. 

Naraw kif Malta salvat il-fidi Kattolika kull meta l-baħar kien imċaqlaq ġmielu. 

U jekk il-maltemp għadu sejjer, x’għandna nagħmlu biex insalvaw?

Naraw kif żewġ persuni Maltin, Monsinjur Ġiuseppe De Piro u San Ġorg Preca, kienu providenzjali biex salvaw dak it-teżor li ġibilna Pawlu, u kif nistgħu nikkumbattu l-maltemp li għadu b’qawwa kbira jħabbat mal-blat tal-Gżira tagħna.

 


 

Taħdita: Dun Karm u Caruana Dingli (17 Apr.)

dunkarm_and_caruanadingli

Għal aktar informazzjoni agħfas hawn. [ENG] 

 


 

metamorfosi: It-Tnedija

Wara proċess ta’ riċerka u kitba kreattiva, nhar l-24 ta’ April se titnieda l-pubblikazzjoni metamorfosi. Din il-pubblikazzjoni bdiet tinħema fil-ħamsin sena mill-mewt ta’ Briffa, li flimkien ma’ Ġużè Bonnici waqqaf l-Għaqda tal-Malti – Università.

Wara proċess ta’ familjarizzazzjoni ma’ xogħlijiet Briffa, erba’ kittieba emerġenti (Sylvana Bugeja, Theresa Abdilla, Elena Stilon u Maria Vella) ħadmu mal-artisti Ryan Falzon (pittur), Manoel Pirotta (maestro), Marta Vella (attriċi) u Francesca Cassar (ballerina). Ix-xogħlijiet finali se jkunu qed jidhru fil-pubblikazzjoni, flimkien ma’ kitbiet oħra ta’ xeħta akkademika. Il-proġett ġie dokumentat b'ritratti ta' Gilbert Calleja.

Dakinhar tat-tnedija fit-Teatru Salesjan se tkunu tistgħu tesperjenzaw ix-xogħlijiet ta’ dawn l-artisti, tiltaqgħu magħhom, u tixtru l-pubblikazzjoni għal prezz speċjali li tinkludi wkoll għadd ta’ kitbiet ġodda dwar Briffa. Se tkun esperjenza li m’għandkomx titilfu. It-tnedija tibda fis-7.30pm u gruppi differenti jiddaħħlu f’ħinijiet diversi sabiex jimxu matul it-teatru u jieħdu dewqa ta’ dawn ix-xogħlijiet. Wara jkun hemm xi tnaqqir u xorb.

Ħajr lill-Fond Malti għall-Arti, Premju tal-President għall-Kreattività, l-Università ta’ Malta, il-Librerija tal-Università ta’ Malta, it-Teatru Salesjan (skema SARP), Merlin, l-Akkademja tal-Malti, u d-Dipartiment tal-Malti fl-Università. Dan il-proġett hu endorsed mill-Fondazzjoni Valletta 2018.

Aktar tagħrif dwar il-proġett jninsab fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda tal-Malti – Università.

Data: 24 ta’ April
Ħin: mis-7.30pm ’il quddiem
Post: it-Teatru Salesjan, Triq Howard, Tas-Sliema

 


 

Metamorfosi - It-Tnedija (24 Apr.)

metamorfosi
IT-TNEDIJA

Wara proċess ta’ riċerka u kitba kreattiva, nhar l-24 ta’ April se titnieda l-pubblikazzjoni metamorfosi. Din il-pubblikazzjoni bdiet tinħema fil-ħamsin sena mill-mewt ta’ Briffa, li flimkien ma’ Ġużè Bonnici waqqaf l-Għaqda tal-Malti – Università. Wara proċess ta’ familjarizzazzjoni ma’ xogħlijiet Briffa, erba’ kittieba emerġenti (Sylvana Bugeja, Theresa Abdilla, Elena Stilon u Maria Vella) ħadmu mal-artisti Ryan Falzon (pittur), Manoel Pirotta (maestro), Marta Vella (attriċi) u Francesca Cassar (ballerina). Ix-xogħlijiet finali se jkunu qed jidhru fil-pubblikazzjoni, flimkien ma’ kitbiet oħra ta’ xeħta akkademika. Il-proġett ġie dokumentat b'ritratti ta' Gilbert Calleja.

Dakinhar tat-tnedija fit-Teatru Salesjan se tkunu tistgħu tesperjenzaw ix-xogħlijiet ta’ dawn l-artisti, tiltaqgħu magħhom, u tixtru l-pubblikazzjoni għal prezz speċjali li tinkludi wkoll għadd ta’ kitbiet ġodda dwar Briffa. Se tkun esperjenza li m’għandkomx titilfu. It-tnedija tibda fis-1930hrs u gruppi differenti jiddaħħlu f’ħinijiet diversi sabiex jimxu matul it-teatru u jieħdu dewqa ta’ dawn ix-xogħlijiet. Wara jkun hemm xi tnaqqir u xorb.

Ħajr lill-Fond Malti għall-Arti, Premju tal-President għall-Kreattività, l-Università ta’ Malta, il-Librerija tal-Università ta’ Malta, it-Teatru Salesjan (skema SARP), Merlin, l-Akkademja tal-Malti, u d-Dipartiment tal-Malti fl-Università. Dan il-proġett hu endorsed mill-Fondazzjoni Valletta 2018.

Aktar tagħrif dwar il-proġett.
L-attività fuq Facebook.

Data: 24 ta’ April
Ħin: mis-1930hrs ’il quddiem
Post: it-Teatru Salesjan, Triq Howard, Tas-Sliema



metamorfosiposter 

 


 

Il-Pubbliku Mistieden fil-Ġonna Botaniċi tal-Argotti

Argotti Botanic Gardens

Il-Pjanti: Tal-Meravilja! Kulħadd huwa mistieden jieħu sehem f’attività li ser issir fil-Ġonna Botaniċi tal-Argotti l-Furjana biex tiġi ċċelebrata d-diversità tal-pjanti u l-irwol tagħhom f’ħajjitna. Il-Ġonna Botaniċi tal-Argotti tal-Università ta’ Malta, li jagħmlu parti mid-Dipartiment tal-Bijoloġija fil-Fakultà tax-Xjenza, mal-UK Society of Biology, mas-Soċjetà tal-Istudenti tax-Xjenza tal-Università (S-Cubed), u mal-MCAST, qed jorganizzaw tmiem il-ġimgħa edukattiv għal studenti sekondarji tal-Bijoloġija u għall-pubbliku bis-suġġett: 'Kif il-pjanti jistgħu jbiddlulna ħajjitna' bejn it-17 u d-19 ta’ April 2015.
 
Il-Ġimgħa 17 ta’ April se tkun irriservata għall-istudenti tal-Bijoloġija fl-iskejjel sekondarji u s-sixth forms. L-Onorevoli Evarist Bartolo, Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, se jiftaħ din l-attività  ta’ Tagħlim fil-Miftuħ. Wara ssir it-tnedija tal-5 temi ta’ 'Kif il-pjanti jistgħu jbiddlulna ħajjitna', u aktar tard, l-istudenti jkunu jistgħu jżuru l-istands biex jesploraw it-temi mal-għalliema tagħhom. Studenti universitarji ser ikunu qed jgħinu f’din l-attività li ser tkun miftuħa għall-istudenti minn nhar il-Ġimgħa 17 ta’ April mid-9:30am sas-1:30pm, u l-familji jiġu milqugħa bejn is-1.30pm u t-3.30pm.

Is-Sibt bejn id-9.00am u l-4.00pm u l-Ħadd bejn id-9.00am u s-1.00pm din l-attività se tkun miftuħa għat-tfal ta’ kull età akkumpanjati minn adulti. Il-familji huma mħeġġa li jattendu.

L-attività tipprovdi opportunità rari biex wieħed jiskopri xi pjanti mhux tas-soltu u biex jitgħallem il-Bijoloġija 'l barra mill-klassi. Permezz ta’ serje ta’ wirjiet, dimostrazzjonijiet, esperimenti u attivitajiet prattiċi, din l-attività tippromwovi tagħrif aħjar dwar il-pjanti u l-innovazzjonijiet fix-xjenza relatata mal-pjanti. Diversità tal-Pjanti għall-Ħtiġijiet Diversi, Ħxejjex Aromatiċi u Mediċinali, Pjanti u l-Inġinerija, Pjanti u t-Tisfija tal-Ilma tad-Drenaġġ, Pjanti u l-Bidla fil-Klima huma ftit mis-suġġetti li se jkunu investigati.

Il-membri tal-istaff tal-Ġonna Botaniċi tal-Argotti għandhom interess kbir fid-dinja affaxxinanti tal-pjanti u għalhekk jixtiequ jaqsmu l-entużjażmu tagħhom ma’ oħrajn biex jispiraw liż-żgħażagħ biex jaħsbu dwar il-pjanti b’lenti ġdida. Kulħadd huwa mistieden biex jingħaqad f’din l-inizjattiva.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.um.edu.mt/argotti jew ikkuntatja lill-istaff tal-Ġonna Botaniċi tal-Argotti fuq 21248984 jew argottigardens@um.edu.mt.
science 100 logo

 


 

Ir-Riċerka Tiegħi fl-MA

Ir-Riċerka Tiegħi fl-MA

'Ir-Riċerka Tiegħi fl-MA' huwa seminar li jlaqqagħna ma’ studenti li jkunu qed jaħdmu fuq teżi tal-MA jew li jkunu għadhom kemm lestewha.

L-għanijiet ewlenija tas-seminar huma li nsiru nafu aktar dwar ir-riċerka li għaddejja bħalissa fil-qasam tal-Malti, u fl-istess ħin l-istudenti jidraw jirċievu kritika kostruttiva li ssirilhom fuq xogħolhom. Dawk li jattendu din l-attività jsiru jafu x’riċerka għaddejja bħalissa fil-Malti, fl-oqsma tal-letteratura u l-lingwistika filwaqt li l-istudenti li għadhom qed jistudjaw għall-ewwel grad jitgħallmu x’jinvolvi l-proċess tal-kitba tat-teżi f’dan il-livell. 

Din is-sena s-seminar se jsir l-Erbgħa 15 t’April f’Sala D1, Iċ-Ċentru għall-Konferenzi Mikiel Anton Vassalli (Gateway Building - GWD1) mit-3.00 sal-4.30pm.

Il-kelliema u s-suġġetti magħżula se jkunu:
  • Charlene Debattista – Il-Malti fl-Era Diġitali: Studju Soċjolingwistiku dwar l-Għodod u r-Riżorsi Diġitali għall-Malti
  • Alvin Vassallo - Carmelo Camilleri u l-Ħidma Ġurnalistika Tiegħu
  • Leanne Bajada - Reġistru, Temi u Xbihat Tabù fin-Narrattiva Kontemporanja Maltija
Dan is-seminar huwa organizzat mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università, bl-għajnuna tal-Għaqda tal-Malti – Università.

 


 

Taħdita: Ġużeppi Ruggier

Iċ-Ċentru ta' Riżorsi fil-Kottonera
Università of Malta

Ġużeppi Ruggier
Min kien dan Ruġġier? X'kien l-erojiżmu tiegħu?

Guzeppi Ruggier

Fl-1859 il-gżejjer Britanniċi nħakmu mill-ikreh maltempata ta' dak is-seklu. F'lejl wieħed għerqu mijiet ta' biċċiet tal-baħar u tilfu ħajjithom bosta mijiet ta' nies. Iżda kien hemm ukoll ħafna atti ta' qlubija biex isalvaw in-nies. L-akbar qlubija kienet ta' baħri mill-Kottonera li kien jismu Ġużeppi Ruggier. Lil dan il-Malti tawh l-ikbar ġieħ.

taħdita mill-Professur Raymond Agius

nhar il-Ġimgħa 13 ta' Marzu 2015
fis-sebgħa ta' filgħaxija
Iċ-Ċentru ta' Riżorsi fil-Kottonera, Triq San Dwardu, Birgu

Għal iktar informazzjoni ċemplu: 2340 7801.

 


 

Prof. John Simpson f'Malta (16, 18, 20 Mar.)

Dalwaqt ikollna fostna, bħala mistieden tad-Dipartiment tal-Malti u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, lill-Prof. John Simpson li għal 20 sena sħaħ (1993-2003) kien iċ-Chief Editor tal-Oxford English Dictionary. Il-Prof. Simpson se jagħmel tliet taħditiet pubbliċi, li għalihom mistieden kulħadd: 
 
It-Tnejn 16 ta’ Marzu mis-1830-2000hrs
The OED: a short history of an institution
L-Erbgħa 18 ta’ Marzu mis-1830-2000hrs
From paper to electronic dictionaries: is it merely a change of media?
Il-Ġimgħa - 20 ta’ Maru mis-1830-2000hrs
A new dictionary of Maltese: what are the issues?

Kollha f’Dar l-Ewropa, 254 Triq San Pawl, il-Belt.

Iż-żjara ta’ akkademiku ta’ dan il-kalibru, li mexxa l-bidla kbira tal-Oxford English Dictionary mid dizzjunarju stampat għad-dizzjunarju online, għalina għandha tkun mhux biss għajn ta’ tagħrif imma wkoll ispirazzjoni biex il-Malti wkoll jasal biex ikollu dizzjunarju kbir tiegħu online.
Kulħadd huwa mistieden.

profjohnsimpson 

 


 

Konferenzi Pubbliċi dwar il-Kultura u l-Identità ta' Pajjiżna (12 Mar.)

UoM logo

L-Istitut tal-Istudji Maltin tal-Università ta' Malta għandu l-pjacir jerġa jniedi s-sensiela ta' konferenzi pubbliċi dwar aspetti varji tal-kultura u l-identità ta' pajjiżna. L-ewwel waħda minn dawn se tkun dwar Insects of Commercial Value in Maltese Culture and Tradition.

Il-kelliem, Paul Portelli, se jibbaża din it-taħdita fuq riċerka oriġinali li wettaq għat-teżi tiegħu fl-Istudji Maltin.

Il-konferenza se ssir fil Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali, Pjazza San Publiju, L-Imdina nhar il-Ħamis 12 ta' Marzu 2015 u tibda fis-1830hrs. Id-direttur tal-Istitut, il-Professur Henry Frendo se jintroduċi lill-kelliem. 

Il-pubbliku huwa mistieden. 



 


 

Taħdita Pubblika: Is-Serp, il-Qamar, Taħt l-Art (20 Mar.)

Is-Serp, il-Qamar u Taħt l-Art huma tliet realtajiet li jmorru flimkien fil-kunċett tal-Bniedem fl-antik tal-eżistenza tiegħu fil-passat, fil-preżent u fil-futur. It-tlieta li huma jinżlu jew qegħdin taħt wiċċ id-dinja jew Oċeanu, Xmarat il-Mewt, li hija wkoll il-Baħar Mediterran, li mewweġ lejn il-Punent bħal kull kostellazzjoni. Il-bniedem ġie mill-Art li rċivietu f’mewtu: fi ħdanha ltaqgħu l-Mewt u l-Fertilità tal-ħajja. Dan iċ-ċiklu sab xhieda kuljum fl-inżul u t-tlugħ tal-qamar u tas-serp: tal-ewwel irregula ħajjet il-bniedem fuq l-Art, tal-aħħar ipproteġa l-intratura lejn Taħt l-Art u l-verità li tinsab hemmhekk. F’dan ix-xenarju jidħlu wkoll is-siġra, l-eroj u l-konnessjoni tax-Xmara Nil mal-Qamar u n-nisa. Malta (Melite/Thrinacia) bit-Tempji Neolitiċi tagħha hija kandidat għas-sit ideali tal-Gżira Sagra li fil-mitoloġija Griega għandha x’taqsam mal-Alla Qamar u l-labirint. 

Din it-taħdita pubblika mill-Professur Horatio Caesar Roger Vella, tad-Dipartiment tal-Latin u l-Grieg, u tal-Arkeoloġija fl-Università ta’ Malta, li kien l-ewwel President tal-Malta Classics Association li qegħda torganizzaha, ser tingħata l-Ġimgħa 20 ta’ Marzu f’Sala E (fuq in-naħa tax-xellug), Gateway, l-Università ta’ Malta fl-Imsida, fis-1800hrs. Wara jkun hemm ikel u xorb ħafif.


 


 

Khaled Khalifa fl-Università ta' Malta

L-awtur magħruf Sirjan Khaled Khalifa se jkun l-Università ta' Malta l-Erbgħa 25 ta' Frar f'12.00pm biex jaqra mir-rumanzi tiegħu u jitkellem dwar l-arti u d-dixxiplina tal-kitba kreattiva. 

Din it-taħdita hija parti mill-kors tad-Degreeplus tad-Dipartiment tal-Malti, Nagħmlu Storja Tinkiteb, u qed tiġi organizzata bl-għajnuna ta' Inizjamed. 

Minkejja l-gwerra qalila li hemm f'pajjiżu, Khaled Khalifa, li twieled u trabba f'Aleppo, għażel li jibqa' jgħix f'Damasku, u qed jikteb djarju li jiddokumenta l-esperjenzi tiegħu u tal-ħbieb tiegħu fil-gwerra.

F'artiklu fuq is-sit ta' TVM li kitbet wara t-taħdita pubbliku li għamel l-awtur dan l-aħħar fil-Kavallier ta' San Ġakbu, Antonia Micallef ikkwotat minn dan id-djarju: "Naħseb fuq il-kitba kemm fallietni u ma setgħetx tikkonsla omm waħda ta’ martri jew tgħin lill-midrub biex jirkupra, jew lil xi tfajjel taħt tinda. Imma l-kitba hija kulma jinħtieġli. L-unika kura biex ma ninbidilx f’qattiel jew nitgħallaq."

Khaled Khalifa se jiġi ppreżentat minn Ghenwa Mumari, mid-Dipartiment tal-Istudji Orjentali, u intervistat minn Dr Adrian Grima u Clare Azzopardi. Id-dħul huwa b'xejn u kulħadd jista' jattendi.

It-taħdita se ssir fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Mikiel Anton Vassalli (GW) HD1.

 


 

Platun u l-Problema tal-Poeżija

​Id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti jippreżenta żewġ taħditiet akkademiċi tas-Sur Karm Serracino, li jgħallem fid-Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija dwar "Platun u l-Problema tal-poeżija." 

It-taħditiet, li huma miftuħin għall-istudenti u l-letturi kollha, se jsiru l-Erbgħa, 18 u 25 ta' Frar, fis-2.00pm, fil-kamra GW164

D​aw​n it-taħdit​iet​ h​uma parti mill-korsijiet dwar il-Metafora fid-Dipartiment tal-Malti tal-Fakultà tal-Arti (MAL2098 u MAL3098).

Karm Serracino jgħallem fid-Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija u ttraduċa għall-Malti l-ktieb ta’ Aristotli, ​​Dwar l-Arti tal-Poeżija, mill-oriġinal bil-Grieg (Malta Classics Association u BDL, 2012). Għat-taħdit​iet​ dan il-ktieb se jkun għall-bejgħ bil-prezz speċjali ta’ €5.


 


 

filMalti: "Aljutta" (20 Frar)

aljuttaghmu

"Min jorqod ma jaqbadx ħut. Iżda spiss, lanqas min ibakkar. Sadiku huwa l-Mulej fil-benevolenza kollha tiegħu. Infiniti huma l-possibiltajiet u l-varji kumbinazzjonijiet tagħhom. Mingħajr sforz ma hemmx premjazzjoni, b'daqsxejn sforz jaf toħroġlok murlita." - Mario Vella

Il-Ġimgħa 20 ta’ Frar 2015, l-Għaqda tal-Malti se turi l-film Aljutta ta’ Mario Vella. Din l-attività se ssir f’GW Sala B1 l-Università ta' Malta, mill-1700-1830hrs. Wara l-film se ssir diskussjoni fuqu mmexxija minn Caldon Mercieca flimkien ma' Mario Vella, il-bniedem ta’ wara l-film. Intom li se tattendu se jkollkom il-ħin taqsmu l-ħsibijiet tagħkom u tiddiskutu mal-kelliema.

Għal aktar tagħrif żuru l-attività fuq Facebook, hawnhekk

 

 


 

Il-Karnival Barokk f'Malta (13 Frar)

karnivalbarokk13frar

 


 

L-imħabba (għall-kotba) għamja (11 Frar)

L-Għaqda tal-Malti se tiċċelebra Jum San Valentinu b'differenza. Għal San Valentinu 2015 ħa tfittex imħabba eterna, li tibqa' żagħżugħa u miegħek sal-mewt!

Għad-dawl tax-xemgħa u l-fjuri ħa tagħmel 'blind date' ma' ktieb; jekk trid idduq u tesperimenta bi mħabba oħra nistednuk biex nhar il-11 ta' Frar tiġi tiltaqa' mal-ktieb tiegħek fil-kwad.

Ħajr lil Liz Groves (Island Books Malta) tad-donazzjoni ta' kotba li tatna.

Għal din l-attività qed nistiednu wkoll lill-pubbliku biex min jixtieq ibigħ xi kotba jagħmel dan waqt din l-attività. Kull min jixtieq iġib xi kotba jista' jġibhom dakinhar filgħodu u jiġborhom lura dakinhar wara l-attività.

Min jixtieq iktar informazzjoni jista' jibagħtilna fil-paġna tal-Għaqda tal-Malti (hawn) jew fl-indirizz elettroniku: ghaqdatalmalti@gmail.com

bookblinddate2015 

 


 

Il-Qarċilla (16 Frar)

Id-Dipartiment tal-Malti se jtella' Il-Qarċilla fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu, fis-16 ta' Frar. L-għada se jtellagħha fil-Mużew tal-Istorja Naturali, l-Imdina. Il-Qarċilla taqsam xi elementi komuni mal-pantomima imma ssir fil-Karnival.

Żuru l-paġna tal-Facebook tad-Dipartiment tal-Malti jew ta' Heritage Malta għal dettalji oħra.

qarcillaposter

 


 

Malta Global Game Jam interess internazzjonali (23-25 Jan.)

Immaġina li tinħoloq logħba fi żmien 48 siegħa li tista’ tintlagħab minn kulħadd madwar id-dinja.  Dak hu li se jagħmlu l-parteċipanti fil-Malta Global Game Jam ta’ din is-sena, kemm jekk huma veterani tal-industrija tal-logħob kif ukoll jekk huma ġodda għal kollox fl-iżvilupp tal-logħob.

It-tieni ftuħ tal-Malta Global Game Jam se jsir fl-Istitut tal-Logħob Diġitali, l-Università ta’ Malta.  Mit-23 sal-25 ta’ Jannar, disinjaturi tal-logħob, programmers, artisti, mużiċisti u nies kreattivi oħra Maltin u internazzjonali se jingħaqdu ma’ xi 25,000 parteċipant ieħor fil-Global Game Jam, biex jikkollaboraw fuq proġetti innovattivi ta’ logħob li jitqassmu lil players madwar id-dinja.

Mal-avveniment Malti se jingħaqad il-ġurnalist ta’ fama internazzjonali dwar il-logħob Leigh Alexander, u l-preżenza tiegħu tiġbed attenzjoni internazzjonali għall-Malta Global Game Jam.  Il-kitbiet ta’ Leigh, l-editur ta’ Gamasutra, dwar il-logħob dehru fir-rivista TIME, f’The Guardian u fi Slate, fost ħafna oħrajn.  Id-diskors ewlieni ta’ Leigh, ‘Games: A Human Work’ (‘Il-Logħob: Xogħol il-Bniedem’), se jeżamina kif għodod ġodda u ħallieqa ġodda jfissru opportunitajiet ġodda sabiex il-logħob  jikkomunikaw affarijiet ġodda lil nies ġodda.  Żviluppaturi indipendenti tal-logħob mhumiex qegħdin sempliċement joħolqu l-prodotti, imma qed jagħmlu wkoll xogħlijiet tal-bniedem.  L-avveniment tal-ftuħ jibda fis-1430hrs il-Ġimgħa u huwa bla ħlas u miftuħ għall-pubbliku, u jagħlaq fit-2000hrs.

Il-fokus fuq l-iżvilupp tal-logħob indipendenti fil-kuntest internazzjonali jkompli minn fejn kien waqaf ll-jam tas-sena l-oħra li l-postijiet għalih kienu imtlew kollha, li kien fih numru ta’ logħob li ġibdu l-attenzjoni tal-midja u pubblikaturi internazzjonali.  Il-Ġimgħa wara nofsinhar se jitkellem ukoll l-iżviluppatur u kritiku tal-logħob Pippin Barr, kif ukoll disinjaturi tal-logħob, iż-żgħażagħ Maltin David Chircop u Yannick Massa.  Il-board game ta’ David u Yannick, ... and then we held hands ... 

(... imbagħad żammejna idejn xulxin ...), rebaħ il-vot popolari fil-Malta Global Game Jam tas-sena l-oħra.  Dawk li jilagħbu l-logħba jikkooperaw sabiex isolvu tensjonijiet f’relazzjoni romantika li sejra ħażin.  Irnexxielha tikseb l-ewwel post fil-Board Game Geek’s Hotness list u kisbet riżultati għoljin f’diversi kategoriji fl-Entropy Magazine’s Best 0f 2014 list.  Saħansitra vvjaġġat għall-konvenzjoni kummerċjali ewlenija dwar il-board games f’Essen, il-Ġermanja.  Mhux ħażin għal jumejn xogħol!

Ir-Reġistrazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-game jam ta’ 48 siegħa hija ta’ €30 u l-postijiet huma strettament limitati.  Għal aktar informazzjoni żuru maltagamejam.com.

Ikkuntattjaw lil Ashley Davis (23403510) għal aktar informazzjoni. 

maltaglobalgamejam 

 

 


 

Tnedija tal-ktieb: Fejn staħbejtli? (17 Jan.)

fejnstahbejtliposter

 


 

Attivitajiet organizzati fic-CIS

 


 

 

< Previous 1 Next >

 
 

Log In