Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL2002

 
TITLE Il-Morfoloġija Derivattiva tal-Malti

 
UM LEVEL 02 - Years 2, 3 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 6

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Introduzzjoni għall-Morfoloġija

Il-kors jibda b’daħla għall-istudju tal-morfoloġija u ħarsa mill-qrib lejn id-distinzjoni bejn l-inflessjoni u d-derivazzjoni kif ukoll lejn il-morfoloġija introflessiva u konkatenattiva tal-Malti.

Tnissil il-Verb fil-Malti

Il-kors jibda b’daħla għall-istudju tal-morfoloġija u ħarsa mill-qrib lejn id-distinzjoni bejn l-inflessjoni u d-derivazzjoni. Issir diskussjoni tal-lokaliżmu bħala għodda fl-analiżi grammatikali.

Nistudjaw il-morfoloġija derivattiva tal-verb Malti u, mill-analiżi kemm tal-morfoloġija kif ukoll tas-sintassi tal-forom differenti tal-verb, nippruvaw naslu għar-relazzjonijiet semantiċi tagħhom. L-analiżi turina li neħtieġu wkoll il-livell pragmatiku fl-istudju tagħna. Neżaminaw x’jiġri fil-każ ta’ dawk il-ħafna verbi li m’għandhomx morfoloġija derivattiva u minflok jużaw mezzi sintattiċi biex ifissru l-passiv.

Tnissil in-Nom fil-Malti

F’din it-taqsima jiġu mistħarrġa l-għodod morfoloġiċi għat-tnissil tan-nom fil-Malti. Wara li jiġi apprezzat il-wirt morfoloġiku Għarbi, jiġu ttrattati kemm l-innovazzjonijiet li seħħew fi ħdan dan il-wirt kif ukoll il-mogħdija lejn tip ta’ morfoloġija konkatenattiva Ewropea u l-mezzi ġodda li qiegħda toffri lill-Malti modern. Tingħata importanza lill-fatturi ta’ ibridiżmu, frekwenza u produttività tal-għodod morfoloġiċi, bil-għan li naslu għal deskrizzjoni bbilanċjata tal-Malti attwali.

Għanijiet tal-Kors

Fi tmiem il-kors l-istudent ikun jista’ japprezza r-rikkezza u l-kumplessità tas-sistema morfoloġika tal-verb u n-nom fil-Malti.

Kisbiet mit-Tagħlim

1. Tagħlim

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Jagħżlu bejn morfoloġija derivattiva u inflettiva;
- Jagħrfu d-distinzjonijiet semantiċi fil-forom tal-verb u tan-nom fil-Malti;
- Japprezzaw iż-żewġ mekkaniżmi morfoloġiċi li l-Malti juża biex inissel forom verbali u nominali differenti.

2. Ħiliet

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jagħmlu analiżi morfoloġika tal-forom verbali u nominali tal-Malti fil-kumplessità tas-sistema ibrida tal-lingwa.

Biblijografija

- Aquilina, J. (1959) The Structure of Maltese. Malta: L-Università Rjali ta’ Malta, pp. 144-254.
- Aquilina, J. (1965) Teach Yourself Maltese. Londra: The English Universities Press Ltd.
- Borg, Albert. (1981) A Study of Aspect in Maltese. Ann Arbor: Karoma Publishers.
- Borg, Albert. (1988) Ilsienna: Studju Grammatikali. Malta.
- Cremona, A. 1938. Tagħlim fuq il-Kitba Maltija II. Malta: Lux Press.
- Lyons, J. (1977) Semantics. Londra: Cambridge University Press.
- Mifsud, M. (1995) “The Productivity of Arabic in Maltese” Proceedings of the 2nd International Conference of AIDA. Cambridge.
- Mifsud, M. (1996) “The Collective in Maltese”, Rivista di Linguistica, 8.1: 29-51.
- Spagnol, M (2011) A Tale of Two Morphologies. L-Università ta’ Konstanz, Teżi tad-Dottorat.
- Sutcliffe, E.F. (1936) A Grammar of the Maltese Language. Malta: Progress Press.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Examination (2 Hours) SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S Raffaello Bezzina
Michael Spagnol

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit