L-istrateġiji ewlenin u l-istrateġiji biex nilħqu l-għanijiet

L-istrateġiji ewlenin u l-istrateġiji biex nilħqu l-għanijiet

 

L-Università ta’ Malta nehdiet il-Proċess tal-Ippjanar Strateġiku sabiex taġġorna l-viżjoni u l-missjoni tagħha għas-snin li ġejjin. Il-Pjan Strateġiku 2020-2025 jippreżenta għadd ta’ għanijiet ġenerali u pjan direzzjonali dwar kif dawn jistgħu jintlaħqu. 

L-iżvilupp tal-viżjoni strateġika qies l-interazzjoni ta’ bejn l-istrateġiji ewlenin u l-Istrateġiji biex nilħqu l-għanijiet, li huma b’saħħithom fl-istituzzjonijiet globali tal-edukazzjoni ogħla. 

L-Istrateġiji Ewlenin - edukazzjoni, riċerka u kuntatt mas-soċjetà

L-istrateġiji ewlenin tagħna jindirizzaw l-għanijiet edukattivi u jipprovdu l-punt tat-tluq għall-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-viżjoni u l-missjoni tal-Università ta’ Malta.

L-istrateġiji ewlenin popolari li tipikament jidhru fil-pjanijiet ta’ istituzzjonijiet globali ta' edukazzjoni ogħla huma:

  1. It-Tagħlim u l-Istruzzjoni
  2. It-Trasferiment tar-Riċerka u l-Għarfien
  3. L-Impatt u l-Fatturi Soċjali
  4. L-Impatt fuq l-Intrapriża u l-Industrija
  5. L-Impatt Nazzjonali
  6. Il-Viżjoni Internazzjonali
  7. Is-Sostenibbiltà

L-istrateġiji ewlenin tal-Università ta’ Malta ttieħdu minn eżerċizzju ta’ referenzar li kkunsidra l-aqwa prassi tal-istituzzjonijiet edukattivi ewlenin, il-linji gwida għal edukazzjoni ogħla, il-linji gwida u l-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-kwalità tal-linji gwida f’livell internazzjonali u nazzjonali u l-klassifikazzjoni tal-metriċi. Kull stratġeija msemmija hawn fuq tħaddan iżjed sottogruppi tat-temi strateġiċi ewlenin li huma soġġetti għal avvanz kostanti u proċess kontinwu ta’ titjib.

L-Istrateġiji biex Nilħqu l-Għanijiet - amministrattivi

L-istrateġiji biex nilħqu l-għanijiet tal-Università ta’ Malta jiffukaw fuq is-sapport amministrattiv meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet edukattivi u akkademiċi. L-oqsma ewlenin tas-sapport amministrattiv ġew irrappreżentati mid-direttorati amministrattivi.

 


https://www.um.edu.mt/about/pjanstrategiku/processtalippjanarstrategiku/listrategijiewleninulistrategijibiexnilhqulghanijiet/