Illum l-Università għandha
erbatax-il Fakultà: l-Ambjent Mibni; l-Arti; l-Edukazzjoni; l-Ekonomija, il-
Management u l-
Accountancy; l-Inġinerija; il-Kirurġija Dentali; il-Liġi; il-Mediċina u l-Kirurġija; il-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien; it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni; it-Teoloġija, it-Tisħiħ tas-Soċjetà, ix-Xjenza u x-Xjenzi tas-Saħħa.
Twaqqfu għadd ta’ Ċentri u
Istituti interdixxiplinarji f’diversi oqsma. Fost dawn insibu l-Amministrazzjoni Pubblika u l-
Management; l-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport; l-Istitut Edward De Bono għat-Tifsil u l-Iżvilupp tal-Ħsieb; il-Gżejjer u l-Istati ż-Żgħar; l-Istitut Konfuċju; l-Istudji Anglo-Taljani; l-Istudji tal-Barokk; l-Istudji Ewropej; l-Istudji Maltin; il-Lingwistika; l-Istitut tal-Mediterran, għall-Enerġija Sostenibbli, għall-Iżvilupp Sostenibbli, is-Sistemi Ambjentali, it-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura, u l-Akkademja Mediterranja għall-Istudji tad-Diplomazija.
Iċ-Ċentri jinkludu: iċ-Ċentru għaċ-Ċibernetika Bijomedika, iċ-Ċentru għall-Edukazzjoni u r-Riċerka Ambjentali; iċ-Ċentru Ewro-Mediterranju għar-Riċerka Edukattiva; iċ-Ċentru Ewropew tal-Ġerontoloġija; iċ-Ċentru Ewropew għar-Reżiljenza fl-Edukazzjoni u s-Saħħa Emozzjonali u Soċjali; iċ-Ċentru għall-Istudji tax-Xogħol; Iċ-Ċentru tal-Litteriżmu; u l-IOI - iċ-Ċentru Operazzjonali ta' Malta.
Il-kampus tal-Imsida għandu wkoll l-
IMO International Martime Law Institute (IMLI).
Il-pubbliku laqa’ sew l-Università tat-Tielet Età; is-sħubija fiha kulma tmur tiżdied u l-attivitajiet tagħha huma popolari ħafna.
24/5/2013
http://www.um.edu.mt/malti/dwar/akkademiku