Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1032

 
TITLE Elementi tal-Fonoloġija tal-Malti

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-Fonoloġija tal-Malti Standard(G.Farrugia)

Dan il-kors jagħti lill-istudenti l-bażi teoretika meħtieġa għall-analiżi tal-alfabett u tas-sistema ortografika. Fih issir id-deskrizzjoni sinkronika tal-fonoloġija tal-Malti Standard li tgħin l-istudenti jirrealizzaw il-qrubija u d-distanza vera li hemm bejn il-kelma Maltija u r-rappreżentazzjoni ortografika tagħha.

Riflessi Storiċi fil-Fonoloġija tal-Malti(O. Vella)

F’din il-parti tal-kors isiru osservazzjonijiet dijakroniċi li jkunu meħtieġa biex idawlu s-sitwazzjoni attwali. Jiġu diskussi l-problemi li joħorġu mill-fatt li l-Malti, ilsien ta’ nisel Għarbi, beda jinkiteb b’alfabett Latin, u s-soluzzjonijiet li tressqu għal dawn il-problemi.

L-istudenti jiġu esposti għal firxa ta’ sistemi bikrin tal-kitba bil-Malti li wasslu għas-sistema ortografika tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti fl-1924. Isiru wkoll referenzi għall-fonoloġija tad-djaletti Maltin kull fejn din tvarja mill-fonoloġija tal-Malti Standard.

Għanijiet tal-Kors:

(1) L-istudenti jsiru jafu x’inhi l-binja fonoloġika tal-Malti standard.
(2) L-istudenti jsiru jafu liema huma l-fonemi storiċi tal-Malti.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

(1) x’inhi l-lingwa u l-importanza tagħha fil-ħajjatagħna;
(2) x’inhi d-differenza bejn il-fonetika u l-fonoloġija;
(3) x’inhu u kif jintuża l-apparat tat-taħdit;
(4) x’inhu l-inventarju fonemiku tal-Malti ta’ żmienna;
(5) li m’hemmx relazzjoni diretta bejn il-ħoss u l-kitba tal-kelma.

2. Ħiliet:
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

(1) jagħtu deskrizzjoni tal-fonemi fil-Malti;
(2) jifhmu aħjar ir-relazzjoni li hemm bejn il-ħsejjes li jsawru l-Malti u rrappreżentazzjoni tagħhom fis-sistema li nużaw biexjinkiteb il-Malti.

Biblijografija Il-Fonoloġija tal-Malti Standard

Aquilina, J. (1959) The Structure of Maltese. Malta: The Royal University of Malta, 1-17.
Aquilina, J. (1961) Papers in Maltese Linguistics. Malta: The Royal University of Malta, 1 (1-14), 3 (42-62), 7 (117-165).
Borg, Alexander. (1973) “The Segmental Phonemes of Maltese”, Linguistics, 109: 5-11.
Borg, Alexander. (1997) “Maltese Phonology”, Phonologies of Asia and Africa. USA: Eisenbrauns, 245-285.
Fenech D. (1998) Lingwistika Ġenerali, Malta: Aquilina, pp. 60-79.
Riflessi Storiċi fil-Fonoloġija tal-Malti Akkademja tal-Malti. 2004. Tagħrif fuq il-Kitba Maltija II, Malta: KKM.
Aquilina, J. 1961, “Systems of Maltese Orthography”, Papers in Maltese Linguistics. Malta: The Royal University of Malta, V (75-101).
Brincat, J.M. (2000) Il-Malti: Elf Sena ta’ Storja. Malta: PIN, pp. 39-74, 97-122.
Sjoberg, A.F. 1966, “Socio-Cultural and Linguistic Factors in the Development of Writing Systems for Preliterate Peoples”, Sociolinguistics: proceedings of the UCLA
Sociolinguistics Conference, 1964, The Hague: Mouton.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Examination (2 Hours) SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S George Farrugia (Co-ord.)
Olvin Vella

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit