Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1375

 
TITLE Il-Letteratura Maltija Kożmopolita

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION In-Narrattiva Kożmopolitana mis-Snin Disgħin tas-Seklu 20

In-novelli u r-rumanzi tal-awturi kożmopolitani li bdew jiktbu fis-snin disgħin tas-seklu 20 jibnu fuq dak li nkiteb mir-Romantiċi, is-Soċjorealisti u l-Moderni, imma jingħażlu minnhom kemm fil-kontenut kif ukoll fl-istil. L-istejjer li jirrakkontaw u l-mod kif jirrakkontawhom jirriflettu esperjenza umana u letterarja li fetħet beraħ l-orizzonti barra minn Malta, bħal fil-każ ta’ Walid Nabhan, Pierre J. Mejlak u Alex Vella Gera, imma għaliex bdew jindirizzaw ukoll udjenzi barranin, fost l-oħrajn permezz tat-traduzzjoni letterarja. Din il-ġenerazzjoni għexet rivoluzzjoni informatika li affettwat mill-qiegħ ir-relazzjoni bejn l-awturi u l-qarrejja tagħhom, il-forom tal-kitba letterarja nfisha u l-kuntatt dirett mal-letteraturi barranin u l-ġrajjiet li għan-nies fil-Punent, iżda mhux biss, saru dejjem aktar “globalizzati.” Il-kors iħares lejn il-firxa ta’ novelliera u rumanziera ta’ din ir-raba’ mewġa ta’ awturi Maltin, iżda jiffoka fuq Clare Azzopardi, Pierre J. Mejlak, Immanuel Mifsud, Walid Nabhan, Ġużè Stagno, u Alex Vella Gera.

Il-Poeżija Kożmopolitana tas-seklu 21

Fis-snin disgħin, il-poeżija Maltija rat il-bidu ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ poeti li bdew jesperimentaw b’linġwaġġ u temi li kienu qegħdin jirriflettu dak li kien qed iseħħ madwarhom u fihom, anki bħala reazzjoni għall-forom u l-kontenut tal-poeżija Moderna. Din it-tielet mewġa ta’ poeżija bdiet tesplora stili ġodda, uħud minnhom imnebbħin minn influwenzi barranin, poeżija u proża inqas nazzjonali u aktar kożmopolitana, esplorazzjoni li bdiet tidher f’għadd ta’ avvenimenti letterarji pubbliċi, speċjalment wara t-twaqqif ta’ Versarti fl-1985 u mbagħad Inizjamed fl-1998 u Poeżijaplus fl-1999, u bil-ħolqien tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta fl-2006. Is-sehem ta’ dawn il-poeti l-ġodda f’festivals u inizjattivi letterarji oħrajn madwar id-dinja kabbar sew il-firxa tal-udjenza u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Dan il-kors se juża bħala punti ta’ riferiment il-poeżija ta’ John Aquilina, Norbert Bugeja, Antoine Cassar, Simone Galea, Claudia Gauci, Adrian Grima, Henry Holland, Simone Inguanez, Immanuel Mifsud, Nadia Mifsud, u Karl Schembri.

Għanijiet tal-Kors:

L-għan ewlieni ta’ din it-taqsima-studju hu għarfien aġġornat tal-aħħar żviluppi fil-letteratura Maltija, b’referenza speċjali għall-karattru kożmopolitan tagħha. Għan ieħor huwa l-għarfien tal-istrateġiji narrattivi u tax-xejriet poetiċi li jitħaddmu minn din il-ġenerazzjoni ta’ kittieba.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- japprezzaw il-fatturi kożmopolitani li b’xi mod jew ieħor influwenzaw in-narrattiva u l-poeżija tal-perjodu;
- jagħrfu r-relazzjoni ġdida li din il-ġenerazzjoni ta’ kittieba ħolqot bejn it-test u l-qarrej;
- jaqraw it-test letterarju kontemporanju Malti skont il-karatteristiċi stilistiċi u tematiċi ewlenin tiegħu.

2. Ħiliet:
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- jistħarrġu d-dimensjonijiet globalizzati tat-tematika narrattiva ta’ dan il-perjodu;
- jagħmlu evalwazzjoni komparattiva bejn il-letteratura barranija u n-narrattiva Maltija tal-istess perjodu;
- jiddistingwu test poetiku kontemporanju Malti mix-xogħlijiet tal-epoka Romantika u Moderna.

Biblijografija:

In-Narrattiva Kożmopolitana mis-Snin Disgħin tas-Seklu 20.

Qari Bażiku:

- Azzopardi, C. (2006) Il-Linja l-Ħadra. Malta: Merlin.
- Azzopardi, C. (2014) Kulħadd Ħalla Isem Warajh. Malta: Merlin.
- Mejlak, P. J. (2009) Qed Nistenniek Nieżla max-Xita. Malta: Merlin.
- Mejlak, P. J. (2011) Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid. Malta: Merlin.
- Mifsud, I. (1999) Il-Ktieb tal-Maħbubin Midruba. Malta: L-awtur.
- Mifsud, I. (2010) Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben). Malta: KKM.
- Nabhan, W. (2013) L-Eżodu taċ-Ċikonji. Malta: KKM.
- Stagno, Ġ. (2013) What Happens in Brussels Stays in Brussels. Malta: Merlin.
- Vella Gera, A. (2009) Lil Hinn mill-Jien. Malta: Bestprint.
- Vella Gera, A. (2010) L-Antipodi. Malta: Bestprint.

Qari Supplimentari:

- Borg, O. (2010) “Minn Mary Meylak sa Simone Inguanez: Identitajiet u Perspettivi.” Teżi tal-MA.
- Callus, I. “Incongruity and Scale: The Challenge of Discernment in Maltese Literature.” www.transcript-review.org
- Cilia, L. (2010) “Aspetti narrattivi fin-novelli ta' Pierre J. Mejlak.” Teżi tal-BA Unuri.
- Galea, M. and A Gatt, “Charting the Centre of the Periphery: A Disclaimer.” www.transcript-review.org
- Grima, A. (2010) “Works in Search of a Literature.” Panorama and Perspectives. Literary Societies and Literary Museums in Europe. Berlin.
- Monteforte, V. (2005) “Scritture Maltesi Contemporanee.” Tesi di Laurea (Antropologia), Università degli Studi di Roma La Sapienza.
- Walid, N. ”On Approaching a Language from Outside its Crèche.” www.transcript-review.org
- Said, N. (2013) “Analiżi tad-Diskontinwità fil-Ktieb ”Il-Linja l-Ħadra” ta’ Clare Azzopardi.” Teżi tal-BA Unuri.
- Somerville, J. (2013) “Il-Kunflitt fin-Narrattiva ta' Pierre J. Mejlak.” Teżi tal-BA Unuri.

Il-Poeżija Kożmopolitana tas-seklu 21

Qari Bażiku:

- Aquilina, J.(2010) Leħnek il-Libsa Tiegħi. Malta: Edizzjoni Skarta.
- Bajada, L. (2017) Reġistru, Temi u Xbihat Tabù fin-Narrattiva Kontemporanja Maltija, Teżi MA - Università ta’ Malta.
- Bugeja, N. (2009) Bliet. Malta: Emma Delezio.
- Cassar, A. (2009) Passaport.
- Galea, S. (2011) Xi Drabi Mqar Persuna. Malta: KKM.
- Gauci, C. (2012) Sekonda Qabel Tqum. Edizzjoni Skarta.
- Grima, A. (2006) Rakkmu. Malta: Klabb Kotba Maltin.
- Grima, A. u I. Mifsud. (2008) Riħ min-Nofsinhar. Malta: Edizzjoni Skarta.
- Holland, H. (1996) L-Artist tat-Trapiż Malta: L-awtur.
- Inguanez, S. (2005) Ftit Mara Ftit Tifla. Malta: KKM.
- Mifsud, I. (1998) Fid-Dar ta' Clara. Malta: L-awtur.
- Mifsud, I. (2001) Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri. Malta: L-awtur.
- Mifsud, N. (2009) Żugraga. Malta: KKM.
- Schembri, K. (2013) Passju taħt ix-Xita. Malta: Horizons.

Qari Supplimentari:

- Azzopardi, K. (2012)“Il-Kontrapassaport ta' Antoine Cassar.” Teżi tal-BA Unuri. L-Università ta’ Malta.
- Borg, O. (2010) “Minn Mary Meylak sa Simone Inguanez: Identitajiet u Perspettivi.” Teżi tal-MA. L-Università ta’ Malta.
- Cassar, A. “Malta’s Jonah Complex.” www.transcript-review.org.
- Monteforte, V. (2005) “Scritture Maltesi Contemporanee.” Tesi di Laurea (Antropologia), Università degli Studi di Roma La Sapienza.

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit