Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1373

 
TITLE Il-Lirika fil-Kanzunetta

 
LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-lingwa u l-għana huma żewġ elementi li dejjem ħadmu id f’id. Din it-taqsima ser tiġbor fiha l-elementi bażiċi li jorbtu lil dawn iż-żewġ suġġetti, b’referenza speċifika għal-lingwa Maltija. Dawn jinkludu sfond kemm mużikali kif ukoll lingwistiku u letterarju.

It-taqsima tħares lejn spunti teoretiċi u storiċi ta’ kif kompożitur jaħdem mal-lingwa, b’enfasi fuq ir-ritmi partikolari ta’ kull lingwa, kif ukoll it-tifsira tal-kliem. Minn din il-bażi, issir analiżi tar-rabtiet bejn il-Malti u l-mużika.

Matul il-kors, inħarsu fid-dettall lejn forom mużikali differenti, mill-għana popolari, sal-mużika reliġjuża u l-mużika popolari kontemporanja. Inħarsu wkoll mhux biss lejn il-mużika u lirika miktuba, iżda anke dawk spontanji u tradizzjonali, mgħoddija permezz ta’ mezzi orali. Il-kors iħares lejn il-mużika u l-lirika minn lenti storika u minn perspettivi kontemporanji, u joffri wkoll diskussjoni tal-prospetti ta’ dan il-ġeneru fil-ġejjieni.

Għanijiet tal-Kors:

Il-kors ifittex li jgħaqqad il-lingwa u l-mużika u jistieden lill-istudenti jqisu l-lirika mużikali minn lenti ġdida. L-istudent ikun imħeġġeġ li jikkritika l-lirika mhux biss bil-parametri letterarji iżda b’mod interdixxiplinarju li jiġbor fih elementi varji.

Minkejja r-rabtiet mużikali, it-taqsima hi mfassla sabiex tkun aċċessibbli għal kulħadd, u għalhekk l-ebda taħriġ mużikali mhu neċessarju.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jitħaddtu fuq il-mużika minn perspettiva lingwistika b’mod infurmat;
- jevalwaw il-lirika fl-isfond oriġinali tagħha;
- jifhmu l-proċessi li bihom kompożituri differenti jimmużikaw testi varji.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jikkritikaw lirika b’mod indipendenti, u jifhmu l-isfond kulturali tal-lirika;
- ifasslu metodi ġodda li jħarsu ’l quddiem għall-iżvilupp tal-lirika Maltija.

Biblijografija:

Qari Bażiku:

- Aniruddh, D.P. (2010) Music, Language & the Brain. New York: Oxford University Press.
- Arbib, M.A. (2013) Language, Music and the Brain: A Mysterious Relationship. Cambridge, MA: MIT Press Ltd.
- Bruhn, S. (2008) Sonic Transformations of Literary Text: Music in Interdisciplinary Dialogues. Hillsdale, US: Pendragon Press.
- Lewin, D. (2010) Studies in Music with Text. New York: Oxford University Press Inc.
- Machin, D. (2010) Analysing Popular Music. London: Sage Publications Ltd.
- Scher, S.P. (2006) Music and Text. Cambridge, GB: Cambridge University Press.

Qari Supplimentari:

- Bonello, G. (2000) Histories of Malta, Vol. 1 - Deceptions and Perceptions. Malta: Fondazzjoni Patrimonju Malti.
- Vella Bondin, J (2000) Il-Mużika ta’ Malta sa l-Aħħar tas-Seklu 18. Malta: Publikazzjonjiet Indipendenza.
- Vella Bondin, J (2000) Il-Mużika ta’ Malta fis-Sekli 19 u 20. Malta: Publikazzjonjiet Indipendenza.
- Zahra, R. (2006) A Guide to Maltese Folk Music. Malta: Public Broadcasting Services - Malta and Soundscapes.

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Resit Availability Weighting
Presentation SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S Gregory Alexander Vella

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the study-unit description above applies to the academic year 2019/0, if study-unit is available during this academic year, and may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit