Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1257

 
TITLE Drama Maltija: Kif Taqra Test Teatrali fuq il-Karta u fit-Teatru

 
LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Matul il-kors l-istudenti jiġu ggwidati biex jifhmu l-mekkaniżmu ta’ kif jaħdem test teatrali: il-partijiet li jiffurmawh, it-tifsira li dawn jieħdu meta t-test jgħaddi għall-produzzjoni. Jiġu analizzati wkoll testi teatrali minn perijodi differenti fl-istorja tat-teatru Malti biex jiġi mistħarreġ il-mod kif żviluppat il-kitba għat-teatru f’pajjiżna.

Għanijiet tal-Kors:

L-għan ta’ dan il-kors huwa li l-istudenti jifhmu t-tqassim ta’ test teatrali u jsiru midħla tat-termini ewlenin li jintużaw biex jiddeskrivu test teatrali, kif ukoll li jiddistingwu tipi differenti ta’ testi teatrali, ngħidu aħna skont ġeneru u żmien.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu:
- kapaċi jaqraw b’mod kritiku test teatrali u jivviżwalizzawh f’teatru;
- familjari mal-istorja tal-produzzjoni tat-test teatrali Malti;
- kapaċi jagħrfu jħaddmu t-terminoloġija tal-kritika tat-test teatrali;
- kapaċi jagħrfu jiddistingwu bejn ġeneri teatrali differenti.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jixtarru s-sehem ta’ test teatrali meta jaraw produzzjoni teatrali;
- jevalwaw l-interpretazzjoni tat-test li ssir mid-direttur, l-atturi, ix-xenografi, il-kostumisti u l-bqija;
- jiktbu b’mod kritiku dwar u jiddiskutu testi teatrali u produzzjonijiet teatrali msejsa fuq testi miktubin.

Biblijografija:

Qari Bażiku:

-Galea M. (2009) “Il-Kritika tad-Drama: Xi Aspetti Stilistiċi u Storja” f’ Portelli T. (ed.) Il-Qari tal-Letteratura: Bejn Esperjenza u Kritika. Malta: Allied Publications.
-Testi teatrali Maltin jiġu assenjati skont il-ħtieġa matul il-kors. It-testi li jintużaw se jingħataw lill-istudenti f'forma stampata jew elettronika, jew se jkunu pubblikazzjonijiet li jinstabu fil-librerija.

Qari Supplimentari:

-Wallis, M & Shepherd S. (2002) Studying Plays. Londra: Hodder Arnold.

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture and Performance

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Resit Availability Weighting
Assignment Yes 100%

 
LECTURER/S Immanuel Mifsud

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the study-unit description above applies to the academic year 2019/0, if study-unit is available during this academic year, and may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit