Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1259

 
TITLE Ir-Rwol tal-Qarrej

 
LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Din it-taqsima-studju turi kif il-qarrejja japplikaw l-istrateġiji konvenzjonali tal-kitba letterarja biex huma stess jattivaw il-kwalitajiet poetiċi jew narrattivi tat-test li jkollhom quddiemhom. Matul il-lezzjonijiet, it-test letterarju jiġi ppreżentat bħala funzjoni estetika li tibda topera malli jibda l-qari. Jintwera kif is-sehem tal-qarrejja jibdel lit-test minn potenzjal artistiku għal effett sublimi. Il-lezzjonijiet jibbażaw dan il-proċess fuq il-prinċipji fundamentali tat-Teorija tar-Rispons tal-Qarrej, li tinsisti fuq l-immaġinazzjoni supplimentari u l-modifikazzjonijiet interpretattivi tal-qarrejja bħala effetti li jseħħu mill-ġdid kull darba li t-test jerġa’ jinqara. Kunċetti relatati ma’ dan il-proċess – bħat-teorija tal-qarrej implikat li jissawwar fit-test, il-perspettiva li timraħ hija u tibni l-oġġett estetiku, u l-indeterminatezza dejjiema tat-test letterarju – jiġu mistħarrġa u spjegati fid-dettall. Din it-taqsima-studju tapplika l-aspetti kollha tar-rispons tal-qarrej fuq testi letterarji bil-Malti, sew jekk poeżija sew jekk proża. Fl-aħħar tat-taqsima-studju, l-istudenti jintalbu jevalwaw dawk il-ħiliet letterarji tagħhom li jkunu, b’xi mod jew ieħor, qegħdin isaħħu l-funzjoni estetika tat-test.

Għanijiet tal-Kors:

Din it-taqsima-studju għandha l-għan tgħarraf lill-istudenti bis-sehem tagħhom, bħala qarrejja, fl-attivazzjoni tad-dinamika tat-test letterarju, u b'hekk isservi wkoll bħala metodu alternattiv ta' kritika letterarja.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jagħrfu jinterpretaw it-test letterarju skont avviċinamenti kritiċi differenti;
- jikkomparaw u jikkuntrastaw prinċipji ta’ kritika b’mod li jagħrfu l-benefiċċji u n-nuqqasijiet ta’ metodi differenti ta’ analiżi letterarja.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jħaddmu l-għodod tal-kritika letterarji fuq diversi ġeneri letterarji.

Biblijografija:

Qari Bażiku:

- Fish, S. (1990) Is there a Text in this Class. Cambridge, MA: Harvard University Press.
- Iser, W. (1980) The Act of Reading – A Theory of Aesthetic Response. Baltimore, MD: Johns Hopkins University Press.

Qari Supplimentari:

- Eco, U. (1984) The Role of the Reader – Explorations in the Semiotics of Texts. Bloomington, IN: Indiana University Press.
- Iser, W. (1978) The Implied Reader – Patterns of Communication in Prose Fiction from Bunyan to Beckett. Baltimore, MD: Johns Hopkins University Press.
- Micallef, B. (2005) “It-Tifsira tal-Ħarruba fi ‘Quo Vadis?’ – Tinstab jew Tevolvi?” Il-Malti LXXVII. Malta: L-Akkademja tal-Malti.

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Resit Availability Weighting
Examination (1 Hour) Yes 100%

 
LECTURER/S Bernard Micallef

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the study-unit description above applies to the academic year 2019/0, if study-unit is available during this academic year, and may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit