L-Università ta’ Malta hi impenjata li tħares il-privatezza tal-viżitaturi tas-sit elettroniku tagħha billi tkun konformi mal-
Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001. Il-Politika ta’ Privatezza t’hawn taħt tispjega t-tipi ta’ data miġbura u kif tintuża l-informazzjoni.
Informazzjoni Personali
Formoli u Stħarriġ
L-Università ta’ Malta tista’ tiġbor ukoll l-informazzjoni personali li tkun fornuta lilha mill-użu tal-formoli u tal-istħarriġ elettroniku. Din l-informazzjoni ma tingħatax lil terzi persuni u tintuża biss għal skop ta’ komunikazzjoni, jekk inti stess – l-utent – tkun tixtieq, meta tibgħat l-istess formola jew timla l-istħarriġ. Meta tibgħat l-informazzjoni personali permezz ta’ dawn il-mezzi elettroniċi inti tkun qed taqbel li l-personal tal-Università ikun jista’ juża d-dettalji tiegħek għall-iskop ta’ negozju tal-università biss.
CookiesIl-
cookies huma partijiet żgħar ta’ informazzjoni li kwalunkwe sit elettroniku jista’ jpoġġi fil-
hard drive tiegħek biex ikun jista’ jiftakar xi ħaġa dwarek, aktar tard, meta terġa’ tidħol fl-istess sit. L-informazzjoni tkun f’għamla ta’
text file u tkun tinftiehem biss mis-sit partikolari li jkun ħoloq il-
cookie/s.
Il-portal tal-Università juża l-
cookies għal ċerti applikazzjonijiet, eż. biex jiftakar ismek meta timla l-formoli tal-internet. Il-
cookies jintużaw ukoll biex tittraċċa b’mod anonimu kif il-viżitaturi jħufu fis-sit, inkluż minn fejn ikunu ġew u xi jkunu għamlu. Imbagħad dan it-tagħrif jintuża biex finalment jgħin ħalli tittejjeb l-esperjenza virtwali tal-udjenzi kollha tas-sit. Tista’ twaqqaf il-brawżer tiegħek milli jagħmel skambju ta’
cookies ma’ ċerti servers tal-internet fi kwalunkwe ħin billi tibdel is-settings tal-brawżer tal-internet tiegħek.
Posta ElettronikaJekk tikkuntattja l-Università ta’ Malta bil-posta elettronika aħna nżommu reġistru b’dik il-korrispondenza għall-iskop ta’ negozju tal-Università biss. Ma nżidux l-indirizzi elettroniċi ta’ dawk li jkunu kkuntattjawna bil-posta elettronika f’xi lista postali, u daqstant ieħor ma ngħaddux dawn l-indirizzi lil terzi persuni.
Tibdil fil-Politika ta’ PrivatezzaL-Università tirriserva d-dritt li tibdel din il-Politika ta’ Privatezza fi kwalunkwe ħin. Il-viżitaturi huma mħeġġa biex jikkonsultaw din il-Politika ta’ Privatezza minn żmien għal żmien biex ikunu konxji b’ċertu tibdil li jista’ jkun sar fiha. Id-data meta din il-Politika ta’ Privatezza kienet aġġornata l-aħħar hi indikata hawn taħt.
Mistoqsijiet dwar l-istqarrija tal-Politika ta’ Privatezza għandhom jintbagħtu
hawn.