L-Università ta' Malta
 

Il-Kampusijiet
Dħul Dħul
 
 
 
Aħbarijiet tal-Kampus
Mappa tal-Kampus
 

kampus
 
L-Ewwel Ġebla tal-kampus ewlieni fl-Imsida (magħruf bħala Tal-Qroqq) tqegħdet nhar it-22 ta' Settembru 1964 mill-Onor. Duncan Sandys, li dik il-ħabta kien is-Segretarju tal-Commonwealth. L-erja totali tal-Kampus tal-Imsida huwa ta' 194452 metru kwadru.

Hemm żewġ kampusijiet oħra: wieħed il-Belt Valletta u l-ieħor Għawdex.

Il-Kampus tal-Belt Valletta qiegħed fil-Bini tal-Università l-Qadima u jmur lura għat-twaqqif tal-Collegium Melitense u jinkorpora l-Aula Magna. Il-Kampus tal-Belt Valletta jservi wkoll bħala ambjent prestiġjuz biex jilqa’ konferenzi internazzjonali, seminars, korsijiet qosra u skejjel tas-sajf. Huwa wkoll il-post fejn isiru l-korsijiet tal-International Collaborative Programmes, il-Fond għar-Riċerka tal-Università (RIDT) u t-Taqsima għall-Konferenzi u l-Avvenimenti.

Il-Kampus ta’ Għawdex (li qabel kien magħruf bħala ċ-Ċentru ta’ Għawdex tal-Università ta’ Malta) twaqqaf fl-1992 bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex. L-amministrazzjoni tal-Kampus ta’ Għawdex tal-Università ta’ Malta tappoġġja l-organizzazzjoni ta’ korsijiet part-time għal xi grad u diploma u ta’ korsijiet qosra u tipprovdi għall-ħtiġijiet tan-numru li dejjem jikber ta’ studenti minn Għawdex li jistudjaw fuq il-kampus ewlieni. Dan il-kampus jipprovdi wkoll post għal lectures u seminars pubbliċi u għall-Guesten Atmospheric Research Centre, fi ħdan id-Dipartiment tal-Ġeoxjenzi.
 
 
Aġġornata l-aħħar: 27/2/2017

Log In