Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1300

 
TITLE Proġett dwar l-Interpretazzjoni ta’ Xogħol Letterarju u l-Preżentazzjoni Kreattiva Tiegħu

 
LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
ECTS CREDITS 6

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Permezz ta’ proġett fuq l-assoċjazzjonijiet, l-inferenzi, u l-implikazzjonijiet tematiċi li jiġġenera xogħol letterarju magħżul mill-istudenti, dan il-proġett juri kif jistgħu jeżistu b’mod simultanju għadd estensiv ta’ perspettivi tematiċi marbutin mal-istess kompożizzjoni. Il-proġett għandu juri, fuq kollox, kif il-kompożizzjoni letterarja tkattar is-sinifikat u s-suġġerimenti tagħha matul ir-rispons tal-qarrejja fuq medda ta’ żmien, u kif ix-xogħol letterarju, għalhekk, mhux riduċibbli għal tema magħluqa jew ħsieb fiss.

Minn dan il-prinċipju, il-proġett għandu jasal sa forom ġodda ta’ preżentazzjoni jew trasmissjoni li x-xogħol letterarju jista’ jikseb.

Għanijiet tal-Kors:

Dan il-proġett jeżamina l-ħila tal-istudenti fl-interpretazzjoni inkonklużiva ta’ xogħlijiet letterarji Maltin, kif ukoll fil-kreattività intermedjali u interdixxiplinarja li biha jerġgħu jippreżentaw ix-xogħol lil udjenza oħra.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jagħrfu aktar minn perspettiva tematika waħda għall-istess kompożizzjoni letterarja;
- jilmħu l-potenzjal interpretattiv tat-testi oriġinali minn lenti artistika differenti;
- jagħrfu implikazzjonijiet ġodda li jitnisslu mill-adattament tal-figuri u l-mekkaniżmi estetiċi ta' xogħol letterarju.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jiżviluppaw it-tematiku ta’ xogħol letterarju fi preżentazzjoni oriġinali;
- jagħrfu kif isarrfu xogħol letterarju f'medju artistiku ieħor;
- jagħrfu l-merti kreattivi tar-riproduzzjoni artistika.

Biblijografija:

F'konsultazzjoni mal-letturi tat-taqsima-studju, l-istudenti jagħżlu huma s-sorsi akkademiċi li jkunu relevanti kemm għall-proġett li jkunu ħadmu kif ukoll għat-titlu tal-preżentazzjoni li jagħmlu fuq dan il-proġett.

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Project

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Resit Availability Weighting
Presentation (20 Minutes) SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the study-unit description above applies to the academic year 2019/0, if study-unit is available during this academic year, and may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit