Il-kumitat ta’ tmexxija

MLTFlagGBFlag 

L-Università ta’ Malta nehdiet proċess tal-Ippjanar Strateġiku biex taġġorna l-viżjoni u l-missjoni tagħha għas-snin li ġejjin. Il-Pjan Strateġiku 2020-2025 jippreżenta għadd ta’ għanijiet ġenerali u pjan direzzjonali dwar kif dawn jistgħu jintlaħqu.

Il-Proċess tal-Ippjanar Strateġiku ġie amministrat minn Kumitat ta’ Tmexxija li opera bħala sottokumitat konġunt tas-Senat u l-Kunsill. Il-Kumitat kien jikkonsisti minn rappreżentanti tal-istudenti, ir-Rettur u l-Pro-Retturi, rappreżentanti akkademiċi mis-Senat u l-Kunsill, ir-Reġistratur bħala Segretarju tas-Senat, u s-Segretarju tal-Kunsill. Il-Kumitat ipprovda direzzjoni għal dawk l-inizjattivi u l-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp tal-pjan, u serva wkoll ta’ pjattaforma inklużiva għad-diskussjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet.  

Membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija għall-Iżvilupp Strateġiku

  • Il-President: Prof Alfred J Vella, Rettur
  • Il-Kopresident: Prof Tanya Sammut-Bonnici, il-Prorettur għall-Ippjanar Strateġiku u l-Intrapriża 
  • Prof Godfrey Baldacchino, il-Prorettur għall-Iżvilupp Internazzjonali u l-Assigurazzjoni tal-Kwalità
  • Prof Joseph M Cacciotolo, il-Prorettur għall-Affarijiet Akkademiċi
  • Is-Sur Omar Chircop, ir-Rappreżentant tal-Istudenti fil-Kunsill
  • Is-Sur William Farrugia, il-President tal-KSU, 2019-2020
  • Prof Dominic Fenech, ir-Rappreżentant tas-Senat fil-Kunsill
  • Is-Sa Carla Galea, il-President tal-KSU, 2018-2019
  • Is-Sa Veronica Grech, ir-Reġistratur
  • Is-Sur Alexander Hili, ir-Rappreżentant tal-Istudenti fil-Kunsill
  • Is-Sur Michael R Piccinino, ir-Rappreżentant tal-Istudenti fis-Senat
  • Prof Carmen Sammut, il-Prorettur għall-Affarijiet tal-Istudenti u l-Istaff u l-Kuntatt mas-Soċjetà
  • Is-Sur Simon Sammut, is-Segratarju tal-Kunsill 
  • Prof Emmanuel Sinagra, ir-Rappreżentant tas-Senat fil-Kunsill
  • Prof Alex Torpiano, ir-Rappreżentant tas-Senat fil-Kunsill
  • Is-Sur Daniel Vella, ir-Rappreżentant tal-Istudenti fis-Senat
  • Prof Inġ Saviour Zammit, il-Prorettur għar-Riċerka u t-Trasferiment tal-Għarfien


 


Il-Proċess ta’ Żvilupp Strateġiku għall-Università ta’ Malta huwa organizzat mit-tim iddedikat għall-Ippjanar Strateġiku u l-Intrapriża. Aħna kontinwament infittxu li nirċievu rispons sabiex intejbu u nevolvu l-proċess tal-ippjanar strateġiku tagħna, filwaqt li nidentifikaw opportunitajiet biex ngħinu lill-istudenti u lill-istaff ħalli jilħqu l-għanijiet tal-Università.  

https://www.um.edu.mt/about/pjanstrategiku/processtalippjanarstrategiku/kumitattatmexxija