Impenji Strateġiċi 2021

MLTFlagGBFlag 

Impenji Strateġiċi għas-Sena Akkademika 2020-2021  

 

  1. Nikkonsolidaw l-impenji strateġiċi ta'snin akkademiċi preċedenti
  2. Inżidu r-riżorsi u t-taħriġ għall-provvista tat-tagħlim elettroniku
  3. Niżviluppaw abbiltajiet teknoloġiċi għall-assessjar elettroniku
  4. Nistabbilixxu politika fit-tul u linji gwida għat-tagħlim elettroniku b’għanijiet, għarfien, ħiliet, infrastruttura u servizzi ta’ sapport amministrattiv 
  5. Nirrevedu u naġġornaw ta’ spiss il-programmi tal-istruzzjoni biex inwieġbu għaxxewqat tal-istudenti, il-pariri tal-esperti, fid-dawl tal-bidliet li għaddejjin minnhom id-dixxiplini
  6. Intejbu s-sistemi formali tal-ġbir tal-fehmiet u nħeġġu l-użu ta’ sistemi oħra informali bejn l-istudenti u l-akkademiċi 
  7. Nipprovdu għajnuna kontinwa lir-riċerkaturi tad-dottorat
  8. Inżidu l-korsijiet qosra, part-time u elettroniċi
  9. Infasslu l-korsijiet flimkien mal-partijiet interessati esterni
  1. Nikkonsolidaw l-impenji strateġiċi ta'snin akkademiċi preċedenti
  2. Niżviluppaw il-funzjonijiet tal-Iskola għad-Dottorat
  3. Nidentifikaw oqsma speċjalizzati li l-Università tista’ tadottahom għaliha
  4. Nappoġġjaw żieda fil-fondi għar-riċerka f’konformità mal-mira tan-Nefqiet Grossi fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp (GERD)
  5. Nistabbilixxu proċeduri standard tal-operat għall-konsulenza
  6. Nadottaw il-prinċipji tad-Dokument u l-Kodiċi HRS4R
  7. Nappoġġjaw l-isforzi għall-fondi minn sorsi nazzjonali u internazzjonali
  1. Nikkonsolidaw l-impenji strateġiċi ta'snin akkademiċi preċedenti
  2. Noħolqu uffiċċji aċċessibbli u riżorsi għall-istaff ta’ għajnuna tat-Taqsima ADSU
  3. Inwettqu verifiki regolari dwar l-aċċessibbiltà u nieħdu azzjoni immedjata fejn meħtieġ 
  4. Nissorveljaw l-oqsma problematiċi regolarment
  5. Nipprovdu servizz ta’ taxi fuq il-kampus għall-istudenti u l-membri tal-istaff b’diffikultajiet ta’ mobilità
  6. Infasslu binjiet li jindirizzaw il-ħtiġijiet fiżiċi u mentali tal-istudenti
  7. Inżidu aktar ‘kmamar għall-kwiet’ fuq il-kampus
  8. Intejbu s-sistemi ta’ għajnuna li jgħollu r-rata tal-istudenti li jtemmu l-korsijiet
  9. Naħdmu fuq l-integrazzjoni tal-ġeneru fi ħdan il-kurrikulu 
  10. Nippromwovu l-Politika, flimkien mal-partijiet interessati esterni, dwar il-Fastidju Sesswali 
  11. Nippromwovu l-benefiċċji tad-diversità
  12. Nipprovdu l-għajnuna għall-immaniġġjar tal-istress fi żmien l-eżamijiet
  13. Norganizzaw taħriġ għall-istaff biex jassistu persuni b’diffikultajiet f’sitwazzjonijiet kritiċi
  14. Nappoġġjaw l-għaqdiet rikonoxxuti tal-istudenti
  15. Inwaqqfu uffiċċju biex tinqeda fuq il-proċeduri tal-Università taħt saqaf wieħed
  16. Nippromwovu l-għarfien dwar il-Politika dwar l-Ibbuljar u l-Fastidju
  17. Nippromwovu lingwa inklużiva fuq il-kampus
  18. Infasslu skeda ta’ korsijiet li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-istudenti part-time
  19. Inżidu l-aċċessibbiltà billi nespandu t-tagħlim elettroniku
  20. Nestendu l-iskop u l-firxa ġeografika tal-Università tat-Tielet Età
  21. Nevalwaw mill-ġdid l-istazzjon CAMPUS FM u r-rivista THINK biex bihom nilħqu udjenzi akbar
  1. Nikkonsolidaw l-impenji strateġiċi ta'snin akkademiċi preċedenti
  2. Ninvolvu l-industrija b’mod attiv fl-iżvilupp tal-kurrikulu permezz ta’ kumitati, gruppi fokali u eżerċizzji ta’ stħarriġ
  3. Norganizzaw is-Sensiela tal-Letturi Distinti f’oqsma ta’ għarfien espert u ta’ speċjalizzazzjoni relatati mal-industrija
  4. Niżviluppaw taqsimiet-studju fil-ħiliet interpersonali, il-komunikazzjoni viżiva u t-tmexxija fost id-dixxiplini 
  5. Nadottaw metodi innovattivi ta’ tagħlim li jinkludu l-isport u l-attività fiżika biex niżviluppaw il-kapaċità tal-istudenti li jsolvu l-problemi b’mod effettiv u jkunu reżiljenti
  6. Nipprovdu taħriġ fuq ħiliet kummerċjali bażiċi, li jinkludu l-litteriżmu finanzjarju, ħiliet fl-organizzazzjoni u prattiċi tax-xogħol
  7. Nippromwovu l-korsijiet mal-impjegaturi
  1. Nikkonsolidaw l-impenji strateġiċi ta'snin akkademiċi preċedenti
  2. Nippromwovu l-valuri taċ-ċittadinanza tajba: is-sens ta’ komunità, l-ospitalità, l-ideali demokratiċi, it-tolleranza, il-ġustizzja u l-ugwaljanza, bla diskriminazzjoni
  3. Naraw li jkollna politika lingwistika dinamika għall-Università
  4. Noffru lill-istudenti u l-istaff internazzjonali l-opportunità li jistudjaw il-Malti 
  5. Nirrevedu l-proċessi tal-proċeduri interni tal-assigurazzjoni tal-kwalità ħalli nsibu bilanċ bejn iż-żamma tal-istandards akkademiċi u s-sistemi effiċjenti ta’ approvazzjoni
  6. Niżviluppaw gradwati fit-teknoloġiji emerġenti, bħall-Intelliġenza Artifiċjali, it-Teknoloġija Finanzjarja (FinTech), u t-Teknoloġiji tar-Reġistru Distribwit
  7. Inżommu f’moħħna r-rekwiżiti tad-dħul fl-Università b’tali mod li nżidu l-aċċessibbiltà u l-applikanti 
  8. Nibqgħu f’kuntatt mal-pubbliku ġenerali, il-gvern, l-organizzazzjonijiet kummerċjali u industrijali, il-komunitajiet sportivi, artistiċi u kulturali, u l-gruppi soċjali
  1. Nikkonsolidaw l-impenji strateġiċi ta'snin akkademiċi preċedenti
  2. Inħeġġu l-Programmi ta’ Kumpanni
  3. Nimmiraw ħidmitna fuq il-‘pajjiżi sorsi’ b’inizjattivi kummerċjali adattati
  4. Support networking of academic staff beyond Malta
  5. Inħeġġu u nippromwovu Università multilingwi
  6. Insaħħu r-rabtiet tagħna mal-iskejjel privati tal-Ingliż bħala provdituri tal-edukazzjoni ta’ qabel l-Università
  1. Nikkonsolidaw l-impenji strateġiċi ta'snin akkademiċi preċedenti
  2. Intejbu l-politika, il-linji gwida, il-miri, l-infrastruttura, il-miżuri, il-komunikazzjoni u l-infurzar biex innaqqsu, nagħżlu u narmu l-iskart b’mod sigur
  3. Innaqqsu l-karta mill-formoli, mill-materjali tat-tagħlim u mill-assessjar permezz tad-diġitalizzazzjoni
  4. Inkattru l-interess fuq is-sostenibbiltà fost l-akkademiċi, l-istaff ta’ għajnuna u l-istudenti billi nippromwovu ekwità fuq il-kampus
  5. Nibdlu l-flotta tal-karozzi tal-Università f’vetturi ibridi
  6. Napplikaw għodod għall-assessjar tas-sostenibbiltà fil-binjiet il-ġodda u fir-rinovar tal-binjiet u l-infrastruttura
  7. Nippromwovu s-saħħa u l-eżerċizzju fiżiku billi ntejbu l-infrastruttura, l-avvenimenti u l-attività sportiva 
  8. Ngħammru l-binjiet qodma b’sistemi intelliġenti tal-immaniġġjar tal-enerġija
  1. Nikkonsolidaw l-impenji strateġiċi ta'snin akkademiċi preċedenti
  2. Noħolqu ekosistema ta’ infrastruttura u sapport
  3. Inżidu d-diġitalizzazzjoni u nnaqsu l-proċessi bbażati fuq il-karti 
  4. Nappoġġjaw strateġiji maħsuba għat-tagħlim, l-istruzzjoni u l-impatt soċjali
  5. Niġbru u nimplimentaw Politika għall-Immaniġġjar tal-Informazzjoni tar-Riċerka
  6. Nipprovdu pjattaformi tat-teknoloġija li huma reżiljenti u effiċjenti biex isostnu l-ħtiġijiet attwali u futuri tal-Università
  7. Nipprovdu l-iżvilupp professjonali kontinwu permezz tat-taħriġ u  r-reġistrazzjoni fi programmi ta’ studju eżistenti 
  8. Noħolqu attivitajiet ta’ kuntatt biex nintegraw lill-partijiet interessati interni u esterni
  9. Noħolqu għodod għall-konferenzi, is-seminars u l-avvenimenti
  10. Infasslu spazji fiżiċi modulari li jistgħu jintużaw u jiġu adattati għall-ħtiġijiet differenti tal-Università
  11. Insaħħu l-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta’ rappurtaġġ finanzjarju regolari
  12. Inħarrġu l-istaff fl-amministrazzjoni finanzjarja u fis-sistemi tar-rappurtaġġ
  13. Noħolqu persuni ta’ kuntatt li jappoġġjaw ir-rappurtaġġ finanzjarju u l-kontabilità

  


 


Il-Proċess ta’ Żvilupp Strateġiku għall-Università ta’ Malta huwa organizzat mit-tim iddedikat għall-Ippjanar Strateġiku u l-Intrapriża. Aħna kontinwament infittxu li nirċievu rispons sabiex intejbu u nevolvu l-proċess tal-ippjanar strateġiku tagħna, filwaqt li nidentifikaw opportunitajiet biex ngħinu lill-istudenti u lill-istaff ħalli jilħqu l-għanijiet tal-Università.  

https://www.um.edu.mt/about/pjanstrategiku/strateijiskondis-sena/impenjistrateii2021