Il-
Malta University Holding Company Ltd (MUHC) tħaddan l-interessi kummerċjali tal-Università ta’ Malta. Il-kumpaniji fi ħdan il-Holding Company jservu bħala interface kummerċjali bejn l-Università ta’ Malta u l-komunità tan-negozju, jagħmluha ta’ sensara għar-riżorsi u l-assi tal-Università biex jipprovdu valur addizzjonali permezz ta’ attività kummerċjali.
Il-
Matriculation and Secondary Education Certificate Examinations Board (MATSEC) huwa responsabbli għall-Eżamijiet taċ-Ċertifikat tal-Matrikola u l-Eżamijiet taċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja organizzati darbtejn f’sena.
Il-
Malta Internet Foundation, magħrufa wkoll bħala NIC(Malta), twaqqfet mill-Università fl-1999 u hija responsabbli għall-qasam għoli fuq l-internet .MT għal Malta. Il-Fondazzjoni hija wkoll involuta f’diversi attivitajiet oħra biex tippromovi l-iżvilupp tal-Internet f’Malta.
19/5/2013
http://www.um.edu.mt/malti/dwar/entitajiet