Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1366

 
TITLE Il-Qari Pubbliku ta' Kitbiet Letterarji

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-preżentazzjoni tal-letteratura għal udjenza hija arti fiha nnifisha. Titlob għarfien fil-fond ta’ kitbiet ippreżentati kemm bħala struttura kif ukoll kontenut, u sensittività għall-bżonnijet tal-udjenza. Fuq kollox, titlob għarfien tal-lingwaġġ fiżiku u vokali ta’ min jippreżenta.

Matul dan il-kors se nkunu qed inħarsu primarjament lejn il-lingwaġġ performattiv, il-kodiċi fiżiku u vokali, ta’ min jippreżenta. Ħa nkunu qed inħarsu wkoll lejn id-dinamiċi tat-tqassim tal-ispazju li jakkomoda l-preżentazzjoni, l-ambjent wiesa’ li jilqa’ fih l-avveniment u l-ħtieġa li, fi tħejjija ta’ preżentazzjonijiet għall-pubbliku, il-kunsiderazzjonijiet tad-dinamika spazjali bejn preżentatur, udjenza u spazju ma jintesewx.

Għanijiet tal-Kors:

Din it-taqsima-studju tgħallem modi professjonali kif il-letteratura għandha tinqara u/jew tiġi ppreżentata fil-pubbliku u fuq il-mezzi tax-xandir. Biex jintlaħaq dan il-għan, it-taqsima-studju se timmira lejn l-għarfien ta' kordinazzjoni bejn il-lingwaġġ verbali u lingwaġġ fiżiku tal-preżentatur. Barra minn hekk, il-kors għandu l-għan iwassal id-dinamika performattiva f'rabta mal-ambjent li titħaddem fih.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jifhmu t-teorija dwar ix-xandir effettiv ta’ xogħlijiet letterarji;
- jagħrfu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ ambjenti differenti ta’ xandir għat-trasmissjoni ta’ xogħlijiet letterarji.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- japplikaw it-teorija dwar ix-xandir effettiv tal-letteratura;
- jinqdew b’mezzi moderni ta’ trasmissjonijiet għal xogħlijiet letterarji.

Biblijografija:

- Carlson, M. (1993) Places for Performance. New York: Cornell University Press.
- Staniewski, W. and A. Hodge. (2004) Hidden Territories. London: Routledge.

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Presentation (30 Minutes) SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit