L-Università ta' Malta

Midalja tad-Deheb għall-Prof. Oliver Friggieri
UOM Main Page
 
 
 
Applika
Newspoint

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

‘‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti: ‘statement’ qawwi li juri li, bħala nazzjon, kommessi bis-sħiħ li nkomplu niksbu aktar eċċellenza u kreattività fl-istudju letterarju u lingwistiku ta’ lsien pajjiżna”

Ilbieraħ fil-Palazz, il-Belt Valletta, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet l-ewwel ċerimonja tal-premju Ġieħ l-Akkademja tal-Malti, fl-anniversarju tal-Akkademja tal-Malti, li twaqqfet fl-14 ta’ Novembru 1920.

Il-President Coleiro Preca qalet li bit-twaqqif tal-Akkademja tal-Malti twieled is-sens ta’ salvagwardja tal-identità Maltija, għax hija l-Akkademja l-entità li ħadet fuqha d-dmir li tippreserva u tiċċelebra l-ilsien tagħna l-Maltin.

Ġieħ l-Akkademja tal-Malti se jibda jingħata biex tiġi onorata persuna għall-kontribut siewi li tkun tat għal-lingwa u l-letteratura Maltija. Il-President qalet li tinsab ‘‘tassew sodisfatta b’din l-inizjattiva ġdida’’ u tħossha onorata li ppreżentat l-ewwel midalja tad-deheb lil persuna li ddistingwiet ruħha f’dan il-qasam.

Ġieħ l-Akkademja tal-Malti għas-sena 2016 ingħata lill-Professur Oliver Friggieri. Il-President qalet li l-Prof. Friggieri jistħoqqlu tassew li jingħata l-ewwel midalja li permezz tagħha se jkun ta’ ispirazzjoni għar-rebbieħa ta’ warajh fis-snin li ġejjin.

“Jeħtieġ niċċelebraw il-qawwa tal-wirt tagħna fil-forma kollha tagħha. Jeħtieġ inkunu fidili lejn dak kollu li jagħmilna differenti, li jagħtina l-individwalità u l-identità tagħna, u fl-istess ħin li jenfasizza dak kollu li jgħaqqadna mal-oħrajn,” qalet il-President ta’ Malta.

Fl-aħħar nett, il-President ħabbret li fil-bidu tas-sena d-dieħla, il-Palazz ta’ Sant'Anton se jkollu librerija, wara restawr estensiv li qiegħed isir fil-Palazz sabiex jinfetħu kmamar statali ġodda.

Il-President qalet li l-Akkademja tal-Malti se tkun il-kustodja ta’ kollezzjoni ta’ kotba li se jitqiegħdu fil-librerija tal-Palazz, li se tkun maħsuba biex tagħti spazju sabiex jiġu rikonoxxuti l-kittieba Maltin kif ukoll il-letteratura Maltija. 

 

Ir-ritratti tas-serata jinsabu hawn

Ritratti: L-Uffiċċju tal-President (OPR)

Avviżi
Il-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti
Jerġa' jiftaħ fi Frar 2018
Diploma fil-Letteratura Maltija
Il-kors jiftaħ f'Ottubru 2016
Basic Medical Maltese for the Healthcare Professions 1
For applicants employed in the healthcare profession
Basic Medical Maltese for the Healthcare Professions 2
This course is aimed at persons employed in the healthcare profession.
Medical Maltese Proficiency Certificate
For applicants with overseas qualifications
Midalja tad-Deheb għall-Prof. Oliver Friggieri
Oliver Friggieri onorat b'midalja tad-Deheb mill-Akkademja tal-Malti
300 sena mit-twelid ta' de Soldanis
Intervisti u ktejjeb għall-istudenti
Il-Kantilena
Sensiela ta' intervisti
 
 
Aġġornata l-aħħar: 22/12/2016

Log In Dħul