Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1020

 
TITLE Minn Djalett Għarbi għal Ilsien Nazzjonali: L-Istorja tal-Malti

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Din it-taqsima-studju ssegwi l-passi tad-djalett Għarbi ta' Malta sakemm qabad triq ġdida li wasslitu biex jitqies ilsien għalih. Tingħata importanza lil kwistjonijiet ta’ interess fl-iżvilupp tal-Malti, bħalma huma: il-qrubija u d-distakk bejn il-Malti u d-djaletti Għarab u l-kuntatti tal-Malti mal-Isqalli Medjevali, it-Taljan u l-Ingliż. Issir diskussjoni kif matul is-sekli l-Malti dejjem qasam il-funzjonijiet ma’ ilsna oħra minħabba raġunijiet politiċi u kulturali u kif dan il-kuntatt immarkah.

Għanijiet tal-Kors

L-għan tat-taqsima studju huwa li l-istudenti tingħatalhom dehra ġenerali tal-istorja tal-ilsien Malti fl-isfond tal-istorja politika u kulturali, u ssir diskussjoni fuq punti ewlenin, ngħidu aħna r-rabta storika tal-Malti mad-djaletti tal-Għarbi, id-diglossja fid-dinja Għarbija u l-ħatra tal-Malti bħala lsien uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Kisbiet mit-Tagħlim

1. Tagħlim

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- jifhmu s-sitwazzjoni lingwistika fi żmien l-Għarab u jagħżluha mis-sitwazzjonijiet li ġew wara.
- jifhmu aħjar l-istorja twila ta' kuntatt li l-ilsien Malti kellu ma' ilsna oħra.
- jifhmu l-għeruq storiċi tas-sitwazzjoni bilingwi kontemporanja.

2. Ħiliet

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jorbtu aspetti tas-sitwazzjoni lingwistika attwali f’Malta, ngħidu aħna r-rabta tal-Malti mat-taħdit (aktar milli mal-kitba) bħala riżultat ta' sitwazzjoni storika.

Biblijografija

- Brincat, J.M. (2000) Il-Malti: Elf Sena ta’ Storja. Malta: PIN.
- Wettinger, G. & Fsadni, M. (1983) L-Għanja ta’ Pietru Caxaru. Malta.
- Wettinger, G. (2006) Kliem Malti Qadim. Malta.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S Olvin Vella

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit