Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL3004

 
TITLE Studjużi tal-Malti: De Soldanis u Vassalli

 
UM LEVEL 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 6

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-kors ilaqqa’ l-istudenti mal-istudjużi li tefgħu l-pedamenti għall-istandardizzazzjoni tal-Malti. Filwaqt li jsir tqabbil bejn il-grammatiki u d-dizzjunarji ta’ de Soldanis u Vassalli, jiġi diskuss is-suċċess ta’ ħidmithom u kif fehmu li t-tixrid tal-kitba bil-Malti seta' jwassal għal emanċipazzjoni kulturali. Jiġi diskuss ukoll il-valur demokratiku li huma assoċjaw mal-ilsien Malti u jiġi mistħarreġ il-wirt tagħhom fl-iżvilupp tal-Malti Modern.

Għanijiet tal-Kors:

- Li l-istudenti jrawmu rispett lejn l-istudjużi tal-bidu nett tal-Malti.
- Li l-istudenti jsiru midħla tax-xogħlijiet ta' de Soldanis u Vassalli u jagħżluhom minn xulxin billi jkunu kapaċi jiddeskrivu l-valuri differenti li nsibu f'xogħlijiethom.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se:

- jsiru midħla tax-xogħlijiet ta’ de Soldanis u Vassalli.
- jkunu kapaċi jikkontestwalizzaw il-ħidma taż-żewġ studjużi billi jagħmlu referenzi għal ġrajjiet politiċi u storiċi ewlenin li influwenzaw il-ħidma taż-żewġ studjużi.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- jifhmu li l-istudju akkademiku jistrieħ fuq kontribuzzjonijiet kontinwi
- li jiddiskutu b'mod bilanċjat il-valuri lingwistiċi, storiċi u kulturali tax-xogħlijiet ta' de Soldanis u Vassalli

Biblijografija:

- Agius de Soldanis, G.P. (2007) Della lingua punica presentemente usata da maltesi Edizzjoni Facsimile, Malta: Joe Zammit Ciantar.
- Ciappara, F. (2006) Enlightenment and Reform in Malta: 1740-1798. Malta.
- Friggieri, O. Ed. (1993) Essays on M.A. Vassalli – Journal of Maltese Studies.
- Marshall, D.R. (1971) “A Social and Historical Commentary on ‘The Dialogues of De Soldanis’”, Journal of Maltese Studies. Malta.
- Vassalli, Michele Antonio. (2002) Edizzjoni Facsimile, Malta: Frans Sammut.
- Vella G., Vella O. Eds. (2012) De Soldanis: An Eighteenth Century Intellectual. Malta.
- Vella, O. Ed. (2004) Dawl Ġdid fuq Vassalli. Malta.
- Vella, O. Ed. (2009) Essays on de Soldanis – Journal of Maltese Studies.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S Olvin Vella

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit