Il-Bibljoteka tal-Università ta’ Malta, bil-fergħat u d-diversi depożitorji tagħha, tħaddan fiha madwar miljun ktieb, firxa estensiva ta’ rivisti akkademiċi, bosta riżorsi u servizzi elettroniċi, u għadd sabieħ ta’ kollezzjonijiet prestiġjużi ta’ materjal arkivistiku u rari.
Il-Bibljoteka hija ċentru għal tfittix ta’ nformazzjoni u ssostni lill-Università fil-programmi tagħha tat-tagħlim u riċerka permezz ta’ servizzi li jinkludu faċilità ta’ konsulenza, taħriġ fl-information literacy, struzzjoni bibljografika, publikazzjonijiet stampati u online, akkwist ta’ materjal minn ċentri oħra internazzjonali, u web portal dinamiku. Il-Bibljoteka ċentrali toffri spazju għall-istudju għal 400 ruħ, f’taħlita ta’ arranġamenti tradizzjonali għal xogħol individwali, u ambjenti informali li jippromwovu d-diskussjoni fi gruppi, b’servizzi u faċilitajiet elettroniċi għad-dispożizzjoni ta’ l-istudent.
24/5/2012
http://www.um.edu.mt/malti/dwar/universita/bibljoteka