L-Università ta' Malta
 

L-Istudji fl-Università
Dħul Dħul
 
 
 
Aħbarijiet tal-Kampus
Mappa tal-Kampus
 

L-Università ta’ Malta, li tinsab f’Tal-Qroqq, hija l-ogħla istituzzjoni ta’ tagħlim tal-Istat li l-aktar li jiffinanzjaha, u tilqa’ lil kull min għandu l-kwalifiki meħtieġa.

F’dawn l-aħħar ftit snin, l-Università rrevediet l-istrutturi tagħha biex tkun konformi mal-proċess ta’ Bolonja li qed jaħseb biex jistabbilixxi l-Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni Għolja sal-2010.

Konxja tas-sehem pubbliku tagħha, l-Università tħabrek sabiex toħloq korsijiet li huma relevanti u f’waqthom skont il-ħtieġa tal-pajjiż. Il-korpi supremi li jiggvernaw l-Università huma l-Kunsill u s-Senat.

Hemm madwar 10,000 student li jinkludu ’l fuq minn 750 student barrani jew student tat-tpartit minn kważi 80 pajjiż differenti, li qegħdin isegwu korsijiet għal grad u għal diploma full-time jew part-time, li bosta minnhom jimxu fuq is-sistema modulari jew ta’ krediti.

Il-Foundation Studies Course huwa kors bażiku u jagħti l-opportunità lill-istudenti internazzjonali li jkunu temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom barra minn Malta imma li ma jkollhomx ir-rekwiżiti neċessarji għad-dħul, biex jikkwalifikaw għad-dħul f’xi kors li jwassalhom għall-ewwel grad fl-Università ta’ Malta.

L-Università hija mgħammra biex taħdem skont il-bżonnijiet industrijali u infrastrutturali tal-pajjiż biex tipprovdi nies esperti f’oqsma kruċjali. ’Il fuq minn 2,500 student jiggradwaw kull sena f’diversi dixxiplini.

Il-korsijiet li jwasslu għal grad fl-Università jitfasslu biex jipproduċu professjonisti kkwalifikati ħafna, b’esperjenza fir-riċerka, li jagħtu sehem ewlieni fl-industrija, fil-kummerċ, u fl-affarijiet pubbliċi inġenerali. Hemm ukoll 3,000 student preterzjarju fil-Junior College li jitmexxa mill-Università.

Xi Links Utli

L-Uffiċċju tar-Reġistratur

L-Uffiċċju Internazzjonali u tal-UE

Is-Servizzi ta' Parir lill-Istudenti

Il-Librerija

Servizzi għall-Istudenti


students09g


buildingb

 
 
Aġġornata l-aħħar: 13/1/2010

Log In
L-Università ta' Malta
University of Malta