Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1299

 
TITLE Proġett dwar Perjodu tal-Letteratura Maltija

 
LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
ECTS CREDITS 6

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Permezz ta’ proġett fuq perjodu letterarju, l-istudenti jippreżentaw karatteristiċi bħall-ġeneri letterarji, il-mekkaniżmi estetiċi, il-bijografiji tal-kittieba, il-prinċipji tal-poetika, jew aspetti oħra li jiddistingwu moviment letterarju minn ieħor. Fil-proġett l-istudenti jidentifikaw l-għamliet strutturali, it-tekniki figurattivi u stilistiċi, kif ukoll il-poetika li jkunu kisbu bħala xejriet distintivi ta’ perjodu letterarju mil-letturi varji matul l-ewwel sena tal-kors tad-Diploma.

Għanijiet tal-Kors:

Dan il-proġett jeżamina l-ħila tal-istudenti fil-preżentazzjoni tal-letteratura Maltija f’format akkademiku li jagħraf ipoġġi ġeneri u tekniki letterarji fil-perjodu storiku tagħhom.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu:
- kapaċi jagħrfu d-distinzjoni bejn il-letteratura bħala qari analitiku u l-letteratura bħala preżentazzjoni;
- familjari mal-isfond storiku u kulturali tal-movimenti letterarji;
- kapaċi jagħrfu l-prinċipji estetiċi distintivi tal-perjodi letterarji;
- kapaċi jagħrfu kif dawn il-prinċipji ssarrfu fi tradizzjonijiet letterarji differenti.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jerġgħu jittrasmettu l-letteratura b’mod indipendenti mis-sorsi li jkunu qraw;
- jiksbu kunfidenza fil-preżentazzjoni multidixxiplinarja ta' perjodu letterarju;
- jiksbu l-ħila li jissintetizzaw ix-xejriet ta' perjodu f'viżjoni kritika koerenti.

Biblijografija:

F'konsultazzjoni mal-letturi tat-taqsima-studju, l-istudenti jagħżlu huma s-sorsi akkademiċi li jkunu relevanti kemm għall-proġett li jkunu ħadmu kif ukoll għat-titlu tal-preżentazzjoni li jagħmlu fuq dan il-proġett.

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Project

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Resit Availability Weighting
Presentation (20 Minutes) Yes 100%

 
LECTURER/S

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the study-unit description above applies to the academic year 2019/0, if study-unit is available during this academic year, and may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit