Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1152

 
TITLE Il-Poeżija Maltija mill-Bidu sal-Perjodu Romantiku

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION L-Eqdem Poeżiji: Minn Versi Popolari sa Xogħlijiet Letterarji

Din il-parti tat-taqsima-studju toffri ħarsa ġenerali lejn il-kittieba u l-perjodi ewlenin li bejniethom jiffurmaw il-kitba poetika bikrija bil-Malti. Fl-ewwel lezzjonijiet, tingħata introduzzjoni dwar il-perjodi differenti li ffurmaw l-eqdem kuntesti storiċi u kulturali għall-poeżija Maltija, bi spjega dwar ix-xejriet letterarji fundamentali li jiddistingwu perjodu minn ieħor. Din il-parti introduttiva tifforma l-isfond għal ħarsa aktar mill-qrib lejn l-aktar kittieba influwenti ta’ kull perjodu, b’analiżi xierqa tal-aktar xogħlijiet magħrufin tagħhom u tal-prinċipji estetiċi li mmotivawhom. Il-Kantilena ta’ Pietru Caxaru timmarka l-bidu tal-perjodi ttrattati, u l-poeżija patrijottika, didattika, u lirika ta’ Ġan Anton Vassallo, flimkien mal-poeti minuri u mal-versi popolari ta’ żmienu, jiffurmaw il-perjodu li bih din it-taqsima-studju tagħlaq. Bejn dawn iż-żewġ persunaġġi fl-istorja tal-poeżija, jiġu mistħarrġa l-kompożizzjonijiet ta’ poeti u l-poeżija popolari li taw kontributi distintivi lil-lirika Maltija mill-bidu sas-seklu dsatax.

Il-Poeżija Romantika: Dun Karm u l-Kontemporanji

Din it-tieni parti tat-taqsima-studju tistħarreġ dawk il-kwalitajiet liriċi li jagħmlu l-idjoma lirika ta’ Dun Karm predominanti fi żmienha, u tistħarreġ ukoll kif dan il-poeta żviluppa l-motifi romantiċi ewlenin ta’ dan il-perjodu matul għadd ta’ poeżiji tiegħu. Jiġu osservati wkoll il-kontributi stilistiċi, formali, u tematiċi li poeti oħra magħrufin tal-istess perjodu, bħal Rużar Briffa, Karmenu Vassallo, Anastasju Cuschieri, Ġorġ Pisani, u Ġorġ Zammit, taw lill-poeżija romantika Maltija. Din il-parti tagħlaq b’ħarsa komprensiva lejn il-karattru ġenerali tal-poeżija romantika f’distinzjoni minn dak li ġie qabilha u warajha.

Għanijiet tal-Kors:

Fi tmiem il-kors l-istudenti jkunu kapaċi jiddistingwu bejn il-perjodi ewlenin tal-poeżija bikrija bil-Malti, kif ukoll jagħrfu l-estetika, it-tematika, u l-istil distintivi tal-poeżija romantika.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jagħrfu l-prinċipji estetiċi ewlenin li mmotivaw lill-poeti individwali;
- jevalwaw il-kitba poetika Maltija fl-isfond usa’ tal-movimenti poetiċi Ewropej ta’ żmienha;.
- jagħrfu l-prinċipji romantiċi li ggwidaw il-prattika poetika tal-perjodu romantiku.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jevalwaw il-poeżija ta’ perjodi differenti bil-kriterji estetiċi ta’ żmienha;
- jipparagunaw u jikkuntrastaw stili, temi, u strutturi poetiċi differenti.

Biblijografija:

L-Eqdem Poeżiji: Minn Versi Popolari sa Xogħlijiet Letterarji

Qari Bażiku:

- Cassar Pullicino, Ġ. (2001) Il Kitba bil Malti sal 1870. Malta: PIN.
- Cassar Pullicino, Ġ. (2002) Kitbiet Oħra tas-Seklu Dsatax. Malta: PIN.
- Friggieri, O. (1979) Storja tal Letteratura Maltija I. Malta: KKM.
- Friggieri, O. (1995) L Istudji Kritiċi Migbura. Malta: Malta University Services.
- Friggieri, O. (2001) L Istorja tal Poeżija Maltija. Malta: PIN.
- Friggieri, O. (2012) Ġan Anton Vassallo – Il-Poeżiji. Malta: Malta University Press.

Qari Supplimentari:

- Aquilina, Ġ. (1949) Studji Kritiċi Letterarji. Malta: A.C. Aquilina.
- Axiaq, J. (2005) Dwardu Cachia (1857 1907). Malta: APS.
- Fenech, E. (1977) Wirt il Muża, Malta.

Il-Poeżija Romantika: Dun Karm u l-Kontemporanji

Qari Bażiku

- Friggieri, O. (1979) Storja tal Letteratura Maltija I. Malta: KKM.
- Friggieri, O. (1995) L Istudji Kritiċi Migbura. Malta: Malta University Services.
- Friggieri, O. (2001) L Istorja tal Poeżija Maltija. Malta: PIN.

Qari Supplimentari:

- Aquilina, Ġ. (1949) Studji Kritiċi Letterarji. Malta: A.C. Aquilina.
- Fenech, E. (1977) Wirt il Muża. Malta.

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit