Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1258

 
TITLE Il-Letteratura Maltija ta' wara l-Indipendenza

 
LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
ECTS CREDITS 6

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-Poeżija Moderna: L-Ilħna Mkissra f’Linji Ġodda

Dan il-kors jippreżenta l-għanijiet u l-kisbiet letterarji tal-Moviment Qawmien Letterarju, flimkien mat-taqbida bejn it-tradizzjonalisti u l-modernisti li kkaratterizzat il-perjodu qabel it-twaqqif tal-Moviment. Il-kors joffri wkoll il-poetika li fuqha bbażaw l-esperimentazzjoni letterarja tagħhom il-poeti moderni. Il-poeti ttrattati jitpoġġew f’kuntrasti u paraguni bejniethom rigward aspetti figurattivi, stilistiċi, formali, u tematiċi.

In-Narrattiva ta’ Wara l-Indipendenza u r-Rumanz Psikoloġiku

Dan il-kors se jħares lejn l-andament li l-prożaturi Maltin jistabbilixxu fix-xogħlijiet tagħhom ta’ wara l-Indipendenza, b’enfasi fuq is-snin Sebgħin u Tmenin. L-aktar żewġ temi li se jiġu diskussi huma, (a) ir-relazzjoni bejn l-individwu u s-soċjetà/il-grupp, fejn allura tispikka l-figura tal-antieroj; u (b) il-kumplessitajiet psikoloġiċi, inkluż il-mard mentali, li ħafna drabi jidhru bħala karatteristika ewlenija ta’ dawn il-karattri. Dan kollu jiġi diskuss fid-dawl ta’ teorizzazzjonijiet letterarji kemm lokali kif ukoll oħrajn li m’humiex.

Għanijiet tal-Kors:

L-għanijiet ta' din it-taqsima-studju huma:
- li tgħallem lill-istudenti l-estetika, it-tematika, u l-istil distintivi tal-poeżija moderna;
- li tiġi mistħarrġa u wkoll ipproblematizzata l-figura tal-antieroj modern fid-dawl tal-iżvilupp li din għamlet mill-ewwel drabi li tfaċċat fil-letteratura lokali sal-perjodu post-Indipendenza;
- li tiġi mistħarrġa r-relazzjoni li tidher bejn l-element politiku fl-antierojiżmu u l-kumplessitajiet psikoloġiċi li jikkaratterizzaw dan il-fenomenu soċjali (għallinqas kif jintwera mir-rumanziera);
- li tiġi evalwata t-teorija politika mwassla mir-rumanziera permezz tal-protagonisti tagħhom fid-dawl tal-andament politiku lokali.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jagħrfu l-prinċipji estetiċi li mis-sittinijiet sat-tmeninijiet iggwidaw il-prattika poetika tal-perjodu modern;
- jevalwaw l-idjoma modernista f’rabta mal-ambjent soċjo-kulturali ta’ żmienha u fl-isfond usa’ tal-movimenti poetiċi Ewropej kontemporanji;
- isiru midħla ta’ teoriji misluta mill-qasam psikoloġiku, partikolarment dawk marbuta mal-personalità u r-relazzjoni bejn l-individwu u l-grupp;
- isiru midħla tat-teoriji letterarji li jistħarrġu l-iżvilupp tar-rumanz modern;
- jifhmu l-istorja tal-iżvilupp tar-rumanz Malti, b’attenzjoni partikolari fuq id-direzzjoni li dan il-ġeneru ħa wara l-Indipendenza.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jipparagunaw u jikkuntrastaw aspetti figurattivi, stilistiċi, tematiċi, u strutturali differenti skont it-tendenzi poetiċi partikulari tal-poeti rispettivi;
- jidentifikaw il-kumplessità tal-figura tal-antieroj, imqar fid-definizzjoni tagħha;
- japplikaw teoriji psikoloġiċi biex jidentifikaw il-karattru tal-protagonisti tar-rumanz post-Indipendenza;
- japprezzaw ir-rabta bejn l-iżvilupp tar-rumanz u l-isfond storiku li fih żviluppa.

Biblijografija:

Il-Poeżija Moderna: L-Ilħna Mkissra f’Linji Ġodda

Qari Bażiku:

- Serracino Inglott, P. Ed. Ilħna Mkissra. Malta: Bugelli.
- Serracino Inglott, P. Ed. Linji Ġodda. Malta: KKM.

Qari Supplimentari:

- Friggieri, O. (1995) L-Istudji Kritiċi Migbura. Malta: Malta University Services.
- Friggieri, O. (2001) L-Istorja tal Poeżija Maltija. Malta: PIN.
- Public Broadcasting Services Ltd. (1996) It-Triq tal-Qawmien. Malta: Public Broadcasting Services.

In-Narrattiva ta’ Wara l-Indipendenza u r-Rumanz Psikoloġiku

Qari Bażiku:

- Balzan, R. (1987) Ilkoll ta’ Nisel Wieħed, Malta: PEG.
- Borg, P. P. (1984) Dal-Lejl Ġie Alla, Malta: Pubblikazzjonijiet Bugelli.
- Borg, P. P. (1986) Beżgħat, Malta: Pubblikazzjonijiet Bugelli.
- Ellul Mercer, Ġ. (1938) Leli ta’ Ħaż-Żgħir, Malta.
- Friggieri, O. (1977) Il-Gidba, Malta: Klabb Kotba Maltin.
- Friggieri, O. (1986) Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri, Malta: Pubblikazzjoni Bugelli.
- Sammut, F. (1971) Il-Gaġġa, Malta: Klabb Kotba Maltin.
- Sammut, F. (1975) Samuraj, Malta: Klabb Kotba Maltin.

Qari Supplimentari:

- Baker, C et. al. (2010) Madness in Post-1945 British and American Fiction, Basingstoke, GB: Palgrave.
- Friggieri, O. (1996) “Lejn Definizzjoni tal-Moderniżmu Malti”, f’L-Għaqda tal-Malti (Università) (ed) Ir-Rabta Bejn l-Awtur u s-Soċjeta: il-Letteratura Maltija mis-Snin Sittin lil Hawn, Malta: L-Għaqda tal-Malti (Università) 62-79.
- Kershner, R. B. (1997) The Twentieth-Century Novel: An Introduction, Basingstoke, GB: Palgrave.
- Sant, A. (1996) “Ir-Rumanz ta’ Transizzjoni: Xi Ħsibijiet dwar il-Kitba bil-Malti fl-Aħħar Tletin Sena”, f’Ir-Rabta Bejn l-Awtur u s-Soċjeta: il-Letteratura Maltija mis-Snin Sittin lil Hawn, Ed. Joe Borg, Malta: L-Għaqda tal-Malti (Università) 103-116.
- Simmons, D. (2008) The Anti-Hero in the American Novel: From Joseph Heller to Kurt Vonnegut , Basingstoke, GB: Palgrave.

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Resit Availability Weighting
Examination (3 Hours) SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S David Aloisio
Adrian Grima

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the study-unit description above applies to the academic year 2018/9, if study-unit is available during this academic year, and may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit