Impenji Strateġiċi 2020

MLTFlagGBFlag 

Impenji Strateġiċi għas-Sena Akkademika 2019-2020  

 

  1. Ninkludu taħlita ta’ ħiliet, bħall-ħsieb kritiku, id-dibattitu infurmat, ilkomunikazzjoni u d-diskors pubbliku fil-programmi tat-tagħlim
  2. Nirrevedu u naġġornaw ta’ spiss il-programmi tal-istruzzjoni biex inwieġbu għaxxewqat tal-istudenti, il-pariri tal-esperti, fid-dawl tal- bidliet li għaddejjin minnhom id-dixxiplini
  3. Intejbu s-sistemi formali tal-ġbir tal-fehmiet u nħeġġu l-użu ta’ sistemi oħra informali bejn l-istudenti u l-akkademiċi 
  4. Nipprovdu għajnuna kontinwa lir-riċerkaturi tad-dottorat
  5. Nipprovdu linji gwida u taħriġ għas-superviżjoni fil-livell tad-dottorat
  6. Infasslu l-korsijiet flimkien mal-partijiet interessati esterni
  1. Nidentifikaw oqsma speċjalizzati li l-Università tista’ tadottahom għaliha
  2. Intejbu l-proporzjon bejn ir-riċerkaturi dottorali u l-istaff
  3. Nappoġġjaw żieda fil-fondi għar-riċerka f’konformità mal-mira tan-Nefqiet Grossi fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp (GERD)
  4. Inwaqqfu Kumitat għall-Involviment fir-Riċerka u Uffiċċju għall-Integrità fir-Riċerka
  5. Nappoġġjaw l-isforzi għall-fondi minn sorsi nazzjonali u internazzjonali
  1. Nissorveljaw l-oqsma problematiċi regolarment
  2. Nipprovdu servizz ta’ taxi fuq il-kampus għall-istudenti u l-membri tal-istaff b’diffikultajiet ta’ mobilità
  3. Nistabbilixxu proċeduri standard għall-assessjar tal-istudenti dwar jekk humiex ‘Xierqa għall-Prattika’ b’rabta ma’ korsijiet partikolari 
  4. Naħdmu fuq l-integrazzjoni tal-ġeneru fi ħdan il-kurrikulu  
  5. Nippromwovu l-Politika, flimkien mal-partijiet interessati esterni, dwar il-Fastidju Sesswali
  6. Nindirizzaw sfidi speċifiċi relatati mal-ġeneru b’rabta mal-avvanz fil-karriera
  7. Nindirizzaw id-diskrepanza tal-ġeneru f’suġġetti bħall-inġinerija, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa
  8. Noħolqu depożitorju fil-librerija li jaħżen dokumenti storiċi relatati mal-avvanz tad-drittijiet tal-ġeneru
  9. Nappoġġjaw sistema ta’ kumpanni għall-istudenti u l-istaff internazzjonali
  10. Nipprovdu l-għajnuna għall-immaniġġjar tal-istress fi żmien l-eżamijiet
  11. Nipprovdu korsijiet tal-Ewwel Għajnuna għas-Saħħa Mentali għall-istaff u l-istudenti
  12. Nippromwovu l-għarfien dwar il-Politika dwar l-Ibbuljar u l-Fastidju
  13. Nestendu l-iskop u l-firxa ġeografika tal-Università tat-Tielet Età
  14. Nevalwaw mill-ġdid l-istazzjon CAMPUS FM
  15. Ninvolvu l-oqsma tal-arti u l-istudji umanistiċi f’‘Science in the City’
  1. Nappoġġjaw il-Programm tal-Kelliema Industrijali fit-taqsimiet-studju
  2. Ninkludu attivitajiet imsejsa fuq proġetti fil-programmi ta’ studju  
  3. Norganizzaw konferenzi akkademiċi fuq suġġetti kontemporanji
  4. Nipparteċipaw fl-assoċjazzjonijiet fuq l-Intrapriża u l-industrija
  5. Nippromwovu djalogu mal-industrija permezz ta’ gruppi konsultattivi strateġiċi 
  6. Nadottaw metodi innovattivi ta’ tagħlim li jinkludu l-isport u l-attività fiżika biex niżviluppaw il-kapaċità tal-istudenti li jsolvu l-problemi b’mod effettiv u jkunu reżiljenti
  7. Inħeġġu l-iżvilupp professjonali kontinwu, l-edukazzjoni eżekuttiva, u t-tagħlim industrijali tul il-ħajja 
  1. Ninkludu kontenut fuq il-wirt kulturali u l-apprezzament minn perspettiva wiesgħa fil-programmi ta’ studju
  2. Nippromwovu l-valuri taċ-ċittadinanza tajba: is-sens ta’ komunità, l-ospitalità, l-ideali demokratiċi, it-tolleranza, il-ġustizzja u l-ugwaljanza, bla diskriminazzjoni
  3. Naraw li jkollna politika lingwistika dinamika għall-Università
  4. Noffru lill-istudenti u l-istaff internazzjonali l-opportunità li jistudjaw il-Malti 
  5. Inżidu l-attivitajiet li jippromwovu l-edukazzjoni u l-prattika intraprenditorjali
  6. Intejbu l-permeabilità tal-progressjoni għas-setturi vokazzjonali u għall-istudenti adulti li jirritornaw għall-istudju magħna
  1. Inżommu, u kemm jista' jkun intejbu, il-postijiet tal-UM f'bosta klassifiki internazzjonali
  2. Inħeġġu lill-akkademiċi u lis-staff tar-riċerka sabiex joħolqu u "ixerrdu pubblikament" il-Profil tal-Google Scholar tagħhom
  3. Noffru iktar taħriġ lill-amministraturi u lill-istaff akkademiku ħalli jiżviluppaw dawk il-ħiliet meħtieġa biex jippromwovu programmi ta' studju permezz tal-midja soċjali
  4. Nesploraw il-possibilità tal-'UNESCO Chair' sabiex inkunu disposti u nappoġġjaw l-iżvilupp soċjoekonomiku, it-tagħlim fl-adulti u/jew il-ħolqien tal-kapital uman fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (pereżempju l-Indja), u anki nippromwovu r-reklutaġġ tal-istudenti 
  5. Nippromwovu b'mod attiv il-parteċipazzjoni tal-UM fl-Università Ewropea tal-Baħar" (SEA-EU), bħala qasam ta' riċerka u klassi, li sservi bħala l-bażi ta' kooperazzjoni profonda, Ewropea b'mod trans-dixxiplinarju u internazzjonali
  1. Intejbu l-politika, il-linji gwida, il-miri, l-infrastruttura, il-miżuri, il-komunikazzjoni u l-infurzar biex innaqqsu, nagħżlu u narmu l-iskart b’mod sigur
  2. Innaqqsu l-karta mill-formoli, mill-materjali tat-tagħlim u mill-assessjar permezz tad-diġitalizzazzjoni
  3. Nibqgħu għaddejjin b’iżjed inizjattivi għat-tnaqqis tal-emissjoni tal-karbonju
  4. Napplikaw għodod għall-assessjar tas-sostenibbiltà fil-binjiet il-ġodda u fir-rinovar tal-binjiet u l-infrastruttura
  5. Inżidu l-għejun tal-ilma tax-xorb fuq il-kampus
  6. Nippromwovu s-saħħa u l-eżerċizzju fiżiku billi ntejbu l-infrastruttura, l-avvenimenti u l-attività sportiva
  1. Noħolqu ekosistema ta’ servizzi ta’ għajnuna u infrastruttura
  2. Inwaqqfu taqsima apposta għaċ-ċerimonji, iċ-ċertifikazzjoni u r-rekords
  3. Niċċaraw l-irwoli u r-responsabbiltajiet marbutin mal-provvista tas-sapport lill-istudenti
  4. Inħeġġu l-Aċċess Ħieles għall-informazzjoni u l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi
  5. Niġbru, nippriservaw u nxerrdu l-komunikazzjoni ta’ riċerka tal-Università
  6. Intejbu r-riżorsi informattivi tal-istudjużi u l-ħiliet informattivi tal-litteriżmu
  7. Inqabblu l-provvista tal-IT mal-qafas u l-għodod tajba għall-immaniġġjar tal-Librerija Infrastrutturali tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITIL)
  8. Nifformalizzaw programmi ta’ orjentazzjoni u tal-bidu għall-istaff il-ġdid
  9. Noħolqu siti elettroniċi, stazzjonijiet soċjali, apps u kampanji elettroniċi ta’ livell għoli 
  10. Nimmaniġġjaw it-tkabbir mgħaġġel tal-infrastruttura tal-kapital fuq il-kampus
  11. Insaħħu l-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta’ rappurtaġġ finanzjarju regolari
  12. Inħarrġu l-istaff fl-amministrazzjoni finanzjarja u fis-sistemi tar-rappurtaġġ
  13. Noħolqu persuni ta’ kuntatt li jappoġġjaw ir-rappurtaġġ finanzjarju u l-kontabilità

  


 


Il-Proċess ta’ Żvilupp Strateġiku għall-Università ta’ Malta huwa organizzat mit-tim iddedikat għall-Ippjanar Strateġiku u l-Intrapriża. Aħna kontinwament infittxu li nirċievu rispons sabiex intejbu u nevolvu l-proċess tal-ippjanar strateġiku tagħna, filwaqt li nidentifikaw opportunitajiet biex ngħinu lill-istudenti u lill-istaff ħalli jilħqu l-għanijiet tal-Università.  

https://www.um.edu.mt/about/pjanstrategiku/strateijiskondis-sena/impenjistrategici2020