Hawn bħalissa madwar 10,000 student, li jinkludu ’l fuq minn 600 student barrani jew studenti fuq skambju minn kważi 60 pajjiż differenti, li qegħdin jieħdu korsijiet li jwasslu għal xi diploma jew għal xi grad fuq bażi ta’ part-time jew full-time, u bosta minn dawn il-korsijiet jitmexxew bis-sistema modulari jew ta’ krediti.
Kważi 3,000 student jiggradwaw kull sena f’dixxiplini differenti. Il-korsijiet li jwasslu għal grad universitarju tfasslu sabiex jipproduċu professjonisti li huma kkwalifikati sew, b’esperjenza fir-riċerka, u li jkollhom jagħtu sehem essenzjali fl-industrija, fil-kummerċ, u f’affarijiet pubbliċi in ġenerali.
Fil-Junior College hemm 2,800 student.
Fl-2010 kien hemm 17-il ċeremonja ta’ gradwazzjoni.
Illum il-ġurnata l-Università għandha tlettax-il Fakultà u għadd ta’ Istituti u Ċentri.
Il-wisgħa totali li jokkupa l-bini tal-Librerija tal-Università hija bejn 5,000 u 6,000 metru kwadru, u tħaddan bejn wieħed u ieħor 700,000 volum. Fil-mument il-Librerija qiegħda abbonata f’xi 20,000 revista.
L-Erja Sħiħa tal-Kampus tal-Università
Il-qasam art fi ħdan it-triq tad-dawra tal-Università jġib bejn wieħed u ieħor 115,000 metru kwadru. L-oqsma l-oħra ’l barra mit-triq tad-dawra jġibu madwar 80,000 metru kwadru, li jagħtu erja totali ta’ 195,000 metru kwadru. Dawn iġibu b’kollox mal-173 tomna.
Xi Statistika
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2011-2012) 
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq il-Gradwati skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2010-2011) 
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2010-2011) 
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq il-Gradwati skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2009-2010) 
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2009-2010) 
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq il-Gradwati skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2008-2009) 
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2008-2009) 
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq il-Gradwati skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2007-2008) 
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2007-2008) 
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq il-Gradwati skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2006-2007) 
24/5/2012
http://www.um.edu.mt/malti/dwar/universita/fattiufiguri