Il-viżjoni, il-missjoni u l-valuri

Il-viżjoni, il-missjoni u l-valuri

MLTFlagGBFlag 

Inservu lill-istudenti, lill-akkademja u lis-soċjetà 

Il-viżjoni, il-missjoni u l-valuri tal-Università ta’ Malta hume riflessi fil-Pjan Strateġiku 2020-2025 u ġejjin mix-xewqa tal-komunità li timxi ’l quddiem u tħaddan sfidi ġodda. L-Università impenjata biex taqdi b’mod sostenibbli lill-istudenti, lill-akkademja u lis-soċjetà.

Viżjoni

Il-viżjoni tal-Università ta’ Malta hija li tikseb postha fost l-istituzzjonijiet ewlenin li jmexxu l-edukazzjoni ogħla, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-reġjun tagħna, ta’ pajjiżna u tas-soċjetà, b’mod ġenerali. Se nkomplu naħdmu fuq it-tradizzjoni tagħna li niżviluppaw l-għarfien meħtieġ biex Malta tkun tista’ tikber f’nazzjon-gżira żgħir u bħala stat membru ta’ komunità internazzjonali usa’.

Missjoni 

Il-missjoni tagħna hija li naqdu l-aspirazzjonijiet tal-poplu ta’ dawn il-gżejjer billi noffru edukazzjoni ogħla ta’ kwalità fl-arti, ix-xjenza, ix-xjenzi soċjali, l-istudji umanistiċi u f’oqsma oħra ta’ għarfien meħtieġa għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali ta’ Malta permezz ta’ studji akkademiċi b’mistoqsijiet kritiċi, skoperti, riċerka u servizzi għall-komunità. L-Università se twettaq dawn il-funzjonijiet b’mod sostenibbli għall-bżonnijiet attwali u tal-ġejjieni ta’ pajjiżna. 

Valuri

Bħala membri taż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Ogħla u firmatarji tal-Magna Charta Universitatum, aħna impenjati lejn il-valuri tal-libertà akkademika, l-awtonomija istituzzjonali, it-tmexxija tajba, il-kontabbiltà, l-ugwaljanza u r-responsabbiltà soċjali.


 


Il-Proċess ta’ Żvilupp Strateġiku għall-Università ta’ Malta huwa organizzat mit-tim iddedikat għall-Ippjanar Strateġiku u l-Intrapriża. Aħna kontinwament infittxu li nirċievu rispons sabiex intejbu u nevolvu l-proċess tal-ippjanar strateġiku tagħna, filwaqt li nidentifikaw opportunitajiet biex ngħinu lill-istudenti u lill-istaff ħalli jilħqu l-għanijiet tal-Università.  

https://www.um.edu.mt/about/pjanstrategiku/vizjoni-misjoni-valuri