L-Università ta' Malta
 

It-Tmexxija
Dħul Dħul
 
 
 
Aħbarijiet tal-Kampus
Mappa tal-Kampus
 

L-istruttura amministrattiva tal-Università ta’ Malta hija magħmula minn numru ta’ membri tal-istaff akkademiku u mhux-akkademiku li huma maħtura jew eletti biex iservu fid-diversi korpi ta’ tmexxija tal-Università. L-uffiċjali ewlenin tal-Università huma l-Kanċellier, il-Viċi Kanċillier, ir-Rettur, il-Pro-retturi, ir-Reġistratur u d-Dekani tal-Fakultajiet, kif ukoll l-Uffiċjal tal-Finanzi u l-Librar. Il-korpi prinċipali tat-tmexxija huma l-Kunsill, is-Senat u l-Bordijiet tal-Fakultajiet.

Rector

Ir-Rettur tal-Università
Il-Professur Juanito Camilleri,
B.Sc.(Hons.)(Kent),Ph.D.(Cantab.)

Chancellor
Il-Kanċellier tal-Università
Il-Professur David Attard,
U.O.M., LL.D., D.Phil.(Oxon.)



Bħala l-ogħla korp fit-tmexxija tal-Università, il-Kunsill huwa responsabbli mill-amministrazzjoni ġenerali tal-Università. Il-Fakultajiet jiġbru fi ħdanhom dipartimenti li jiffukaw fuq qasam maġġuri tal-għarfien, filwaqt li l-Istituti huma ta’ natura interdixxiplinarja. Il-Kunsill huwa responsabbli wkoll mill-ħatra ta’ membri ġodda tal-istaff, kemm Maltin u kemm barranin, għad-diversi karigi akkademiċi.

Is-Senat huwa qabelxejn responsabbli mill-affarijiet akkademiċi tal-Università, speċjalment li jirregola l-istudji, ir-riċerka, id-dokumentazzjoni u l-eżamijiet tal-Università. Is-Senat jistabbilixxi wkoll ir-regolamenti għad-dħul fl-Università.

Il-Bord tal-Fakultà jidderieġi l-ħidma akkademika tal-Fakultà. Il-Bord jippreżenta l-pjanijiet u l-proposti tiegħu lis-Senat u lill-Kunsill. Barramindan, jiddetermina l-istudji, it-tagħlim u r-riċerka fi ħdan il-Fakultà.

L-Uffiċċju tar-Reġistratur
L-Uffiċċju tal-Finanzi
Il-Librerija tal-Università
 
 
Aġġornata l-aħħar: 3/5/2012

Log In
L-Università ta' Malta
University of Malta