L-Università ta' Malta

Id-Diploma fil-Letteratura Maltija
UOM Main Page
 
 
 
Applika
Newspoint

Id-Diploma fil-Letteratura Maltija 2018

Il-kors li jwassal għal Diploma fil-Letteratura Maltija se jerġa' jiftaħ għat-tieni darba f'Ottubru li ġej, wara s-suċċess tal-ewwel kors li beda f'Ottubru 2016. Il-lezzjonijiet tal-kors ikunu darbtejn fil-ġimgħa filgħaxija (part-time): nhar ta' Tnejn u Erbgħa, mill-5.30pm sat-8.30pm. Il-kors fih erba' semestri mifruxin fuq sentejn.

L-applikazzjonijiet miftuħin sad-19 ta' Lulju 2018 minn hawn. Biex tapplika, agħżel:

- Undergraduate/Postgraduate
- October 2018
- Faculty of Arts
- Diploma fil-Letteratura Maltija (Part-time evening)

Tagħrif ieħor fuq l-applikazzjoni ssibu hawn [PDF].

Għall-kors teħtieġ il-Malti fil-Livell Avvanzat bi grad C jew ogħla, imma l-applikanti li skont ir-regolamenti tal-Università jitqiesu studenti maturi (jiġifieri jkunu għalqu t-23 sena qabel il-ftuħ tal-kors), jistgħu japplikaw xorta waħda u ssirilhom intervista mid-Dipartiment tal-Malti.

Id-Diploma tħares lejn l-imgħoddi u l-preżent tal-letteratura Maltija u tiffoka wkoll fuq oqsma li s'issa għadna ma stħarriġniex b'mod sistematiku, fosthom: il-kitba kreattiva, ix-xogħol tal-editjar ta' manuskritt letterarju, il-qari tal-letteratura fil-pubbliku u fuq il-mezzi tax-xandir, il-promozzjoni tal-letteratura fuq l-internet, l-organizzazzjoni ta' attivitajiet letterarji fil-komunità, iż-żwieġ bejn il-letteratura u forom oħrajn tal-arti, u l-kitba ta' reċensjonijiet ta' kotba tal-letteratura.

Dan il-kors huwa mmirat għal nies impjegati f’diversi setturi kulturali, artistiċi, u kreattivi relatati mal-preżentazzjoni pubblika ta’ xogħlijiet letterarji bil-Malti. Huwa maħsub għal min jixtieq jaqbad karriera fil-kitba kreattiva u għal min għandu sehem attiv fl-adattament tal-letteratura Maltija f'forom artistiċi u dixxiplini oħra. Il-kors hu wkoll ta' interess għal min sempliċiment għandu passjoni għal-letteratura. Kollox ma' kollox, jiffoka fuq l-analiżi u t-tħaddim tal-letteratura fis-seklu 21 u jiftaħ toroq ġodda għall-arti tal-kelma.

Bi ftehim mad-Dipartiment tal-Malti, BNF Bank se jħallas sa massimu ta’ €2,000 mill-ħlas tal-kors għall-istudent/a li t/jiġi l-ewwel fil-kors. Barra minn hekk, il-Kunsill Malti għall-Arti se jagħti l-għajnuna finanzjarja tiegħu għall-aħjar erba’ proġetti ta’ studenti fit-tieni sena tal-kors.

Għal deskrizzjoni dettaljata, inkluż il-prezz tal-kors, agħfas hawn. Il-ħlas tiegħu ma jsirx f'daqqa imma f'partijiet fil-bidu ta' kull semestru.

Ara x'għandhom xi jgħidu fuq il-kors dawk li segwew l-ewwel wieħed. Tagħrif ieħor tista' tiksbu mill-ktejjeb, mill-paġna tal-Facebook tal-kors jew billi ċċempel fuq 2340 3387.

 

Avviżi
Id-Diploma fil-Letteratura Maltija
Il-kors jerġa' jiftaħ f'Ottubru 2018
Il-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti
Jerġa' jiftaħ fi Frar 2019
Basic Medical Maltese for the Healthcare Professions 1
For applicants employed in the healthcare profession
Basic Medical Maltese for the Healthcare Professions 2
This course is aimed at persons employed in the healthcare profession.
Medical Maltese Proficiency Certificate
For applicants with overseas qualifications
300 sena mit-twelid ta' de Soldanis
Intervisti u ktejjeb għall-istudenti
Il-Kantilena
Sensiela ta' intervisti
 
 
Aġġornata l-aħħar: 24/3/2018

Log In Dħul