Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1367

 
TITLE L-Użu Kreattiv tat-Teknika Letterarja

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Bħala dixxiplina analitika, il-kritika letterarja sikwit tevita li tħaddem il-mezzi kreattivi u l-istil artistiku tal-letteratura li tkun qiegħda tistħarreġ. Dan il-kors jitlaq mir-raġunijiet validi għaliex teżisti din id-distinzjoni bejn il-kitba kreattiva tax-xogħol studjat u l-metodoloġija analitika tal-kritika li tanalizzah. Minn hawn, il-kors jargumenta dwar il-limiti ta’ teknika letterarja li tibqa’ biss materja studjata fil-kritika. Il-kors imbagħad jiddiskuti l-iskopijiet li għalihom għandha tiġi mgħallma t-teknika letterarja, u jesplora modi innovattivi kif il-qarrejja jistgħu japplikaw it-teknika letterarja ’l hinn mill-analiżi kritika.

Hawn jiġu mistħarrġa mezzi kif il-qarrejja kritiċi jakkwistaw mhux biss ħila analitika, iżda wkoll il-potenzjal li jadattaw it-teknika letterarja li tgħallmu f’kuntesti kulturali u artistiċi ġodda. B’hekk, it-teknika letterarja tinkiseb bħala ħila kreattiva li tista’ tiġi riabilitata, estiża, jew imġedda f’sengħa ta’ kitba oriġinali. Il-kors b’hekk jgħin lill-istudenti jiskopru fihom potenzjal artistiku, billi jadattaw l-aspetti letterarji mgħallma b’mod akkademiku għall-kitba kreattiva tagħhom. Wieħed mill-istadji ta' dan il-proċess kreattiv se jinkludi t-traduzzjoni ta' xogħlijiet letterarji bil-Malti f'ilsna oħra, kemm biex jiġu osservati l-possibbiltajiet interpretattivi f'dimensjoni lingwistika oħra, kif ukoll biex l-istudenti jagħrfu kif taħdem il-kreattività fi tradizzjoni letterarja oħra.

Għanijiet tal-Kors:

Din it-taqsima-studju tinkuraġġixxi u tgħallem lill-istudenti jużaw it-teknika letterarja ta’ kittieba stabbiliti fix-xogħlijiet kreattivi tagħhom.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jagħrfu l-mekkaniżmi letterarji bħala potenzjal kreattiv aktar milli strutturi fissi;
- jagħrfu jestendu l-istrateġiji letterarji ta’ kittieba preċedenti f’effetti artistiċi ġodda.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi japplikaw l-istrateġiji u t-teknika tal-kreattività letterarja f’kuntesti artistiċi oriġinali.

Biblijografija:

Qari Bażiku:

- Earnshaw, S. Ed. (2007) The Handbook of Creative Writing. Edinburgh: Edinburgh University Press.
- Harper, G. Ed. (2006) Teaching Creative Writing. London and New York: Continuum.
- Ramet, A. (2004) Creative Writing. Oxford, UK: How to Books Ltd.

Qari Supplimentari:

- Friggieri, O. (1996) Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji. Malta: PEG.

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Examination (1 Hour) SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit