L-Università ta' Malta
 

Servizzi Amministrattivi
Dħul Dħul
 
 
 
Aħbarijiet tal-Kampus
Mappa tal-Kampus
 

 students10iL-Academic Programmes Quality and Resources Unit (APQRU) huwa d-driegħ amministrattiv tal-Programme Validation Committee (PVC). Il-Programme Validation Committee tqabbad mis-Senat biex jassigura li l-programmi ta’ studju offruti mill-Università għandhom l-istandard akkademiku meħtieġ u r-riżorsi neċessarji u qegħdin jilħqu l-bżonnijiet nazzjonali u tas-suq. L-APQRU jagħmel parti mir-Rettorat u jassisti l-Fakultajiet fit-tfassil tal-programmi ta’ studju għall-ewwel grad u għal gradi postgradwatorji skond ir-regolamenti ġenerali.

L-għan ewlieni tad-dipartiment tal-Bini, il-Faċilitajiet u l-Iżvilupp Kapitali huwa l-immaniġġjar tal-art u l-bini kollu tal-Università ta’ Malta, inkluż l-immaniġġjar kollu tal-proġetti ta’ kostruzzjoni u manutenzjoni fuq il-propjetà tal-Università.

L-Uffiċċju tal-Finanzi
huwa responsabbli għall-ħwejjeġ finanzjarji kollha tal-Università inklużi, imma mhux limitat għalihom biss, is-salarji, ħlasijiet lis-suppliers, il-miżati tal-istudenti, il-works resources, l-iffinanzjar ta’ proġetti tal-UE, u l-kontroll tal-ispejjeż. L-Uffiċċju tal-Finanzi huwa wkoll responsabbli għall-ksib kollu tal-Università.

L-International Office huwa responsabbli biex jiżviluppa, jippjana, u jimplimenta l-politika ta’ internazzjonalizzazzjoni tal-Università, l-aktar fil-qasam ta’ relazzjonijiet ma’ Istituzzjonijiet oħra u ta’ promozzjoni tal-Università barra minn Malta.

L-Uffiċċju għat-Tmexxija u l-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani jmexxi l-isforzi tal-Università biex jingaġġa, jiżviluppa, u jsostni l-qawwa tax-xogħol li trid tilħaq il-ħtiġijiet ta’ istituzzjoni akkademika u dinamika.

L-Uffiċċju tar-Reġistratur huwa responsabbli għall-amministrazzjoni akkademika tal-Università inklużi l-affarijiet kollha marbutin mal-korsijiet u mal-istudenti li għandhom x’jaqsmu mad-dħul, tqassim ta’ klassijiet u eżamijiet, rekords akkademiċi, u l-progress għall-gradwazzjoni ta’ kull sena. L-Uffiċċju huwa responsabbli wkoll għal servizzi oħra għall-istudenti bħall-iStudents Advisory Services and l-Counselling Unit. Bħala s-Segretarju tas-Senat u tal-Bordijiet kollha tal-Fakultajiet u tal-Istituti, ir-Reġistratur għandu r-responsabiltà biex jara li d-deċiżjonijiet kollha tas-Senat u r-Regolamenti kollha jkunu qegħdin jiġu implimentati b’mod tajjeb.

 
 
Aġġornata l-aħħar: 21/4/2017

Log In