Ekosistema ta’ sapport

Ekosistema ta’ sapport

Malta's flagGreat Britian's flag

 

Noħolqu Ekosistema ta’ Infrastruttura u Sapport

 

Din it-taqsima tappartjeni għall-Pjan Strateġiku 2020-2025, li jestabilixxi l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Università, il-fakultajiet, id-dipartimenti, iċ-ċentri, l-istituzzjonijiet u l-iskejjel tagħha.   

 

   L-Istrateġiji Biex Nilħqu l-Għanijiet

   L-Impenji

  • Noħolqu ekosistema ta’ infrastruttura u sapport
  • Noħolqu ekosistema ta’ servizzi ta’ għajnuna u infrastruttura
  • Nallokaw ir-riżorsi b’mod ġust bi proċessi sistematiċi
  • Nieħdu deċiżjonijiet imsejsa fuq l-evidenza dwar riżorsi u inizjattivi sostenibbli
  • Ninsġu l-għarfien espert eżistenti u nnaqqsu d-dupplikazzjoni tar-riżorsi
  • Nippromwovu inizjattivi u prattiċi ta’ mmaniġġjar li jżidu l-produttività u nqabblu l-proċessi tal-operat mal-għanijiet tal-organizzazzjoni

 

Biex l-Università tilħaq l-għanijiet tal-Pjan Strateġiku, jeħtieġ li noħolqu ekosistema ta’ infrastruttura u sapport edukattiv li tippromwovi ambjent li jwassal għal livell għoli ta’ struzzjoni u riċerka. L-istudenti u l-istaff tagħna jeħtieġu s-sapport u l-gwida meta jipparteċipaw fil-programmi tat-tagħlim jew meta jagħmlu r-riċerka għax dawn jgħinuhom jipproduċu xogħol li jħalli impatt fuq l-akkademja, l-industrija u s-soċjetà. L-ambjenti ta’ struzzjoni u studju u l-infrastruttura anċillari tas-servizzi ta’ għajnuna jistgħu jkunu fatturi b’saħħithom li jippermettu l-għerf, ir-riċerka, l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà.   

Allokazzjoni Ġusta ta’ Riżorsi

Il-provvista tas-servizzi ta’ għajnuna għandha tkun imparzjali, ġusta u prattika biex tgħin lill-istudenti u l-membri tal-istaff iżidu r-riżultati u l-involviment tagħhom fit-tagħlim. L-allokazzjoni tar-riżorsi se tibqa’ msejsa fuq informazzjoni preċiża dwar il-ħtiġijiet edukattivi, u evalwata bi proċess trasparenti u sistematiku.

L-Immaniġġjar Imsejjes fuq l-Evidenza

Huwa importanti li nħeġġu t-teħid tad-deċiżjonijiet li jkun imsejjes fuq l-evidenza u li nibbilanċjaw ix-xewqa, mill-aktar xierqa, tal-Università li l-inizjattivi l-ġodda jittieħdu wara li tkun saret evalwazzjoni tagħhom, b’tali mod li l-proġetti jibqgħu sostenibbli fit-tul.

Is-Sinerġija u l-Effiċjenza

Sabiex noffru programmi edukattivi u riċerka avvanzata, il-komunità universitarja teħtieġ għarfien amministrattiv espert speċjalizzat u aġġornat għall-provvista indiskriminata ta’ riżorsi umani, servizzi finanzjarji, ippjanar tal-artijiet, teknoloġija tal-informatika, mudelli legali, proċeduri tal-akkwist, komunikazzjoni, proċessi tal-istudenti, servizzi tal-librerija u għajnuna għar-riċerka. Bħala parti mill-metodu prammatiku tagħna, l-Università se tagħraf u ssegwi inizjattivi tal-immaniġġjar li jżidu l-produttività u l-konformità tal-proċessi operattivi ħalli l-istudenti u l-membri tal-istaff ikunu jistgħu jappoġġjaw aħjar il-viżjoni tal-Università.  

Se nkomplu niżviluppaw il-programmi edukattivi u s-sħubiji ta’ riċerka tal-Università. Hu importanti li l-fakultajiet, id-dipartimenti, iċ-ċentri, l-istituzzjonijiet u l-iskejjel jikkollaboraw biex nibnu bażi finanzjarja sostenibbli billi joħolqu sinerġiji, itejbu l-proċessi tal-istudenti, u jevitaw id-dupplikazzjoni tal-programmi, ir-riżorsi u l-ispejjeż matul l-organizzazzjoni.

 


https://www.um.edu.mt/about/pjanstrategiku/impenjistrategici8-servizziusapportamministrattiv/ekosistematasapport/