Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1371

 
TITLE Letteratura u Teknoloġija: Il-Ħolqien Letterarju bejn il-Bniedem u l-Magna

 
LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Din it-taqsima-studju tistħarreġ l-influwenza fuq il-prodott letterarju u l-bidla fl-esperjenza letterarja skont il-modalità li biha tiġi trasmessa: magazins, gazzetti, internet, televixin, u l-bqija. It-taqsima-studju tiddiskuti wkoll il-mod kif il-kontenut letterarju jisfa ttrasformat skont din il-modalità fil-preżentazzjoni tax-xogħol.

Il-letteratura f’rabta mat-teknoloġija tal-informatika, inkluża l-intelliġenza artifiċjali bħala mezz ta’ produzzjoni letterarja, jiffurmaw parti mill-istħarriġ ta’ din it-taqsima-studju. L-effett reċiproku bejn l-arti verbali u modalitajiet oħra ta’ trasmissjoni jibqa’ l-interess primarju ta’ din it-taqsima-studju.

Għanijiet tal-Kors:

Din it-taqsima-studju tesplora r-relazzjoni u l-effett reċiproku bejn il-metodi estetiċi rispettivi ta’ ġeneri u ta’ mezzi differenti ta’ trasmissjoni artistika.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- jiddefinixxu t-teknika artistika li tiddistingwi mezzi differenti ta’ trasmissjoni artistika;
- jagħrfu kif dawn il-mezzi u t-tekniki artistiċi differenti tagħhom jistgħu jirrelataw ma’ xulxin biex joħolqu prodott artistiku intermedjali jew interdixxiplinarju.

2. Ħiliet:
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- ilaqqgħu flimkien ġeneri u mezzi differenti ta’ espressjoni artistika;
- jindikaw il-modifikazzjonijiet li motif estetiku jgħaddi minnhom skont il-medju artistiku li jkun qiegħed jittrasmettih.

Biblijografija:

- Roger Chartier, (1994) The Order of Books. Readers, Authors, and Libraries in Europe Between the 14th and 18th Centuries. Stanford University Press http://sup.org/books/title/?id=2518
- Jan-Nöel Thon (2016) Tranmedial Narratology and Contemporary Media Culture. University of Nebraska Press http://nebraskapress.unl.edu/university-of-nebraska-press/9780803277205/
- Jack Goody (1987) The Interface Between the Written and the Oral. Cambridge University Press https://books.google.nl/books?id=TepXQMN6lfUC&redir_esc=y
- S. Bringjord and D. Ferrucci (1999) Artificial Intelligence and Literary Creativity: Inside the Mind of Brutus, a Storytelling Machine. London: Psychology Press https://books.google.nl/books/about/Artificial_intelligence_and_literary_cre.html?id=t0buAAAAMAAJ&redir_esc=y

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Resit Availability Weighting
Assignment SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S Albert Gatt

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the study-unit description above applies to the academic year 2019/0, if study-unit is available during this academic year, and may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit